Tista' il-Ministru tara li l-kont tal-kera ta' familja minn Ħal Luqa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi ċċekkjat sewwa minħabba li huma qed jallegaw li qed jiġi għoli ħafna u jħossu li l-ilmenti tagħhom ma' l-awtoritajiet qed jiġu njorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kwistjoni dwar is-sussidju tal-kera lill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant issa ġiet risolta. Ninsab infurmata wkoll li l-ilmenti li rċieva d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali dwar il-każ kollha ngħatatilhom risposta fil-waqt mid-Dipartiment.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew jitħaddmu l-15 air conditions li jinsabu fis-sala Disneyland ġewwa l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa minn qabel ma ngħataw l-air conditioners ta' Disneyland kien magħruf li m'hemmx provista ta' elettriku adegwata biex jitħaddmu. Id-Diviżjoni għaddejja mill-proċess biex tipprova ssaħħaħ il-provista ta' l-elettriku.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni H18571, quddiem id-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? X'tama hemm li la darba għandha madwar 150 punt tiġi pprovduta akkomodazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Dipartiment għal-Construction and Maintenance — Postijiet tal-Gvern
Question
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għal-Construction and Maintenance tal-postijiet tal-Gvern jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu mill-fond li l-indirizz qed jitbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtiega.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu passi fil-parti komuni tal-fond tal-Gvern li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħa l-periklu u jsir up--grading?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jintervjeni biex il-Bord ta' l-Appell jibgħat gall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li twaqqaflu r-relief mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali b'konsegwenza li ma għandhux flus biex iħallas il-kontijiet ta' dawk u ilma, il-kirja ta' dar u għal mard li għandu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol tqis li l-ġustizzja titwettaq billi tisma' l-każi ta' l-appelli mid-deċiżjoni tal-ETC skond l-ordni li jkunu waslu għandha. L-appellanti kollha huma fl-istess sitwazzjoni (jew simili) taż-żagħżugħ imsemmi fil-Mistoqsija u għalhekk biex issir ġustizzja l-Awtorita' tħoss li din il-proċedura għandha tinżamm.
Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel li permessi tal-ħwienet fil-lokalita' ta' Bormla, Isla u Birgu jħallsu daqs liċenzji f'lokalitajiet u toroq aktar kummerċjali bħal The Strand, Gżira, Msida Sea Front, Valley Road, Birkirkara, eċċ.? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħlas f'ċerti lokalitajiet jiġi ridott?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħlas tal-permessi tal-ħwienet huwa bbażat fuq kriterji elementari fir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Pulizija (l-ewwel skeda Taqsima II). Fil-fatt huwa biss Pjazza Gavina Gulia, Pjazza Paolino Vassallo, il-Moll ta' Bormla u l-inħawi tal-knisja ta' San Pawl, Bormla li qedgħin fil-lokalita' C li tinkludi wkoll it-toroq l-oħra imsemmija mill-Onor. Interpellant. Il-lokalitajiet ta' l-Isla u l-Birgu jinsabu fil-lokalitajiet D.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5573, tista' il-Ministru tara li tinħareġ id-derequisition u naturalment l-inkwilini jibqgħu jgħixu hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma rċieva ebda talba biex il-post indikat mill-Onor. Interpellant jiġi direkwiżizzjonat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jaħdem hawn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija miżżewġa ċittadin Malti u għalhekk tgawdi 'exempt person status', jiġifieri m'għandhiex bżonn permess, la biex toqgħod u lanqas biex taħdem hawn Malta.
Tista' il-Ministru tintervjeni personalment sabiex persuna marida li se tispiċċa barra fit-triq b'konsegwenza li twaqqaflu ir-relief jiġi pprovdut b'post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Jista' il-Ministru jara li l-kont ta' familja minn Ħal Luqa li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament jiġi ċċekkjat sewwa minħabba li huma qed jallegaw li qed jiġi għoli ħafna u jħossu li l-ilment tagħhom ma l-awtoritajiet qed jiġu injorati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mhux minnu li l-ilment tal-konsumatur imsemmi kien injorat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma.
Fuq talba tal-konsumatur, il-meter ta' l-ilma inbidel u rriżulta li dan ma kienx difettuż.
F'Novembru 2003, il-Korporazzjoni kienet bagħtet tekniku jinvestiga dan l-ilment wara li l-konsumatur baqa' jinsisti permezz ta' l-avukat tiegħu li l-meter ta' l-ilma tiegħu kien difettuż.
Irriżulta li l-konsumatur imsemmi kellu flushing difettuż fis-sistema interna tiegħu u dan kien qed ifur kontinwament għal ġol-WC. Fl-1 ta' Dicembru 2003, ic-Chairman ta' l-KSI kiteb lill-Avukat ta' dan il-konsumatur u nformah b'dak li kien irriżulta u li għaldaqstant il-konsum ta' l-ilma għoli rreġistrat kien responsabbli għalih il-konsumatur innifsu.
Ma jidhirx li kien hemm xi problemi fil-kont ta' l-elettriku.
Jista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? X'tama hemm li din il-familja ta' ħamsa li jgħixu f'żewġ kmamar jiġu pprovduti akkomodazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'jeddijiet għandhom dawk li jieħdu l-medalja għall-qadi tar-Repubblika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond Artikolu 14 ta’ l-Att ta’ l-1975 dwar Ġieħ ir-Repubblika, persuna li lilha tkun ġiet mogħtija l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika jkollha l-jedd:
(a) li ġġib l-ittri M.Q.R. (Midalja għall-Qadi tar-Repubblika) wara isimha f’kull okkażjoni li l-użu ta’ ittri bħal dawn huma soltu li jintużaw; u
(b) li tilbes il-midalja bħala dekorazzjoni skond ir-regoli magħmula taħt l-imsemmi Att.
Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda 5280, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ittra li l-awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bagħtet fil-21 ta' April 2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Sakemm ma jkunx hemm awtoriżżazzjoni ta’ l-avukat li kiteb f’ isem il-ġirien u li lilhu ntbagħtet ir-risposta mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ma jidhirlix li għandi npoġġi kopja ta’ din l-ittra fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex tissolva il-problema ta' familja minn l-Isla li d-dettalji dwarha qed jintbagħu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex jgħarraf lill-anzjan li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament biex jagħti lura lid-dipartiment is-somma ta' aktar minn Lm2,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar tal-Gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' armla li hi anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? X'tama hemm li tiġi pprovduta b'post żgħir minħabba li fejn tgħix huwa kbir ħafna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Housing Inspectors
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta ser issir spezzjoni mill-Housing Inspectors tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-fond li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.