Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex persuna li għandha mandat ta' żgumbrament tieħu post tal-gvern - dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-dipartiment konċernat diġa' ħa passi biex jindirizza l-problema tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu f'dawn l-aħħar 6 snin il-Pulizija fir-rigward ta' ħafna lmenti li saru mir-residenti ta' Triq Sant Ursula u Triq Old Wells, Valletta vis-a-vis ħsejjes ta' air conditioners u mużika għolja min-naħa ta' Dar il-Mediterran?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta irċeviet xi lmenti, il-Pulizija dejjem proċediet fuq il-post u investigat l-ilment. Meta nstab li kien hemm xi ħsejjes għolja ta' mużika, il-Pulizija dejjem ordnat li l-mużika tieqaf. Fil-fatt mir-records disponibbli, il-Pulizija kien ilha ma jkollha xi lment, ħlief għal rapport wieħed f'Novembru, fejn il-mużika kienet twaqqfet fil-11.00pm. Il-Pulizija ukoll infurmat lill-management taċ-ċentru b'dawn l-ilmenti u skond tagħrif li kisbet il-Pulizija diġa' beda jsir xi xogħol sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes kemm tal-mużika kif ukoll mill-apparat ta' l-air conditioning.
Dar il-Mediterran — Inkonvenjent għar-residenti ta' l-akwati
Question
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 9486, jista' l-Minsitru jikkonferma li l-air conditioners li se jiġu nstallati f'Dar il-Mediterran se jkunu ta' tip silent? X'se jiġri mill-air conditioners il-qodma?
Għar-rigward ta' l-inkonvenjenza lir-residneti minħabba mużika għolja li ġieli ddum sat-3 ta' filgħodu, (ir-residenti ilhom b'dan l-inkonvenjent għal dawn l-aħħar 6 snin), x'rimedju qed toffri Dar il-Mediterran?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jirranġa l-partijiet komuni, bħal turġien miksurin, fi Blocks A, B u C, Dockyard Terrace, Senglea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jiena nfurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ġa approva dan ix-xogħol u dan ser isir fil-futur immedjat.
Jista' il-Ministru jgħid kif se jintlaqat ħaddiem li jaħdem bix-shift mill-festi li neħħa l-gvern għall-weekends?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalissa qed naħdem fuq l-emendi meħtieġa fil-liġi u fir-regolamenti li għad iridu jiġu pubblikati. It-tagħrif mitlub isir pubbliku meta jiġu pubblikati dawn l-emendi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jieqaf l-inkonvenjent li qed jiġi kkaġunat lir-residenti ta' Triq Sant'Ursola u Triq Old Wells il-Belt mill-Mediterranean Conference Centre?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu passi kif meħtieġ kull meta jkun hemm ilmenti. Dwar x'miżuri qed jittieħdu minn min imexxi dan iċ-ċentru, nissuġerixxi lill-Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'rimedji qed joffri l-Mediterranean Conference Centre għall-ħsejjes ta' airconditions u inkonvenjent ieħor lir-residenti ta' Triq Sant'Ursola u Triq Old Wells, il-Belt Valletta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi ħarġet tender pubblika skond il-proċeduri finanzjarji għal xiri ta' apparat modern għal dak li għandu x'jaqsam ma' air-conditioners. Il-proċess qiegħed fi stadju ta' evalwazzjoni. Dan sar sabiex tkun riżolta din il-problema f'dawn l-inħawi.
Għar-rigward ta' l-inkonvenjent l-ieħor nitlob lill-Onor interpellant ikun iktar speċifiku.
Peress li xi xhur ilu sar eżami għal senior messengers fiċ-Ċivil, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jsir eżami għal officers in charge tal-minor staff, peress li ħafna jispiċċaw boarded out u/jew bil-pensjoni, għax hemm nuqqas tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi m’hemmx il-ħsieb li jinżamm l-eżami ta’ Officer-in-Charge Minor Staff fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hi tifla ta' disa' snin u persuna b'diżabilita' se tintbagħat għall-kura barra minn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa m'għandu l-ebda talba biex il-pazjenta msemmija tintbagħat għal kura barra minn Malta.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li persuna minn Raħal Ġdid - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi provduta b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex qed tirċievi l-ammont korrett tar-relief li qiegħda tibbenefika minnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - quddiem xi wieħed mill-awtoritajiet tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li la l-Awtorita' tad-Djar u lanqas id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandhom xi applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz tal-care and repair ta' l-awtorita' tad-djar minħabba li l-kamra tal-banju tal-post tal-gvern fl-Isla ma tinstabx f'kondizzjoni tajba u m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tirranġaha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar m'għandha l-ebda talba taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li b'dankollu l-Awtorita' ser tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa rigward il-ħafna ġrieden li hemm jiġru fi Triq il-Ġiżi, Fgura, in-naħa ta' Triq A.M. Valperga, Fgura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul din is-sena ma saru l-ebda lmenti f'dan l-uffiċju dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden minn din il-lokalita' msemmija.
Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, is-Sibt 20 ta' Novembru 2004, għamlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden bi tqegħid ta' velenu fi Triq il-Ġiżi fl-akkwati ta' Triq A.M. Valperga, Fgura.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontrol.
Sussegwentament, uffiċjali ta' dan id-Dipartiment mir-Reġjun tan-Nofsinhar spezzjonaw il-viċinanzi tal-post indikat u ma sabu xejn li jista' jikkontribwixxi għat-tkattir ta' ġrieden fl-inħawi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu sepratament - huwiex milqut bil-liġi possession and use?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern il-post indikat mill-Onorevoli Interpellant huwa esproprjat mill-Gvern taħt titlu ta' "possession and use".
Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġi rranġat is-saqaf tal-fond fl-Isla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat fil-11 ta' Novembru 2004. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar mistenni jagħmel dan ix-xogħol fil-futur immedjat.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-koppja żagħżugħa b'żewġt it-tfal mill-Kalkara - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jiġu pprovduti post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għadha ma ġietx kompensata mid-dipartiment ta' l-artijiet għall-fond li ġie meħud mill-istess dipartiment għal skop pubbliku fl-1995?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għadu ma ġiex ikkumpensat għal fond meħud mid-Dipartiment għal skop pubbliku għaliex ma kienx ġie aċċettat l-ammont ta' recognition rent offrut permezz ta' Avviż ta' Ftehim. Għad hemm kawża pendenti quddiem il-Bord ta' Arbitraġġ dwar Artijiet dwar dan l-ammont ta' kera.