Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Akkomodazjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix f'dar bla dawl u li ilha bosta snin tistenna post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid fejn ittieħdu l-karozzi ta' l-awtorita' tad-djar meta kellhom xi ħsarat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn is-snin 2000 - 2002 l-Awtorita' tad-Djar kienet issewwi l-karozzi tagħha għand mechanic J. Azzopardi. Mis-sena 2003 s'issa, l-Awtorita' qed issewwi l-karozzi tagħha għand l-aġenti rispettivi.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jieħu l-passi neċessarji biex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li għandha diżabilita' u bil-marda tal-kanċer tieħu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ġiet mitluba mid-dipartiment tal-VAT biex tħallas aktar flus, wara li din kienet diġa' ħallset il-flus dovuti lid-dipartiment tal-VAT kif mitluba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tinvestiga fiex waslet it-talba li għamlu l-persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jibbenefikaw mis-servizz ta' care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fis-16 ta' Frar 2005, l-Awtorita' tad-Djar mistennija tagħmel spezzjoni fir-residenzi ndikati biex jiġi stabbilit ix-xogħol li hemm bżonn isir fl-istess residenzi.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Każ dwar ħlas ta' kera
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għal fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (BORG, TONIO)
Il-ftehim tal-kirja kif ukoll is-sussidju fil-kera isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-fond ta' l-uffiċċju konġunt li okkupat minn inkwilini mill-Isla jiġi rranġat u jitneħħa l-periklu li hemm fis-soqfa? (Id-dettalji qed jintbagħtu separatament)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għalkemm ma jirriżultax li l-inkwilina għamlet xi talba lill-Uffiċċju Konġunt għal xi tiswijiet, il-każ tagħha ser jiġi mgħoddi lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li hu d-dipartiment responsabbli għat-tiswijiet fil-proprjetajiet tal-Gvern.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li xebba omm b'żewġt itfal - dettalji qed jintbagħtu separatament - tieħu post tal-gvern mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Fejn waslet it-talba tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jekk din il-persuna tixtieq aktar informazzjoni tista' tavviċina t-taqsima tal-Customer Care fi ħdan id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija ta' djar — Tiswija ta' gallarija
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tal-housing construction & maintenance tal-gvern biex tiġi rranġata l-gallarija tal-fond tal-gvern - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Birkirkara
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikanta armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix ma' nies ir-raġel tagħha f'Birkirkara tieħu post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jieħu passi dwar anzjan mill-Birgu - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li ilu jistenna biex jixtri ċilindru tal-gass u jwassluhulu d-dar għal kważi xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant inqdiet għall-aħħar ta' Diċembru 2004.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10056, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe', jgħid jekk il-boroż tal-plastic li jiġu mgeżwrin fihom ħwejjeġ u affarijiet oħra għall-bejgħ humiex intaxxati bl-eco-tax? Min iħallas l-eco-tax fuq xogħol importat minn barra f'każi fejn hi applikabbli din it-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-boroż tal-plastik li jkun hemm imgeżwra fihom oġġetti, bħal qomos, m’humiex suġġetti għal din il-kontribuzzjoni. Iżda, jekk meta jinxtara xi oġġett, dan jitpoġġa f’borża tal-plastik (shopping bag), allura dan ikun suġġett għal EKO- Kontribuzzjoni.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda: l-EKO-Kontribuzzjoni ma tiġix imħallsa ma’ l-importazzjoni imma meta jsir l-ewwel bejgħ ta’ dak l-oġġett jew prodott, sew jekk ikun impurtat jew akkwistat jew manifatturat lokalment.
Tista' il-Ministru tara li tiġi kkonsidrata t-talba ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għamlet quddiem l-awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika quddiem il-MEPA minħabba li l-persuna ndikata m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tiffinalizza l-pagament għax-xogħlijiet li saru mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qabel ma din tipproduċi kopja tal-permess mill-MEPA li l-persuna kellha tapplika għalih biex isiru dawn ix-xogħlijiet.
Ninsab infurmata ukoll li mhix il-policy ta' l-Awtorita' li tapplika jew tħallas għall-permessi li jkunu meħtieġa għall-irranġar ta' proprjeta' privata mikrija lill-inkwilin taħt l-iskema 5, li hi l-iskema li applikat taħtha l-persuna ndikata. Meta jkun hemm bżonn ta' permessi mill-MEPA biex isiru xogħlijiet taħt din l-iskema, il-persuna konċernata trid tqabbad perit u tħallas għal dawn is-servizzi u spejjeż oħra relatati hi stess.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jidher li l-benefiċċji soċjali li qed tirċievi mhumiex dawk kollha li hija ntitolata għalihom skond il-kontribuzzjonijiet li kienet ħallset fil-passat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-applikant quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jieħu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li tiġi kkonsidrata t-talba li persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għandha quddiem l-awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika f'isimha quddiem il-MEPA minħabba li l-applikanta m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibgħat l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra li ġġib id-data tat-3 ta' Frar 2005.
Tista' il-Ministru tara li anzjana li għandha 'il fuq minn 90 sena - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibda tibbenifika mill-iskema care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
B'dankollu, ser issir spezzjoni biex jiġi stabbilit jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10056, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe', jgħid jekk il-boroż tal-plastic li jiġu mgeżwrin fihom ħwejjeġ u affarijiet oħra għall-bejgħ humiex intaxxati bl-eco-tax? Min iħallas l-eco-tax fuq xogħol importat minn barra f'każi fejn hi applikabbli din it-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.