Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Tqassim ta' units

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmu units fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2004 mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema kategorija ġew dawk l-applikanti li bbenefikaw? Minn liema lokalitajiet ġew dawk l-applikanti li bbenefikaw? Fejn kienu (il-lokalita') li ġew imqassma l-units, xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minbarra dik dwar il-kategorija ta' l-applikanti. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar din l-informazzjoni.

Djar — Każ dwar residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-post indikat mill-Onor. Interpellant għadu rekwiżizzjonat.

Pulizija — Permessi tal-ħwienet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sens jagħmel li permessi tal-ħwienet fil-lokalita' ta' Bormla, Isla u Birgu jħallsu daqs liċenzji f'lokalitajiet u toroq aktar kummerċjali bħal The Strand, Gżira, Msida Sea Front, Valley Road, Birkirkara, eċċ.? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħlas f'ċerti lokalitajiet jiġi ridott?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5298.

Isla — Moll li hemm fix-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex jiġi rranġat il-moll fix-Xatt ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa? Kemm se jdum biex jitlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab informat illi minħabba n-natura tal-ħsara, il-Marine Section tad-diviżjoni tax-xogħlijiet ġiet mitluba mill-kunsill tagħmel aktar studji dwar x'qed jikkaġuna il-ħsarat biex eventwalment ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet fil-baħar mill-Malta Maritime Authority.

Akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar requisition order

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant għadu rekwiżizzjonat.

Kiri ta' postijiet tal-gvern — Standard contract

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract ta meta jinkera post tal-gvern lill-inkwilini, mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (BORG, TONIO)

Il-'ftehim tal-kirja' għal postijiet residenzjali ssir direttament mad-Direttur tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kiri ta' postijiet tal-gvern — Standard contract

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract ta meta jinkera post tal-gvern lill-inkwilini mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma tikrix appartamenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' specimen contract li jsir bejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u nkwilini meta jinkrew postijiet tal-Gvern.

Bejgħ ta' postijiet tal-gvern — Standard contract

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract ta meta jinbiegħ post tal-gvern jew lill-inkwilini jew lil dawk li applikaw biex jixtru fond ġdid mill-awtorita tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' żewġ specimen contracts, wieħed jintuża meta jinbiegħ post mibni mill-Awtorita' tad-Djar u l-ieħor meta inkwilini jixtru fond taħt l-iskema ta' l-Awtorita', Sir Sid Darek.

Sħubija ta' Malta fl-UE — Jum nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jipproponi l-1 ta' Mejju (meta Malta saret membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea) bħalha jum nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Idejalment, għandha ssir diskussjoni dwar il-possibilità ta’ qbil dwar Jum Nazzjonali wieħed. Il-Gvern hu lest jiddiskuti dan is-suġġett ma’ l-Oppożizzjoni jekk hemm id-dispożizzjoni min-naħa tagħha.

Reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal il-bord għad-direttorat ta' l-immaniġjar tat-traffiku jirrakkomanda li jitneħħa reserved parking għal persuna b'diżabilita' skond id-dettalji li qed nibgħat separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-raġunijiet li wassal lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku li titneħħa r-reserved parking huma: Ir-reserved parking ma kenitx approvata mill-Bord għar-Reserved Parking. Skond il-guidelines li fuqhom tinħadem l-applikazzjoni, l-applikant ma ssodisfax ir-rekwiżiti hawn taħt imsemmija biex ikun eliġibbli għar-reserved parking: L-applikant għandu garage; Id-diżabilita' ta' l-applikant mhix relatata ma nuqqas ta' mobilita'.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Applikanti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm nies/applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Minn liema kategoriji ġejjin? Kemm hemm f'kull kategorija? Minn liema lokalitajiet ġejjin? X'inhi l-medja ta' l-eta' ta' l-applikanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minbarra dik dwar il-kategorija ta' l-applikanti. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar din l-informazzjoni. Ninsab infurmata wkoll li l-eta' medja ta' applikanti hi 44 sena.

Awtorita' tad-djar — Xiri ta' units tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk issa, bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jgħix f'Malta jistax jibbenefika minn xi unit tal-gvern bħalha bejgħ jew kiri mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali jew l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ċittadin ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea li jkun residenti legalment f'Malta jiġi trattat bħal ċittadin Malti. F'kliem ieħor, ċittadin ta' pajjiż membru ta' l-Unjoni ma' jistax jiġi diskriminat sakemm jissodisfa l-kundizzjonijiet relatati applikabbli għal ċittadin Malti. Dan dejjem suġġett għad-derogi li Malta akkwistat fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, inkluża d-deroga dwar ix-xiri ta' propjeta'.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk issa bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jgħix f'Malta jistax jibbenefika minn xi skema ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 5391 f'din l-istess Seduta.

ATP — Uffiċjali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport fil-futur jistgħux iwaqqfu karozzi għall-għarrieda? Min se jkunu dawn l-uffiċjali? Kemm se jkun hemm uffiċjali nvoluti? X'poter se jkollhom? X'tip ta' apparat se jużaw dawn l-uffiċjali? Xi jkun jikkonsisti t-test fuq il-karozza? Kemm tkun tiswa l-multa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta se jingħataw is-setgħa li jwaqqfu vetturi fit-triq biex ikunu jistgħu jsirulhom spezzjonijiet skond ir-Regolamenti ta' l-2003 dwar Piżijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur. L-uffiċjali se jkunu l-Enforcement Officers ta' l-awtorita'. In-numru se jkun skond l-esiġenzi ta' l-operat. Dawn se jkollhom poteri ta' infurzar tar-regolamenti dwar it-traffiku u t-trasport. L-ispezzjonijiet isiru biex ikun assigurat li l-vetturi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi. Fir-regolamenti li bdew iseħħu fit-30 ta' April hemm stabbilit li l-ogħla ammenda tista' tkun ta' Lm50.

WSC — Kont ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont li qed jintbagħat separatament ħareġ fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament meta dan ilu ma jgħix f'dan il-fond aktar minn 14-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li skond il-file, il-konsumatur kien applika biex jitneħħa l-arloġġ tad-dawl fil-31 ta' Awissu 1995, imma għall-arloġġ ta' l-ilma ma' nstabet l-ebda applikazzjoni biex jitneħħa l-arloġġ. Is-servizz ta' l-ilma ġie maqtugħ fil-21 ta' Diċembru 1999. Il-kont pendenti li jammonta Lm131.68 huwa kompost minn Lm13.39 elettriku, sakemm inqala l-arloġġ u Lm118.29 għal-kirjiet ta' l-arloġġ ta' l-ilma li għadu nstallat.

Uffiċċju Konġunt — Skemi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi kollha li għandu l-uffiċċju konġunt?

Response (BORG, TONIO)

L-Uffiċċju Konġunt jbiegħ jew jifdi ċ-ċens ta' dawk il-postijiet kollha amministrati minnu, dment li huma użati bħala residenza ordinarja jew bħala postijiet ta' villeġġjatura.

Isla — Moll li hemm fix-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol biex jiġi rranġat il-moll fix-Xatt ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa? Kemm se jdum biex jitlesta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5328.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat? Jekk fl-affermattiv, ħarġet id-derequisition?

Response (BORG, TONIO)

Ir-requisition orders kienu jsiru mill-Housing Secretary tad-Dipartiment tad-Djar, illum magħruf bħala d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Għalhekk l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' tibdil ta' soqfa u xogħol ieħor fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li s-sid tiegħu huwa l-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5356.