Dipartiment ta' l-artijiet — Postijiet tal-gvern - ħlas ta' kera
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-orħos kera u l-għola kera li jitħallsu minn inkwilini li jgħixu f'postijiet tal-gvern lid-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-orħos kera u l-għola kera li jitħallsu minn inkwilini li jgħixu f`postijiet tal-gvern lid-Dipartiment tal-Artijiet huma ta` Lm1.02c5 u ta` Lm600 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu postijiet il-gvern għall-akkomodazzjoni bil-kiri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta` postijiet li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt għall-akkomodazzjoni bil-kiri hu ta` madwar għaxar t`elef (10,000).
Din il-figura ma tinkludix il-kirjiet tal-Awtorita` tad-Djar.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjonijiet fid-djar ta' l-applikanti
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm isiru spezzjonijiet fid-djar ta' l-applikanti tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-ġimgħa? Għal liema raġuni jsiru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li jsiru madwar 10 spezzjonijiet fil-ġimgħa fid-djar ta’ applikanti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dawn l-ispezzjonijiet isiru primarjament biex issir verifikata ta’ l-informazzjoni meħtieġa dwar l-applikazzjonijiet li jirċievi d-Dipartiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordina li huma inkwilini rikonoxxuti f'postijiet li s-sid tagħhom huwa l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Priġunieri li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema lokalitajiet ġejjin u għal liema lokalitajiet qed juru preferenza/
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li dawk l-anzjani li qed jgħixu fid-djar ta' l-anzjani u li fl-istess ħin huma inkwilini rikonoxxuti fi proprjeta' tal-gvern, jeħdilhom il-fond tagħhom qabel ma jiġu nieqsa?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern u anke fid-djar ta' l-anzjani tal-privat li ġew rakkomandati mill-gvern li huma inkwilini rikonoxxuti f'postijiet tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandux perit biex jivverifika l-applikanti tad-dipartiment li qed jgħidu li l-fond fejn joqogħdu huwa sub-standard u/jew ikkundannat? Jekk fl-affermattiv, min hu l-perit? Meta sar il-kuntratt ta' impjieg mal-perit? X'inhi l-paga tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 2513 f’din l-istess Seduta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn individwi li ddikjaraw li d-dħul tal-paga tagħhom hija minima?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma setgħatx tinġabar mid-dokumenti li jirċievi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mingħand l-employers peress li dawn id-dokumenti ma jispeċifikawx jekk l-impjegat ikunx full-timer, part-timer, casual workers jew student, jew jekk ir-remunerazzjoni rapportata tkunx paga jew salarju, jew xi ħlas ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-paga minima fis-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Avviż Legali Numru 378 ta' l-2002, il-paga minima nazzjonali għal ġimgħa normali ta' xoghol hija ta' Lm53.13 fil-gimgha għal persuni minn 18-il sena 'l fuq; Lm50.22 fil-ġimgħa għal dawk ta' 17-il sena, u Lm49.00 fil-ġimgħa għal persuni taħt is-17-il sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal, sena b'sena mill-1987 'il hawn li ħadmu taħt l-eta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal taħt l-eta' li nstabu jaħdmu u jirreġistraw minn Ottubru 1993 huwa ta' 627.
Il-Korporazzjoni m'għandha l-ebda informazzjoni f'dan ir-rigward qabel l-1993.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li tispiċċa s-sistema li biha l-paga minima nazzjonali tiġi miżjuda kull sena skond l-għoli tal-ħajja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda ħsieb li tispiċċa s-sistema li biha l-paga minima nazzjonali tiġi miżjuda kull sena skond l-għoli tal-ħajja.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Ilmenti minn applikanti quddiem l-Ombudsman
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tressqux ilmenti quddiem l-Ombudsman minn applikanti tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, dipartiment tat-tiswijiet u bini tal-gvern u l-awtorita' tad-djar għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-Tweġiba hi fl-affermattiv. L-ilmenti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jiġu ppubblikati fir-rapporti li joħroġ l-Ombudsman kull sitt xhur.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol tal-faċċata tad-Dockyard terrace, l-Isla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser jitkompla appena l-kuntrattur iġib il-ġebel skond l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender. Ninsab infurmat ukoll li dan il-ġebel ser jinġieb minn barra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati part-time u full time mal-PBS mill-1987 sal-lum, sena b'sena? Kemm kien hemm impjegati full time u kemm kien hemm impjegati part-time qabel l-1987? Kemm hemm impjegati full time u part-time illum? Kemm tħallsu f'pagi, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus għall-elezzjoni tar-referendum 2003 u għall-elezzjoni ġenerali 2003 minn kull dipartiment/awtorita' u entitajiet oħra li kienu nvoluti fihom il-pulizija u l-armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Għalkemm id-domanda mhix ċara nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-ispejjeż tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija.
Mingħajr il-pagi, il-Forzi Armati kellhom spiża ta’ LM1,815.33.
A rigward tal-Korp tal-Pulizija l-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni/individwi li d-dħul tagħhom hu mir-relief? Kemm kien l-ammont li ngħata bħala relief lil dawk intitolati fis-sena 2002 u minn Jannar 2003 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.