Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li fil-futur iwaqqa' jew jagħmel proġett ta' slum clearance minn Joe Hannover Street u Eagle Street, Bormla? Jekk fl-affermattiv, liema huma d-djar li se jiġu milquta? Meta se jibda l-proġett tat-twaqqigħ? Fejn se jiġu allokati r-residenti li se jiġu milquta minn dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2082 f’din l-istess Seduta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu nkarigat mis-sigurta' tal-bini "AĊĊESS", fil-Birgu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sigurta’ tal-post indikat mill-Onor. Interpellant hi vdata f’watchmen impjegati mal-Gvern u fin-nuqqas tagħhom, minħabba leave jew sick leave jitqabbdu security officers ta’ kumpanniji privati.
Isla — Triq il-Miġja tal-Papa - Fond fi blokk 9, nru. 2
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond Blk 9, No. 2, Triq il-Miġja tal-Papa, Isla huwiex milqut bil-liġi possession of use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtara dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Ai termini tad-domanda parlamentari numru 2020 mogħtija fis-seduta tal-bieraħ l-Onor. Interpellant ġie infurmat li preżentement għaddej proċess intensiv sabiex il-proprjetajiet li qegħdin taħt possession and use f`Malta u b`mod partikolari fil-Kottonera jiġu elenkati. Kif dan isir u kif ikun hemm il-fondi sabiex dawn jiġu mifdija l-persuni interessati jiġu debitament infurmati. Il-post minnek indikat ġie identifikat bħala wieħed minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut bil-liġi in possession of use? Jekk fl-affermattiv, jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex jinxtrara dan il-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-health inspector m'għamilx spezzjoni fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Meta se jagħmel l-ispezzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li spettur tas-Saħħa Pubblika kien għamel spezzjoni fil-fond indikat fit-30 ta' April 2003 u fis-17 ta' Ottubru 2003.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Impjegat fir-registry section
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - li jaħdem mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni (registry section), jibda jaħdem fi skola tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li bħalissa m'hemmx postijiet ta' messaġġiera vakanti fi skejjel viċin il-lokalita' fejn joqgħod l-individwu konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji in konnessjoni miegħu qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiemnt ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-applikant? X'tama hemm li fil-futur jiġu allokati post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - fi ħdan id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lil din il-familja li għandhom tifel b'diżabilita'? X'tama hemm li jieħdu post tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ bin-numru H 18213 fi ħdan id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-din l-applikanta li hi single mother? X'tama hemm li tieħu post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'rimedju qed joffri d-dipartiment lill-applikant? X'tama hemm li fil-futur jiġu allokati post tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jwassal għal telfien ta' impjiegi u dan fid-dawl ta' numru ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom f'dawn l-aħħar xhur u wkoll fid-dawl tal-fatt li n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol laħaq il-figura ta' aktar minn 8,000 ruħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-politika tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' li jkun hemm xogħol għal kull min irid jaħdem. L-Oppożizzjoni taf daqs il-Gvern li l-klima ekonomika dinjija u Ewropeja għaddejja minn perjodu ta' taqlib kbir li bilfors jaffettwa lil pajjiżna.
Jista' il-Ministru jgħid min hu nkarigat mis-sigurta' tal-kumpless sportiv tal-Kottonera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li s-Sigurta' tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, bħall-kumplessi sportivi oħra taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Malti għall-Isport.
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa taħt il-ħarsien tas-sigurta' 24 siegħa kuljum. Matul il-ġurnata dan ix-xogħol isir minn impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport filwaqt li fil-ħinijiet l-oħra s-sigurta' tal-post hija f'idejn kumpanija tas-sigurta' privata taħt kuntratt mall-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi proġetti għandu il-Gvern bħala kostruzzjoni ta' bini ġdid f'Bormla, l-Isla, Birgu, Fgura, Kalkara, Xgħajra, Żabbar, Msida, B'Kara, Valletta, Floriana u Pembroke? Kemm hemm units f'kull proġett? Kemm se jiswa kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjoni għal tibdil ta' postijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu applikanti d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali li għandhom applikazzjoni għal tibdil ma' post ieħor tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 462 applikazzjoni ta’ nies li tiġa joqgħodu f’post tal-Gvern u jridu akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura għal dawk l-inkwilini tal-postijiet tal-gvern biex ibiddlu l-fond tagħhom ma' post ieħor tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċedura biex inkwilin f’post tal-Gvern ibiddel il-fond li jgħix fiħ ma’ post abitat ieħor tal-Gvern hi li ż-żewġ inkwilini jmorru flimkien jimlew applikazzjoni fit-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li s-sid tagħhom huwa l-gvern u li mhux qed iħallsu l-kera? Għaliex mhux qed iħallsu kera? X'passi qed jieħu l-gvern biex iħallsu din il-kera? Liema huma dawn il-fabbriki?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Uffiċċju konġunt — Postijiet milquta bil-liġi possession of use
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession of use? Meta se joħorġu għal bejgħ dawn il-postijiet?
Response (BORG, TONIO)
Sabiex wieħed ikun jista` jasal biex jara kemm hemm residenzi li jinsabu mibnija fuq proprjetajiet li kienu oriġinarjament ġew akkwistati taħt it-titolu ta` pussess u użu irid isir eżerċizzju kumplessiv li jinvolvi numru ta` impjegati fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u li jieħu tul ta` żmien konsiderevoli.
Il-maġġor parti ta` residenzi li l-bejgħ tagħhom qatt ma seta` iseħħ minħabba dan, jinsabu fil-Belt Valletta u l-Cottonera.
Skond l-Att II tal-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi li ġie fis-seħħ fil-5 ta` Marzu ta` din is-sena, li Dipartiment tal-Artijiet jista` jixtri t-titolu ta` pussess u użu billi jikapitalizza li kera li jħallas bil-wieħed fil-mija (1%). Appena dan isir ir-residenti affetwati ikunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom.
Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli skond riżorsi li jkollu.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont numru 1000001555-2 district code 020, Kodiċi tal-post 133972 għadu ma ġiex rivedut wara li l-meter reader kien għamel spezzjoni ftit taż-żmien ilu, eżattament fit-22/12/2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li l-KSI m'għandhiex records li saret spezzjoni fit-22/12/2000 kif intqal fil-mistoqsija.
Il-KSI irrivediet il-kont skond il-qari li ta l-konsumatur meta kien ikkuntatjat minn uffiċċjal tal-Korporazzjoni.
Jien ukoll infurmat li l-konsumatur u cioe l-Onor. Interpellant stess ġie nfurmat bil-miktub b'dan l-arranġament.