Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-każi ta' l-applikanti - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - sabiex jingħataw għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel każ indikat mill-Onor. Interpellant ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jiġu sottomessi l-irċevuti biex tivverifikhom flimkien max-xogħlijiet u tkun tista' tipproċedi bil-pagament.
Dwar it-tieni każ, ninsab infurmata li l-Onor. Interpellant ġie nfurmat direttament mill-Awtorita' dwar l-iżviluppi.
Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed tiġi mċaħħda mill-bonus dovut lilha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat u ma rriżultax li din il-persuna ġiet imċaħħda minn xi benefiċċju dovut. Din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li tintlaqa' it-talba ta' anzjana mill-Birgu - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex tibbenefika mill-iskema care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tara li tintlaqa' it-talba ta' anzjan ta' 83 sena li jgħix waħdu f'dar il-Birgu - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - biex jibbenefika mill-iskema care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern biex inaqqas il-burokrazija u d-diżorganizzazzjoni ta' xi wħud mid-dipartimenti u awtoritajiet tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern huwa kommess li jara li l-burokrazija tkompli titnaqqas kemm jista’ jkun minn kull entità Governattiva u Parastatali. Barra dan, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini dettalji dwar dak li qed isejjaħ “diżorganizzazzjoni f’uħud mid-dipartimenti”.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu fir-rigward ta' toroq u żvilupp urban għal Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Fgura, Zabbar u Xgħajra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-lista ta’ toroq pproġettati fil-Kunsilli Lokali msemmija jinkludu:
Lokalita
Triq
Tul Approssimattiv
Bormla
Santa Liena
100m
Għajn Dwieli
240m
Ġdida
150m
Immakulata
150m
Isla
Dawret Ix-Xatt
360m
Vittmi tal-Gwerra
60m
Kurċifiss
75m
San Lawrenz
65m
San Ġużepp
295m
Parti miż-żewġ mieni
190m
Żabbar
Sqaq Ġanton
75m
Triq il-Berebies
75m
L-Għakrux
200m
Sant Antnin
150m
Lia
100m
It-tenders li nħarġu din is-sena jinkludu dawn li ġejjin:
Lokalita
Triq
Fgura
Ix-Xemx u il-Qamar
130 m
Triq il-Merhba c/w Triq Is-Summien
Road Works
Triq il-Misk
Road widening
Tenders li ħirġin
Żabbar
Culvert
- Triq is-Santwarju
Road works
at Triq Gardiel
Vittoriosa
Road at
Tax-Xewk, Kalkara
Isla
Repair works at
Isla
quay
Triq it-Tarzna
Jista' il-Prim Ministru jgħid fejn jista' wieħed jirrikorri meta wara li jkun għamel użu jew ipprova jagħmel użu minn xi servizz ta' dipartiment/awtorita' tal-gvern, iħoss li s-servizz li ngħata kien wieħed fqir ħafna jew li saħansitra ġie njorat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi “illum fil-Ministeri u l-Awtoritajiet wieħed jista’ jsib il-‘Customer Care Unit’ fejn jista’ jsir kull tip ta’ ilment dwar l-entità rispettiva. Minn hawn l-ilment jiġi dirett lill-uffiċjal jew sezzjoni speċifika.
Minbarra hekk wieħed jista’ jidħol fuq il-‘website’ www.servizz.gov.mt u jagħmel l-ilment tiegħu elettronikament. Dan minn lok ċentrali jiġi trasmess lid-dipartiment jew awtorità konċernata.”
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern biex inaqqas il-burokrazija u d-diżorganizzazzjoni ta' xi wħud mid-dipartimenti u awtoritajiet tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ċittadini Maltin emigranti barra l-pajjiż — Ħlas ta' dazju fuq karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux jitħallas dazju fuq karozza li ddaħħlet Malta minn ċittadin Malti li għex għal ħafna snin bħala emigrant l-Ingilterra? X'differenza kien hemm, jekk kien hemm, f'dan ir-rigward wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Persuna emigranta li rritornat mill-Awstralja u ġabet magħha karozza, għandha tħallas xi forma ta' import duty jew dazji oħrajn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ċittadin Malti li għex għal ħafna snin bħala emigrant l-Ingilterra kemm qabel l-ewwel ta' Mejju kif ukoll wara l-ewwel ta' Mejju, 2004, ma jħallasx dazju fuq il-vettura li jdaħħal Malta.
Persuna emigranta li rritornat mill-Awstralja u ġabet magħha il-vettura trid tħallas import dutydovuti lid-Dipartiment tad-dwana u taxxa ta' reġistrazzjoni b'rata mnaqqsa lill-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħlu sulari addizzjonali f'zoni ta' bini residenzjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-politika ta' l-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar żieda ta' sulari hija regolata bil-limiti ta' għoli li hemm f'kull lokalita', hekk kif indikat fil-Pjani Lokali u fl-Iskemi ta' Żvilupp, u fil-"Height Limitation Guidance" maħruġ fl-4 ta' Diċembru 1997. Fejn għadhom ma sarux Pjani Lokali japplikaw il-"Guidelines Interim Review of Building Heights Pending Local Plan Completion" maħruġ fis-7 ta' Ottubru 1993.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb illi joħorġu permessi għall-bini f'Ta' Masrija, fil-Mellieħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-11 ta’ Marzu 2004 approva Planning Policy għaż-żona ndikata. Preżentament din il-Policy qed tiġi eżaminata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu ntitolat għal servizz ta' avukat tal-fqar? Kemm hemm avukati li joffru dan is-servizz? X'inhi l-proċedura biex wieħed japplika għal dan is-servizz? Kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz? Teżisti xi waiting list għal dan is-servizz? Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li persuna li qed tibbenefika minn dan is-servizz iddum iktar biex il-kawża tagħha tiġi mismugħa milli kieku tinqeda b'servizz ta' avukat privat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm ħdax-il (11) Avukat li joffru s-servizz ta' l-għajnuna legali (Avukat tal-Fqar) fil-kamp Ċivili. Hemm l-Avukat ta' l-Għajnuna Legali Dr Joseph Mifsud li huwa nkarigat jara jekk persuna tikkwalifikax għal tali għajnuna jew le. Huwa jara lill-pubbliku kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis wara nofsinhar il-Qorti stess.
Minħabba l-fatt li kien hemm min ta diffikultajiet fl-analiżi ta' dawn it-talbiet marbuta mal-komplikazzjonijiet tan-notifika li kien hemm qabel bl-Att IX ta' l-2004 tneħħa kompletament l-artikolu 915 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u għalhekk il-proċedura saret ferm aktar sempliċi.
Barra minn dan, fil-White Paper pubblikata fil-21 ta' Jannar 2005, hemm propost li s-sistema tispiċċa minn kif inhija llum billi tiġi ntrodotta skema li kull avukat li jaħdem il-qorti jieħu kawża ċivili fuq bażi ta' roster 'pro bono'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-boroż tal-plastic li jiġu mgeżwrin fihom ħwejjeġ u affarijiet oħra għall-bejgħ humiex intaxxati bl-eco-tax? Min iħallas l-eco-tax fuq xogħol impurtat minn barra f'każijiet fejn hi applikabbli din it-taxxa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq l-Awrora, fil-Mosta? Ħarġet sejħa għall-offerti biex issir din it-triq? Fiex jikkonsisti x-xogħol biex issir din it-triq? Kemm se tiġi tiswa biex issir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol tas-servizzi, storm water culvert u bankini saru matul l-2004.
It-tender għall-kostruzzjoni tat-triq imsemmija ħareg f’Marzu 2004. L-orħos tender kienet ħafna ogħla mill-istima tal-Awtorita’ Dwar it-Trasport u minbarra li ġiet riveduta l-istima tal-Awtorita’ saru diskussjonijiet mall-kuntrattur biex iraħħas it-tender. L-aġġudikazzjoni finali saret f’Diċembru 2004.
Il-letter of acceptance issa ħarġet u x-xogħol għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Ix-xogħol fuq dan il-kuntratt jinkludi l-bini u asfaltar tat-triq imsemmija u l-kostruzzjoni tal-wesgħa fil-parti ta’ fuq ta’ din it-triq bil-għan li jkun provdut spazju adegwat ghall-parkeġġ ta’ vetturi.
Dan il-kuntratt mistenni jiswa madwar Lm24,700.
Tista' il-Ministru tgħid x'jiġri f'każ fejn ħanut tal-privat bil-kera li jifforma parti minn binja jittieħed mill-gvern flimkien ma' din il-binja biex jinbena proġett ta' l-awtorita' tad-djar? X'jiġri minn dan l-inkwilin, jingħata post ta' negozju ieħor? Jekk fl-affermattiv, fejn jingħatalu u kif jingħatalu? Tista' il-Ministru tgħid jekk is-sid jiġix kumpensat u jekk jiġix kumpensat l-inkwilin? U jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hu l-kumpens?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, is-sid jitħallas fuq stima tal-perit tal-Gvern, filwaqt li l-inkwilin jiġi offrut ħanut ġdid ieħor fl-istess akkwati. L-inkwilin jingħata l-għażla li jew jixtri jew jikri l-ħanut bi prezz jew kera raġonevoli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex irid ikun hemm il-firem ta' xi professjonist, eċċ., bħala referenza jew rakkomandazzjoni biex wieħed japplika għall-passaport jew dokumenti oħra?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħtieġa ta' rakkomandant toħroġ mir-Regolamenti tal-Passaporti (Artikolu 4 Subartiklu 1) (LN 131/1993) li jagħmlu parti mill-Ordinanza tal-Passaporti (Cap 61). Ir-rakkomandant ikun qed jiċċertifika l-korrettezza tad-dettalji u l-identita' ta' l-applikant.
B'hekk wieħed ikun qiegħed inaqqas il-possibilita' ta' ħruġ ta' xi passaport lil xi persuna li ma jkolliex dritt għalih.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern biex il-fran tal-ħobż, pastizzi, pizez, eċċ isiru bl-elettriku? Jista' jgħid jekk il-gvern hux se joffri xi għajnuna, għotja jew sussidju lil dawk li jaqilbu għall-elettriku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien nfurmat li l-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni ma jindaħalx lill-furnara dwar it-tip ta' fran li jużaw sakemm dan it-tip ta' forn ma jikkawżax problemi għall-konsumatur.
Dar il-Mediterran — Inkonvenjent għar-Residenti ta' l-Akwati
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9543 u cioe' b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9486, jistax jikkonferma li l-air conditioners li se jiġu stallati f'Dar il-Mediterran hux se jkunu ta' tip silent? X'se jiġri mill-air conditioners il-qodma?
Għar-rigward ta' l-inkonvenjenza lir-residneti minħabba mużika għolja li ġieli ddum sat-3.00 a.m. (ir-residenti ilhom b'dan l-inkonvenjent għal dawn l-aħħar sitt snin), x'rimedju qed toffri Dar il-Mediterran?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-air conditioners li ser jiġu nstallati huma tat-tip silent. Barra minn hekk ic-chillers ta' dawn l-air conditioners ser jitwaħħlu f'parti tal-bejt ’il bogħod mir-residenti. B'hekk tkompli tonqos kull possibiltà ta' inkonvenjenza.
Dwar l-air conditioners il qodma, dawn ser jittieħdulhom dawk il-partijiet li għad jistgħu jintużaw u l-bqija jintremew. Wieħed ta’ min jinnota li dawn il-units ilhom imwaħħlin madwar 25 sena.
Is-suċċess tal-pjan ta’ viabilità għal Dar il-Meditterran ġab miegħu żieda fl-attività. Qed jiġi implimentat pjan serju, ta’ mijiet ta’ eluf ta’ liri, sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent lir-residenti minħabba din l-attività.
Dan il-pjan jinkludi:
l-installazzjoni ta’
service lift
fuq Triq il-Mediterranean sabiex is-
service entry
ma tibqax minn Triq Pozzi fejn jgħixu n-nies;
li l-bibien li jagħtu fuq Triq Pozzi ma jinfetħux wara l-11p.m. għajr f’eċċezzjonijiet;
li t-twieqi li jagħtu għal fuq din l-istess triq għandhom jiġu mbarrati bil-ġebel;
u
li għandhom jinbidlu ż-żewġ bibien li jagħtu fuq Triq Pozzi. Dawn huma ta’ tip
sound proof
.
Xi wħud minn dawn il-miżuri ġa ġew implimentati, waqt li oħrajn għandhom jiġu implimentati fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' irranġar tal-moll ta' l-Isla? Kemm se jiġi jiswa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru inkariga t-Taqsima tax-Xogħolijiet sabiex tagDmel survey u valutazzjoni tax-xogħol li għandu jsir il-moll imsemmi. din l-istima għandha twassal għall-ħruġ ta' tenders għax-xogħolijiet kmieni s-sena li ġejja.