Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-MEPA se jerġa' ikollha l-iskema għal tibdil jew tiswija tal-gallariji fil-Belt Valletta u l-Kottonera? Hemm xi ħsieb li din l-iskema tkun introdotta għall-irħula ta' Għawdex ukoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa m'inhix f'pożizzjoni li nwieġeb għal meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se jerġa' ikollha l-iskema għal tibdil jew tiswijiet tal-galleriji fil-Belt Valletta u l-Kottonera. Barra minnhekk, is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant dwar li l-iskema tkun introdotta għall-irħula ta' Għawdex ġie nnotat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-moll ta' l-Isla? Ħareġ it-tender? Kemm se jiġi jiswa? Fiex jikkonsisti x-xogħol? Min applika u meta saret l-applikazzjoni quddiem il-MEPA? Min hu l-perit tal-proġett? Min hu l-kuntrattur tal-proġett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tender ta’ dan il-proġett qiegħed fl-istadju li jiġi ppublikat. Ix-xogħol jinvolvi tiswijiet tal-moll ta’ l-Isla minħabba ħsara li ġarrab, u l-Perit tal-Proġett huwa l-Perit Griscti Soler tas-Sezzjoni Maritimma u Unit għall-Kontroll ta’ l-Ilma u tax-Xita fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use? F'liema lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' postijiet li ġew esproprijati taħt it-titolu ta' possession and use jew public tenure huwa ta' 2,702.
Il-lokalitajiet huma is-segwenti:-
Mandraġġ400
Floriana u l-Belt567
Ħal Safi57
Tas-Sliema32
Ħaż Żabbar30
Birkirkara16
Raħal Ġdid u Kordin75
L-Isla319
Bormla707
Birgu392
Gudja1
Marsa91
Msida3
Mosta3
Ħal Qormi2
Żurrieq2
Ħal Għaxaq3
Ħal Balzan1
Żejtun1
99% ta' dawn il-possession and use ħarġu qabel l-1987. Mal-bidla fil-Gvern fl-1987, id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ ordnijiet bħal dawn f'każijiet eċċezzjonali jew meta il-Gvern kellu intenzjoni li iktar tard jixtri l-post xorta waħda.
Jista' il-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ġiet mitluba mid-dipartiment tal-VAT biex tħallas aktar flus, wara li din kienet diġa' ħallset il-flus dovuti lid-dipartiment tal-VAT kif mitluba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment eżamina l-file tal-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant u jidher li dan qed jirreferi għal stimi konfermati li ħarġu wara li jkunu ħarġu stimi proviżorji. Din hija proċedura stabbilita skond l-Att dwar il-Valur Miżjud.
Minħabba l-kunfidenzjalità imposta mil-liġi, wieħed ma jkunx jista’ jiżvela aktar dettalji speċifiċi tal-każ.
Jista' il-Ministru jgħid min kien involut biex isir ir-rapport dwar il-valur għall-proġett ta' Chambray? Kif tqabbdu/intgħażlu? Xi proċeduri/metodi ntużaw biex intgħażlu? Kemm tħallsu? Kif tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena 2005 kemm-il tender ħarġu mill-ADT biex isiru toroq ġodda, meta ħarġu, f'liema lokalita', meta se jibda jew beda x-xogħol ta' kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hawnx dipartiment għall-iżvilupp urban? Min hu d-direttur? Jekk le, hemmx ħsieb li jkun hawn dipartiment jew awtorita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-preżent ma jeżistix dipartiment għall-iżvilupp urban, u s'issa m'hemm l-ebda ħsieb li jkun hawn dipartiment jew awtorita'. Madankollu twaqqaf Project Coordinations Unit li jaqa' taħt ir-responsabilita' tas-Segretarju Permanenti.
Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji dwar dak li kitbu l-ġenituri fl-ittra li qed tintbagħat separatament rigward l-iskola primarja B, Sir Anthony Mamo, Birkirkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Għaddejt kopja ta' l-ittra msemmija fil-Mistoqsija lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'tama hemm li s-sit li tinsab ix-Xgħajra kif indikat fil-pjanta - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - jinħariġlu permess għal żvilupp?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sit immarkata fuq il-pjanta annessa mal-mistoqsija jinstab barra l-limitu ta’ l-iżvilupp, f' post fejn l-uniku żvilupp permessibbli huwa dak relatat ma’ l-agrikultura.
Jista' il-Ministru jgħid jekk xi parti mis-sit li tinsab ix-Xgħajra kif indikat fuq il-pjanta - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - hijiex se ssir triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tintbgħat pjanta aktar ċara peress li dan is-sit ma jistax jiġi determinat eżatt.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu stallati lifts fi blokki 2 u 3 fi Triq Ramija, fis-Siġġiewi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għall-istallar tal-lifts li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant qiegħda fil-proċess ta' evalwazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-familja ta' tmien persuni mill-Birgu - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jgħixu f'fond wieħed u li għandhom 122 punti u ta' bilfors ikollhom jużaw il-washroom bħall-kamra tas-sodd, jiġu pprovduti b'post tal-gvern mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li anzjan ta' 81 sena - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jiġi pprovdut post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna mill-Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna b' 123 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali tieħu post alternattiv - dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimikien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għall-fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'appartament tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jmur housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-ispezzjoni tal-post ġa saret.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikanta li għandha 275 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tieħu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.