Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistru Pubbliku — Żwieġ Ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li jiġi legalizzat żwieġ ċivili bejn persuni ta' l-istess sess?

Response (BORG, TONIO)

Ma hemm l-ebda intenzjoni li dan it-tip ta' żwieġ jiġi legalizzat u dan peress li huwa inkompatibbli mal-liġi taż-Żwieġijiet ta' Malta li tippermetti biss żwieġ bejn persuni tas-sess oppost.

ID Card — Bdil tas-Sess

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-tmien persuni li għamlu sex change u biddlu l-ID card tagħhom minħabba f'hekk, jistgħux jiżżewġu ċivilment?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm ma hemmx definizzjoni ta' żwieġ fil-Kap 255 tal-Liġijiet ta' Malta, il-partijiet għandhom ikunu mara u raġel skond l-artikolu 15 ta' l-istess Kap.

Awtorita' tad-djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi megħjuna mis-servizz care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-14 ta' Ottubru 2004, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, fil-fatt applikat taħt Skema 5 ta' l-Awtorita' tad-Djar, jiġifieri għall-irranġar tar-residenza mikrija mill-privat, u mhux taħt l-inizjattiva tal-care and repair. Din l-applikazzjoni ser tiġi kkunsidrata.

Dfin — Cremation

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb jintroduċi l-cremation bħala alternattiva tad-dfin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent m'għandu l-ebda pjanijiet biex jintroduċi huwa stess xi tipi alternattivi ta' dfin. Għaldaqstant, fl-eventwalita' li jirċievi applikazzjonijiet għall-introduzzjoni ta' krematorju f'Malta mill-privat, dawn jiġu kkunsidrati w evalwati skond kriterji, kundizzjonijiet u regolamenti eżistenti.

Ċimiterji — Qlugħ ta' Katavri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il katavru ġie maqlugħ mill-qabar biex jitpoġġa f'qabar ieħor fl-istess ċimiterju, u mill-Addolarata għal ċimiterju ieħor fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Trasporti Effetwati 2000 115 2001 124 2002 86 2003 136 2004 98 sat-12 ta' Ottubru Tali figuri jinkludu trasporti li saru minn oqbra li jinstabu fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata għall-istess Ċimiterju, kif ukoll minn Ċimiterju oħra tal-Gvern għal Addolorata. Ma jinżammux records separati li juru trasporti minn Ċimiterji diversi għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata peress li dawn jitqiesu bħala dfin.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir upgrading taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata minħabba li partijiet minnu jinsabu f'kondizzjoni ħażina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li xogħol ta' tindif u manutenzjoni fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata ssir ta' kuljum minn nies impjegati fl-istess Ċimiterju. Għaldaqstant xogħol ieħor strutturali u ta' restawrar isir bi pjan u fuq il-pariri neċessarji tal-periti. Tali xogħol isir skond riżorsi finanzjarju pprovduti għal dan il-għan.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat hemm jaħdmu fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u xi grad u funzjoni għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament jeżistu 35 l-impjegat li jaħdmu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u f'Ċimiterji oħra tal-Gvern. Il-Grad u funzjoni tal-ħaddiema rispettivi huwa kif ġej: Numru ta' Impjgati Grad Funzjoni 1 Health Inspector Persuna responsabbli minn din is-sezzjoni 1 Foreman Persuna responsabbli għax-xogħol u l-ħaddiema barra mill-uffiċċju 1 Clerk Personnel, typing u xogħol fl-uffiċċju b'konnessjoni ma' dfin 3 Supervisors Wieħed-Xogħol fl-uffiċċju b'konnesjoni ma' dfin. Tnejn l-oħra- Supervisors fuq id-deffiena. 13 Gravediggers Tnejn jagħmlu xogħol ta' watchmen u tlieta jagħmlu xogħol ta' gatekeepers. 2 Watchmen Għassa maċ-Ċimiterju fil-għaxija 2 Health Asst. Jagħmlu xogħol ta' General Hands 1 Operative Xogħol ta' gatekeeper 1 Driver Xogħol ta' watchman 2 Hospital Auxiliary Xogħol ta' watchmen 8 General Hand Xogħol ta' gatekeeper 35 Total

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Dfin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar dfin fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Dfin 2000 1484 2001 1503 2002 1553 2003 1560 2004 1151 sat-12 ta' Ottubru

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Dfin ta' Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il difna saret ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li 'records' tad-dfin ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata jinżammu flimkien mar-records ta' dawk Maltin. Għaldaqstant l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata.

Isla — Problema tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta għandhiex il-ħsieb li fil-futur tirranġa l-problema tad-dawl li hemm ħdejn l-entratura tal-klabb tar-regatta ta' l-Isla u li ilha mingħajr dawl sentejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li biex titjieb is-sitwazzjoni u l-vultaġġ fl-Area msemmija jissaħħaħ hemm bżonn li jinbidlu l-linji. Dan għandu jsir bħala parti mill-programm ta' rinfurzar tal-linji ta' tenzjoni baxxa.

MEPA — Applikazzjonijiet għal Ċimiterji Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet quddiem il-MEPA biex isiru ċimiterji ġodda? Min huma l-applikanti? Meta saret l-applikazzjoni? F'liema lokalita'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA), l-Awtorita' għandha quddiema applikazzjoni waħda għal ċimiterju ġdid. Din hi l-applikazzjoni PA 2407/04. Id-dettalji li qed jintalbu mill-Onor. Interpellant huwa aċċessibbli għall-pubbliku minn fuq il-website u għaldaqstant ma jidhirlix li għandi nagħti din l-informazzjoni.

MEPA — Estensjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx talba għall-estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u ċimiterji oħra quddiem il-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-Informatika ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorita' għandha żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-estensjoni taċ-ċimiterji, waħda minnhom għaċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li ċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u ċimiterji oħra tal-gvern jiġu privatizzati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament ma hemm l-ebda ħsieb li ċ-Ċimiterji tal-Gvern jiġu privatizzati.

Sptarijiet — Imwiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu nies fl-istpar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista' jindika liema kien l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies li mietu fl-Isptar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u ghawdex hija kif ġej: Numru ta' Mwiet Matul is-Snin: Sptar 2000 2001 2002 2003 2004 (Jan - Aug) St. Luke's 1450 1493 1602 1647 1086 Gozo General 191 182 153 198 134 Boffa 117 116 121 120 89 Zammit Clapp 68 72 70 85 43 Mount Carmel 21 21 16 24 13 St. James (+ Capua) 29 30 36 35 19 St. Philips 11 2 4 4 1 Mwiet fl-Isptarijiet 1887 1916 2002 2113 1385

Sptar Karen Grech — Imwiet ta' Tfal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati mwiet fl-isptar Karen Grech ta' tfal taħt is-16-il sena fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tfal taħt is-16 il sena li mietu fl-Isptar San Luqa fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u Għawdex hija kif ġej: Sena Numru ta' Tfal (0-15 yrs) li mietu San Luqa 2000 35 2001 22 2002 32 2003 27 2004 (Jan-Aug) 23 Total 139

Djar — Kuntratt ta' post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tibgħat għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex isir kuntratt biex jinxtara l-post tal-gvern indikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata tippreżenta l-applikazzjoni flimkien ma' dokumenti oħra meħtieġa biex tkompli tikkunsidra l-każ.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja minn Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post żgħir u li l-fond sovroppost huwa f'kondizzjoni ħażina ħafna, (inkluża l-parti komuni) tiġi allokata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

WSC — Dħul ta' drenaġġ f'bir ta' residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li qed jilmentaw li hemm drenaġġ dieħel fil-bir tar-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema tat-Taqsima tal-Wastewater tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iċċekkjaw is-sewer mainta' St. Michael Street, Senglea u ma nstab xejn ħażin. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sanita' qiegħed jagħmel testijiet fuq il-house connection privata biex jivverifika fejn qegħda l-ħsara.

Dipartiment tas-saħħa — Dħul ta' drenaġġ f'residenza privata

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minħabba l-ilment tagħhom li hemm drenaġġ dieħel fil-bir tar-residenza tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-ilment kien ġie rrapurtat fl-uffiċċju tas-Saħħa Pubblika fit-13 t'Awissu 2004. Wara li kienu saru l-investigazzjonijiet neċessarji, nstab li kien hemm sadd fid-drenaġġ tal-Gvern f'Point Street Senglea. Dan is-sadd kien tneħħa fil-pront. Il-bir komuni kien tbattal sat-23 t'Awissu u l-problema kienet waqfet kif ikkonfermaw l-inkwilini. Mill-investigazzjoni li saret riċenti, jidher li l-infiltrazzjoni reġgħet feġġet bil-mod fil-bir. Dwar dan l-inkwilini kellmu lil perit tagħhom imma ma kienux irraportaw lis-Sanita'. Għaldaqstant, uffiċjali ta' dan id-Dipartiment reġgħu bdew l-investigazzjonijiet billi l-Ġimgħa, l-ewwel ta' Ottubru 2004 reġa' gie spezzjonat id-drenaġġ tal-Gvern għal xi sadd, u nstab li ma kienx hemm sadd. Fl-4 t'Ottubru, 2004 ġie ttestjat bil-kulur id-drenaġġ komuni ta' l-inkwilini, biex ġie eliminat xi ħsara mid-drenaġġ tagħhom għal ġol-bir. Testijiet bil-kulur saru fuq id-drenaġġ tal-Gvern nhar is-6 t'Ottubru 2004, iżda rriżultaw fin-negattiv, jiġifieri l-kulur ma ħariġx fil-bir ta' l-inkwilini. Ittieħed ukoll kampjun ta' l-ilma tal-bir għall-analiżi. Fit-18 ta' Ottubru se jsiru testijiet aktar intiżi fuq is-sistema komuni tad-drenaġġ ta' xi ġirien fil-qrib, wara li testijiet preliminari indikaw li jista jkun hemm xi ħsara f'din is-sistema.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali se jalloka post alternattiv lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li fl-1998 (fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista) kienet ħadet il-fond li qed toqgħod fih u qed tgħid li kien ikkundannat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.