Tista' il-Ministru tgħid kemm bena units id-dipartiment tal-manutenzjoni u l-bini tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 li mbagħad ingħataw lill-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem il-MEPA mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija tal-postijiet tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u t-Tiswija tal-Postijiet tal-Gvern għandu disa' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-avukati, in-nutara, il-periti, is-psychologists, is-social workers, ir-research analysts u l-professjonisti kollha fi ħdan l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm units għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li s-sid huwa l-uffiċċju konġunt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu ħmistax il-post ta' l-Uffiċċju Konġunt iżda ebda wieħed minnhom ma hu tajjeb biex jiġi allokat.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi li għandha l-awtorita' tad-djar? F'liema sena twaqqfet kull skema? Liema skemi ma baqgħux jiffunzjonaw din is-sena u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu vvotati flus għal kull skema din is-sena u kemm intnefqu? Kemm applikaw għal kull skema u liema skema? Kemm ibbenefikaw għal kull skema u liema skema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond l-Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja 2003/2004 l-Awtorita' allokat is-somma ta' Lm800,000 għal sussidju u għotjiet għal diversi skemi u inizjattivi. Ninsab infurmata li l-ammonti minfuqa fuq kull skema u inizjattiva huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8868 f'Seduta 187.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati l-awtorita' tad-djar? Kemm hemm impjegati li ddaħħlu din is-sena? Saret sejħa ta' applikazzjonijiet u kif intgħażlu l-impjegati l-ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement l-Awtorita' tad-Djar għandha 82 impjegat li 5 minnhom huma part-timers.
Ninsab infurmata wkoll li din is-sena l-Awtorita' mpjegat żewġ ħaddiema ġodda wara talba lill-MIMCOL u lill-ETC.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Kemm hemm impjegati fil-unit tal-customer care?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fit-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar hemm seba' mpjegati. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif mitlub fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għamlu użu mis-servizz tal-customer care ta' l-aġenzija ACCESS fil-Birgu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-AĊĊESS mhux aġenzija iżda kumpless fil-Kottonera li joffri diversi servizzi provduti minn diversi Dipartimenti u entitajiet, inkluż uħud li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni li jagħmlu użu minn dan il-kumpless.
Tista' il-Ministru tgħid fejn huma l-branches tas-servizz ta' customer care? Meta nfetħu? Kemm hemm impjegati f'kull branch? Kemm għamlu użu mis-servizz f'dawn il-branches?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan it-tagħrif ma jinkludix dawk id-dipartimenti jew entitajiet li m'għandhomx taqsima jew desks speċifiċi għall-customer care.
Tista' il-Ministru tgħid kemm units għall-bejgħ mill-awtorita' tad-djar li qed jidhru fl-aħħar avviż Nru 70 kienu dehru fl-avviż ta' ftit tax-xhur ilu Nru 69? Fejn huma dawn il-units? Kemm kienu l-prezzijiet fl-avviż ta' qabel l-aħħar wieħed u kemm huma l-prezzijiet fl-avviż tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm għaddew units lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fejn jinsabu l-units, lokal b'lokal skond il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, li tqassmu mill-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-lokalitajiet tal-units li tqassmu jew ser jitqassmu mill-Awtorita' tad-Djar fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent il-MEPA kemm qed tipproċedi applikazzjonijiet mill-awtorita' tad-djar? Fiex tikkonsisti kull applikazzjoni u f'liema lokalita'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-preżent, l-Awtorita` tad-Djar għandha ħmistax-il applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Qed inpoġġi d-dettalji tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tara li persuna anzjana mill-Isla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz ta' care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment tas-saħħa rigward il-problema ta' drenaġġ quddiem Block C, Dockyard Terrace, Isla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħareġ ir-reminders neċessarji fl-ewwel ta' April u fis-sittax ta' Lulju 2004 lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, bħala s-sid responsabbli, u kopji lid-Direttur Housing Construction & Maintenance, biex isiru t-testijiet u investigazzjonijiet neċessarji sabiex tiġi solvuta din il-problema.
Infurmat li x-xogħlijiet neċessarji saru billi tnaddfet internament is-sistema tad-drenaġġ ta' dawn il-Blokki t'appartamenti, u billi tkabbret l-Intercepting Chamber tas-sistema tad-drenaġġ tagħhom biex tkun tista' tlaħħaq mal-volum tad-drenaġġ.
S'issa qatt ma reġa' kien hemm ilmenti mingħand l-inkwilini jew il-Kunsill Lokali dwar dan il-każ.