Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħata d-dritt għar-relief? Min huma dawk intitolati għar-relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Biex persuna jkollha d-dritt għall-Għajnuna Soċjali trid tissodisfa l-kriterji u l-kundizzjonijiet imsemmija f’Artikolu 30 u Sitt Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li s-sid tagħhom huwa l-gvern u li mhux qed iħallsu l-kera? Għaliex mhux qed iħallsu kera? X'passi qed jieħu l-gvern biex iħallsu din il-kera? Liema huma dawn il-fabbriki?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġoranza tal-kumpaniji li joperaw mill-fabbriki amministrati mill-MDC qegħdin iħallsu l-kera kurrenti jew l-arretrati dovuti. Ir-raġunijiet li ma titħallasx kera huma diversi. Dawn jinkludu kwistjonijiet pendenti mal-MDC rigward il-manutenzjoni jew xi xogħolijiet oħra b'konnessjoni mall-fabbrika. Hemm każijiet ta' kumpaniji bi problemi ta' likwidita finanzjarja u wkoll ta' kumpaniji li qegħdin jikkontestaw l-ammont ta' kera dovuta. Madankollu, l-MDC qegħda tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi u skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ. Diġa hemm numru ta' każijiet quddiem il-Qorti u oħrajn fejn se jibdew proċeduri legali kontrihom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, minħabba n-natura kunfidenzjali ta' dan it-tagħrif dan mhux qed jingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji l-Fgura, kemm hemm applikanti li qed jistennew li jiftħu spiżerija l-Fgura, min huma l-applikanti, x'tama hemm li issa Malta ssieħbet fl-UE,jibdew jingħataw permessi biex jinfetħu aktar spiżeriji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħalissa jeżistu tliet spiżeriji liċenzjati fil-Fgura, u seba' applikazzjonijiet pendenti għall-istess lokal.
L-informazzjoni mitluba dwar applikanti ma tistax tingħata għax hija ta' natura kunfidenzjali. Dwar l-għoti ta' permessi għal spiżeriji ġodda, ninforma li irrispettivament mis-sħubija ta' Malta fl-UE, il-Gvern iħoss li għadu mhux opportun li tingħata nformazzjoni bħalissa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita' li jiġi nstallat lift fil-blokka li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li hija okkupata minn inkwilini anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-possibilita’ li jiġi installat lift taħt l-Iskema V ta’ l-Awtorita’ tad-Djar f’post partikolari tiġi evalwata wara li ssir talba formali.
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ma rċevietx applikazzjoni għal installar ta’ lift mill-inkwilini tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Sensior Technical Officer
Question
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba biex jiġi reklutat senior technical officer fis-sessjoni ta' l-investigazzjoni fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali? Kemm applikaw għal dan ix-xogħol, min intgħażel? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 applikazzjonijiet għal post indikat mill-Onor. Interpellant, liema applikazzjonijiet jinsabu fil-proċess ta’ l-għażla.
Ix-xogħol primarjament mistenni minn min ser jokkupa dan il-post hu dak elenkat f’paragrafu 4 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu ma' dawk it-tfal li nqabdu jaħdmu taħt l-eta'? X'passi ttieħdu mal-ġenituri u ma' min kien qiegħed iħaddimhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'każ li jinstabu persuni taħt l-eta' jaħdmu, l-Korporazzjoni timmulta lill-imgħallem li jkun qed iħaddimhom kif stabbilit fl-Avviż Legali 110/1993. Sadanittant f'każ li l-multa ma titħallasx, l-imgħallem jittella' l-Qorti kif stabbilit fil-liġi.
Jista' il-Ministru jgħid xi proċeduri jittieħdu biex tfal taħt l-eta' ma jitħallewx jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni kontinwament tinforma lill-istudenti fl-iskejjel li ħadd m'għandu jaħdem jekk ma jkollux il-permess meħtieġ mill-Welfare Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Fil-fatt il-Korporazzjoni tattendi għal sessjonijiet ta' informazzjoni kemm fil-Guidance Unit ta' l-Edukazzjoni kif ukoll f'Ħal Far stess.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Applikanti li huma homeless
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu applikanti d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li huma homeless?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jalloka bla dewmien applikanti li jisfaw bla dar f’każijiet fejn applikanti jiġu żgumbrati mill-Qorti, jew ikunu ħarġu minn istituzzjoni jew darhom tiġġarraf jew ikollha ħsarat strutturali serji li jipperikolaw il-ħajja. Ninsab infurmat li d-Dipartiment ma għandux applikazzjonijiet pendenti minn applikanti li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji.
B’dankollu ninsab infurmat li d-Dipartiment għandu madwar 1,200 applikazzjoni minn persuni sharing house iżda ma tinżammx statistika dwar kemm minn dawn qed joqgħodu ma’ barranin.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema tad-drenaġġ li ilha tbati minnha għal dawn l-aħħar sentejn il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħlilhom id-drenaġġ fil-kamra tas-sodda fejn torqod tifla b'diżabilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat illi l-problema qiegħdha f'house connection privata u mhux fil-mejn pubblika. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali l-każ ta' applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tiġi allokata post fil-futur qarib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m’hemm ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċji tar-relief
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-mara ta' ħaddiem tat-tarzna li ħa s-somma biex ma jkomplix jaħdem f'dak il-post tax-xogħol hijiex intitolata għall-benefiċċji tar-relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Soċjali trid tissodisfa t-test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa kif ukoll dak dwar is-riżorsi kapitali tal-familja, kif stabbilit fis-Sitt Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba ta' armla b'erbat itfal li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għal post alternattiv? Jista' jgħid jekk hijiex intitolata għal post tal-gvern minħabba li hi sit ta' dan l-istess fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' ikun fis-seklu 21 għad għandna familji jgħixu ma' żewġ familji oħra ġewwa fond wieħed b'numru kbir ta' nies jgħixu f'dan l-istess fond li huwa żgħir? X'passi qed jieħu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex l-applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex is-sidien li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ġew mogħtija post tal-gvern bl-iskema tax-xiri, qatt ma sarulhom ix-xogħlijiet rikjesti minnhom stess qabel ma sar il-kuntratt finali ma' l-awtorita' tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proprjeta’ li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant inxtrat tale quale u għalhekk l-Awtorita’ tad-Djar, wara li eżaminat it-talba tal-persuna konċernata, ddeċidiet li ma kelliex tagħmel ix-xogħolijiet hi. Kieku sar dan l-Awtorita’ kienet tkun qed tiddiskrimina kontra ħaddieħor.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex account no. 1000054016, premises code 334873, district code 680 għandu jitħallas mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta skond informazzjoni li għandi dan il-kont kellu jiġi għand waħda mill-ġirien?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mir-rekords li għandhom Water Services Corporation jidher li l-Konsumatur Reġistrat
għandu l-istess kunjom indikat fil-mistoqsija u joqgħod fl-istess indirizz indikat ukoll fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali wara li perit tal-gvern iddikjara li l-fond - id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - huwa perikoluż ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jieħu l-passi meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-irċevuta tal-VAT tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata mill-awtorita' tad-djar u t-talba tiegħu ġiet miċħuda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-29 ta’ Novembru 2000, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat biex tingħata ħlas lura ta’ taxxa fuq il-valur miżjud taħt Skema S ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. L-applikazzjoni kienet tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li ma kien hemm ebda rċevuta oħra pendenti għal dak l-istadju. Id-dikjarazzjoni kienet tgħid ukoll li l-applikanti jafu li l-ħlas isir darba biss u li wara li jsir il-ħlas, ma jista’ jsir ebda ħlas ieħor relatat ma’ l-istess stadju. Il-ħlas fil-fatt sar fit-12 ta’ Marsu 2001.
Wara din id-data ġiet sottomessa riċevuta fiskali oħra għal xogħolijiet dwar l-istess stadju. Għar-raġunijiet li għidt qabel din l-irċevuta ma setgħetx tiġi kkunsidrata u l-applikanti ġew infurmati b’dan bil-miktub. L-applikanti għamlu oġġezzjoni quddiem il-Bord ta’ l-Appelli ta’ l-Awtorita’ liema oġġezzjoni ġiet miċħuda. L-applikanti ġew infurmati b’dan iżda reġgħu kkontestaw din id-deċiżjoni. Il-każ reġa’ tressaq quddiem il-Bord ta’ l-Appelli, li kkonferma d-deċiżjoni oriġinali. L-applikanti ġew infurmati b’dan.
Jista' il-Ministru jara li l-gallarijiet ta' quddiem u ta' wara tal-fond (dettalji qed jintbagħtu separatament) jiġu irranġati minħabba li ma humiex fi stat tajjeb? L-inkwilina ta' dan il-post tal-Gvern hija anzjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-fond li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom separatament huwiex milqut bil-liġi possession and use ? Jekk fl-affermattiv jistax jinxtara? X'inhi il-proċeduta biex jinxtara dan l-istess fond?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 2020 u Nru. 2031.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jwaqqa' l-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda l-proġett u fejn se jiġu akkomodati r-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-fond indikat mill-Onor. Interpellant hu parti minn proġett ta’ slum clearance f’Bormla bejn Triq Santa Liena, Triq Hanover, Triq San Mark, Triq l-Ajkla u Triq l-Irlandiżi. Il-proġett maħsub li jibda wara li titlesta t-tieni fażi tal-proġett ta’ Triq San Ġwann.
Peress li għad fadal ftit taż-żmien biex jinbeda dan il-proġett għadha ma ttieħdetx deċiżjoni finali dwar fejn ser jiġu rilokati r-residenti preżenti li jkunu milquta minn dan il-proġett.