Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (BORG, TONIO)

Ir-Requisition Orders kienu jinħarġu mill-Housing Secretary tad-Dipartiment tad-Djar, illum magħruf bħala d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. L-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment ta' l -artijiet — Twaqqigħ ta' kamra ta' l-injam

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li ħa d-dipartiment ta' l-artijiet rigward il-mistoqsija parlamentari 4205 u cioe'għaliex qatt ma l-gvern ħa passi biex titwaqqa' kamra ta' l-injam li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha hemm bosta snin u li qed tagħlaq kamra oħra li ġiet mibnija bil-permess u mogħtija lil wieħed sajjied? Din il-kamra ta' l-injam qed tkun ta' inkonvenjent għas-sajjied.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara l-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Artijiet, ġie kkonfermat li l-kamra tal-injam tinsab mibnija fuq art li ġiet konċessa permezz tal-ftehim tal-kirja tal-25 ta' Awissu 1948, fejn il-kerrej kien obbligat speċifikament li jibni kamra tal-injam.

Birgu — Triq Nestu Laiviera - fond nru. 10

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet wara li ġiet pubblikata l-ittra li qed tintbagħat separatament fuq waħda/wieħed mill-ġurnali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni mill-enforcement officer ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u rriżulta li x-xogħlijiet huma skond il-pjanti approvati. Il-ġirien ġew magħrrfa b’ dan permezz ta’ittra datata il-21 ta’ April 2004.

Kalaxlokk — Persuna li ġie terminat l-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4810 billi jivverifika mar-records ta' Kalaxlokk u jgħid meta ġie terminat ix-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw ma' mistoqsija parlamentari 4810 u jgħid għaliex itterminawlu x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mir-rekords tal-Kumpanija jirriżulta illi ma kien hemm ħadd impjegat bl-ID number mogħti mill-Onor. Interpellant.

Birgu — Fond li ghandu perikli strutturali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tat-tiswijiet tal-postijiet tal-gvern biex jiġi mneħħi l-periklu strutturali tal-fond fil-Birgu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li ġie ċċertifikat minn perit tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li f'dawn il-ġranet id-Dipartiment konċernat għandu jispezzjona l-ħsarat fil-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi stabbilit jekk is-saqaf in kwistjoni jridx jinbidel kollu jew partijiet minnu biss.

Bormla — Fond fi stat perikoluż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija ta' l-għassa ta' Bormla rigward post f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu strutturalment perikoluż u li l-faċċata mhix f'kondizzjoni tajba b'konsegwenza li qed joħloq periklu għal terzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport ta' xi struttura perikoluża fil-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Pero' ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija bdiet il-proċeduri stabbilit sabiex dan il-perikolu jitneħħa.

Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal akkomodazzjni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed tkun il-problema biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali minħabba diversi raġunijiet, fosthom mard?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Programm ta' ħidma — Żvilupp Urban

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi il-politika u il-programm ta' ħidma għas-sena 2004 fil-qasam ta' Żvilupp Urban?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-politika u il-programm ta' ħidma għas-sena 2004 fil-qasam ta' Żvillup Urban jikkonsisti fi tkomplija ta' proġetti li kienu diġa nbdew. Fost dawn il-proġetti hemm il-proġett tal-Kottonera, il-proġett ta' Manoel Island u Tigne', il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal u l-proġett tal-lift tal-Barrakka. Wieħed irid iħares ukoll lejn iż-żoni l-aktar kritiċi, speċjalment il-Belt Valletta u il-Kottonera. Dan il-programm qiegħed jiġi mfassal u hekk kif jiġi żvillupat inkunu nistgħu nagħtu iktar dettalji.

Dipartiment ta' l-artijiet — Kuntratti fuq postijiet residenzjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti fuq postijiet residenzjali li ġew f'idejn il-gvern b'riżultat tal-ftehim ta' l-1992 bejn l-istat ta' Malta u l-Vatikan - fidi ta' ċnus fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li n-numru ta` kuntratti ta` fidi ta` ċnus imposti fuq postijiet residenzjali li ġew f`idejn il-gvern b`riżultat tal-ftehim tas-sena 1992 bejn l-istat ta` Malta u l-Vatikan huwa kif elenkat hawn taħt: Sena Kuntratti ta` Fidi ta` Ċnus 1999 111 2000 146 2001 252 2002 105 2003 126 2004 53

Uffiċċju Konġunt — Kuntratti f'postijiet residenzjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti f'postijiet residenzjali li ġew f'idejn il-gvern b'riżultat tal-ftehim ta' l-1992 bejn l-istat ta' Malta u l-Vatikan - xiri ta' postijiet mikrija fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li n-numru ta` kuntratti ta` xiri ta` postijiet residenzjali mikrija li ġew f`idejn il-gvern b`riżultat tal-ftehim tas-sena 1992 bejn l-istat ta` Malta u l-Vatikan huwa kif elenkat hawn taħt: Sena Kuntratti ta` Postijiet Mikrija 1999 55 2000 69 2001 23 2002 16 2003 18 2004 2

Djar — Kuntratti ta' postijiet tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien id-dħul finanzjarju minn kuntratti li għamlu inkwilini ta' postijiet tal-gvern meta xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-gvern li xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoííi fuq il-Mejda tal-Kamra

Kalaxlokk — Ħaddiem li spiċċa bis-sensja

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlu x-xogħol mill-Kalaxlokk?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi mir-rekords tal-Kalaxlokk ma jirrizulta ebda persuna bid-dettalji li ngħatat li ġiet terminata f'dawn l-aħħar 10 snin.

Dipartiment ta' l-artijiet — Postijiet tal-gvern - xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-gvern li xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Il-bejgħ ta` proprjeta` residenzjali mibnija mill-Gvern huwa mmexxi mill-Awtorita` tad-Djar. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Dipartiment ta' l-artijiet — Postijiet tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid il-gvern ta' kemm hu sid ta' postijiet tal-gvern bħala housing soċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jirriżulta li l-ammont ta` postijiet residenzjali mibnija mill-Gvern f`Malta u li preżentament huma mogħtija b`kera huwa ta` ftit aktar minn 7,500. Din iċ-ċifra ma tinkludix postijiet residenzjali li qabel kienu tal-Knisja. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-ammont ta` dawn il-postijiet ġewwa kull lokalita` f`Malta. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern m`għandiex informazzjoni ta` kemm hemm minn dawn il-postijiet ġewwa Għawdex għalkemm it-Taqsima qed tagħmel eżerċizzju sabiex l-informazzjoni dwar proprjeta` tal-Gvern f`Għawdex tkun ikkomputerizzata.

Dipartiment ta' l-artijiet — Postijiet tal-gvern - Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul finanzjarju minn kuntratti li għamlu inkwilini ta' postijiet tal-gvern meta xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Il-bejgħ ta` postijiet residenzjali proprjeta` tal-Gvern lill-inkwilini ta` l-istess postijiet isir mill-Aworita` tad-Djar u għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat. Rigward postijiet residenzjali li ġew f`idejn il-Gvern b`riżultat tal-ftehim ta` l-1992 bejn l-istat ta` Malta u l-Vatikan ninsab infurmat illi d-dħul minn bejgħ u fidi ta` ċens hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment ta' l-artijiet — Twaqqigħ ta' kamra ta' l-injam

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni li ħa d-dipartiment ta' l-artijiet rigward mistoqsija parlamentari 4205 u cioe' għaliex qatt ma l-gvern ħa passi biex titwaqqa' kamra ta' l-injam li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha hemm bosta snin u li qed tagħlaq kamra oħra li ġiet mibnija bil-permess u mogħtija lil wieħed sajjied? Din il-kamra ta' l-injam qed tkun ta' inkonvenjent għas-sajjied.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.