Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taqsima proprjeta' tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlet persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem it-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infumat illi l-persuna konċernata kellha diversi laqgħat mad-Dipartiment ta` l-Artijiet u ngħatat lilu risposta verbali għat-talbiet kollha li għamel, fosthom ġiet spjegata il-policy li l-bejgħ ta` Dirett Dominju jista` jsir biss wara sejħa għall-offerti.

Toroq — Sleeping policeman

Question

Jista' il-Ministru jgħid min jiddeċiedi fejn issir sleeping policeman? X'inhuma d-dimensjonijiet li għandha tkun sleeping policeman? Ta' min hi r-responsabbilta' f'każ li din tikkaġuna ħsara lil xi vettura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku jirċievi r-rikjesti għall-road humps mingħand il-Kunsill Lokali kkonċernat. Hemm standards fejn dawn jistgħu jitqiegħdu li wkoll jinkludu d-dimensjonijiet tagħhom. Hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali kkonċernat li dawn ir-road humps jinbnew kif approvat.

Dipartiment ta' l-artijiet — Kumpens għal fond li ttieħed ħal skop pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament, għadu ma ġiex ikkumpensat mid-dipartiment ta' l-artijiet għall-fond li ġie meħud mill-istess dipartiment għal skop pubbliku fl-1995?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li dettalji dwarha ingħataw separatament għadu ma ġiex ikkumpensat għal fond meħud mid-Dipartiment għal skop pubbliku għaliex ma kienx ġie aċċettat l-ammont ta` recognition rent offrut permezz ta` Avviż ta` Ftehim. Għad hemm kawża pendenti quddiem il-Bord ta` Arbitraġġ dwar Artijiet dwar dan l-ammont ta` kera.

Akkomodazzjoni soċjali — Postijiet tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġew l-applikanti li ġew mogħtija post tal-gvern mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fl-1998, fl-1999, fl-2000, fl-2001, fl-2002 sa l-2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Awtorita' tad-djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-awtorita' tad-djar ma għamlet assolutament xejn biex tgħin lill-mara anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u għaddiet kollox lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li jieħu dan il-każ f'idejh minħabba s-sitwazzjoni prekarja li din il-mara qed tgħix fiha u minħabba li l-każ huwa umanitarju ħafna fejn sabet ukoll nuqqas ta' għajnuna mil-Aċċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-1999, l-anzjana li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tagħmel xogħolijiet ta’ rranġar u titjib fid-dar taħt Skema 5. L-Awtorita’ ipproċessat l-applikazzjoni u waqt li nfurmat lill-anzjana bis-somma approvata talbitha tersaq biex tiffirma l-fethim meħtieġ. Minkejja li ntbagħtu sitt ittri u saru diversi tentattivi mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ biex jikkuntattjaw lill-anzjana bit-telephone biex tiffirma l-ftehim, dan kien kollu għalxejn. Wara ħafna żmien il-persuna konċernata marret l-Awtorita’ u nfurmathom li ma kienetx aktar interessata fl-applikazzjoni. Żmien twil wara, il-każ ta’ din il-persuna ġie riferut lill-Awtorita’ minn Social Worker ta’ l-Aġenzija Appoġġ u l-Awtorita’ għamel spezzjoni tal-post bil-ħsieb li tittratta l-każ taħt l-iskema tal-Care and Repair. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li x-xogħolijiet meħtieġa kien ser jinvolvu spiża ta’ aktar minn Lm4,300. Peress li l-ammont massimu li jista’ jingħata taħt l-iskema tal-Care and Repair hu ta’ Lm3,500 u l-fatt li din il-persuna kienet tgħix f’post mikri mingħand il-privat, il-Bord ta’ l-Awtorita’ ħass li jkun aktar għaqli li din il-persuna tingħata post alternattiv milli jsiru x-xogħolijiet fil-post fejn tgħix. Kien għalhekk li l-Awtorita’ rreferiet il-każ lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn din il-persuna għandha applikazzjoni pendenti li qed tiġi kkunsidrata ma’ oħrajn simili. Minn dan li għidt altru li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar ma għamlet assolutament xejn biex tgħin lil din il-persuna jew li din kellha nuqqas ta’ għajnuna mill-Aġenzija Appoġġ.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel spezzjoni fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hija l-proċedura tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li spezzjonijiet isiru biss kull meta l-istess dipartiment iħoss il-ħtieġa li jagħmel dan.
Leg 10 PQ #4162 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Isla — Dockyard terrace

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru tiegħu biex tiġi solvuta l-problema ta' ħruġ ta' drenaġġ quddiem residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, f'Dockyard terrace l-Isla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara li saru l-investigazjonijiet neċessarji minn dan id-Dipartiment, instab li l-ħruġ ta' drenaġġ quddiem is-sit indikat kien qed jiġi kkawżat minn sadd fid-drenaġġ ta' l-istess sit. Dan is-sadd issa tneħħa. Madankollu, peress li d-drenaġġ qiegħed jinstadd spiss, intbagħat avviż fid-29 ta' Jannar, 2004, lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, bħala sid responsabbli w kopja lid-Direttur tal-Housing Construction and Maintenance, sabiex isiru t-testijiet u l-investigazzjonijiet neċessarji, sabiex tiġi solvuta din il-problema.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Rekwiżizzjoni ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mhux beħsiebu jneħħi r-rekwiżizzjoni minn fuq il-postijiet bir-riferenzi RO 27008; RO 49184 u RO 33407 meta dawn huma ċċertifikati minn perit bħala substandard u mhux adegwati għal dawn iż-żmenijiet u anke kkundannati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, ma teżisti ebda ċertifikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant dwar il-postijiet indikati minnhu.

Dipartiment ta' l-artijiet — Twaqqigħ ta' kamra ta' l-injam

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex qatt ma l-gvern ħa passi biex titwaqqa' kamra ta' l-injam li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha hemm bosta snin u li qed tagħlaq kamra oħra li ġiet mibnija bil-permess u mogħtija lil wieħed sajjied? Din il-kamra ta' l-injam qed tkun ta' inkonvenjent għas-sajjied.

Response (BORG, TONIO)

Il-kamra tal-injam li qiegħda tagħlaq l-aċċess għal kamra oħra ilha mikrija minn l-1942. Il-kirja tal-kamra ta` wara saret fl-1970. L-aċċess ta` din il-kamra kien dejjem minn passaġġ tant li l-użu speċifiku ta` din il-kamra huwa li tintuża biss għal ħażna ta` xbieki tas-sajd. Madankollu d-Dipartiment tal-Artijiet ħa jagħmel l-investigazzjoni tiegħu ħalli jara jekk il-kundizzjonijiet tal-kirja tal-kamra ta` l-injam humiex qegħdin jiġu miksura u jekk ikun il-każ jieħu l-passi meħtieġa.

WSC — Investigazzjonijiet f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fir-rigward ta' l-inkonvenjent li dejjem qed jiżdied fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3072 (Novembru 2003). L-aħħar investigazzjonijiet li saru jindikaw li l-ilma li dwaru sar l-ilment ma kienx ġej mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iżda x'aktarx minn bir ta' terzi li hu viċin il-fond imsemmi.
Leg 10 PQ #4156 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Dħul ta' drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet u kif tista' tiġi solvuta l-problema tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward id-drenaġġ li ilu dieħel fil-kamra tas-sodda għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ikun iktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi tali Mistoqsija lil Ministru kkonċernat kif rakkomandat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari No.2762.

Problema tad-drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-problema tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-dħul tad-drenaġġ fil-kamra tas-sodda, problema li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferu l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 2090 u 3073.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmel spezzjoni fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-fond in kwistjoni mhuwiex taħt ir-responsabilita’ tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Appartament tal-gvern — Stallazzjoni ta' lift fi blokk tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat lift fi blokk tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu okkupat minn persuna b'diżabilita' u diversi anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għal installar ta’ lift fl-entratura indikata mill-Onor. Interpellant. Għalkemm saret applikazzjoni għal installar ta’ lift fl-istess blokk din tirrigwarda entratura differenti minn dik ta’ fejn tgħix il-persuna ndikata.
Leg 10 PQ #4160 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birkirkara — Skola primarja Sir Anthony Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li ftit ta' żmien ilu żar l-iskola primarja B, Sir Anthony Mamo ta' Birkirkara x'passi se jieħu d-dipatiment biex isir up-grading f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ippjanat li sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss, ser ikun installat lift f'dawn l-iskejjel. Xogħolijiet oħra għandhom isiru skond dak li jiġi deċiż fil-masterplan għal dawn l-iskejjel.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Bdil ta' postijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu applikanti d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali taħt il-kategorija exchange of accommodation?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 18-l applikazzjoni ghal bdil ta’ akkomodazzjoni mad-Dipartiment konċernat.

Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim MInistru jgħid x'inhu l-programm ta' appartamenti tal-gvern b'kiri ssussidjat għas-sena 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tqassim ta’ postijiet mibnija mill-Awtorita’ tad-Djar li jingħataw b’kera, ninfurmah li dan jiddependi mill-progress tal-proġetti ta’ urban renewal u n-numru ta’ familji li jkunu ser jiġu effettwati minn dawn il-proġetti.

Djar — Tqassim ta' units

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu units matul is-sena 2003 sal-lum lill-applikanti li ħarġu minn istituzzjonijiet jew djar residenzjali bħall-isptar Monte Carmeli jew inkella djar residenzjali fejn jgħixu tfajliet u ġuvintur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-2003 id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 7 postijiet lil persuni li kienu residenti f’postijiet tat-tip indikat mill-Onor. Interpellant.

Djar — Għajnuna lil persuni li m'għandhomx dar tagħhom

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif l-awtorita' tad-djar tinvesti f'għaqdiet volontarji li jaħdmu biex jgħinu lil dawk il-persuni li m'għandhomx dar tagħhom jew għaqdiet oħra li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ tad-Djar tgħin lill-Non Government Organisations permezz ta’ għoti ta’ appartamenti b’ titolu ta’ kera sussidjata sabiex persuni bi problemi ta’ diżabilita’ fiżika kif ukoll mentali jiġu ri-integrati fis-soċjeta’. Barra minhekk l-Awtorita’ tad-Djar tagħti għajnuna finanzjarja lill-diversi Non Government Organisations li jipprovdu servizz ta’ akkomodazzjoni lill-persuni bi problemi soċjali. Din l-għajnuna sservi biex jiġi mmeljorat tali bini.