Jista' il-Ministru jgħid kemm-il meter tad-dawl u l-ilma nqalgħu mill-Enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma minħabba li ma tħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Jista' jgħid xahar b'xahar kemm kienu din is-sena u f'liema lokalitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi kemm il-KSI kif ukoll ta' l-Enemalta normalment ma jaqalgħux il-meter minħabba li ma jkunx tħallas il-kont, imma jaqtgħu biss is-servizz.
Jista' il-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda f'pajjiżna fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena? Kemm kienu jimpjegaw ħaddiema f'kull sena u anke din is-sena? Kemm-il fabbrika talbet u għamlet estensjoni fil-bini fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mistennija jiftħu fabbriki ġodda għal kumplament ta' din is-sena? Kemm mistennija jimpjegaw ħaddiema? F'liema qasam huma dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ir-restoration work tal-gardjola u s-sur ta' taħt il-gardjola ta' l-Isla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li għalissa ma hemmx pjanijiet biex ix-xogħlijiet imsemmija jsiru fil-futur immedjat. Din is-sena ser jibda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-gardjola tal-ġnien ta' Hastings.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn lukandi fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm kienu jimpjegaw ħaddiema f'kull sena u anke din is-sena? Kemm-il lukanda talbet u għamlet estensjoni fil-bini fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena, 2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' lukandi li kien hawn fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 u n-numru ta' dak il-lukandi li talbu li jagħmlu estensjoni huwa kif ġej:
Sena
Numru ta’ Lukandi u
Aparthotels
Numru ta' Sodod
Numru ta’ Estensjonijiet
2000
183
39,704
6
2001
176
39,188
10
2002
154
37,627
7
2003
166
41,003
10
2004
164
40,185
9
2005
151
38,303
-
Fir-rigward ta' l-impjegati fil-lukandi ma tinżamx statistika speċifika imma ninforma lill-Onor interpellant li dawk l-impjegati li jaqgħu taħt it-tabella Hotels and Catering Establishmentsgħas snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, huma ta' 9260, 9033, 9014, 9008 u 9009 rispettivament. Dawn huma skont informazzjoni meħudha mill-publikazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Dawn iċ-ċifri huma kollha għal-perjodu tax-xitwa.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għall-fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħol żvilupp urban fil-qalba tal-bliet u rħula Maltin u Għawdxin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq jiżvolġi politika ta' riġenerazzjoni u żvilupp urban permezz ta' proġetti kapitali li jsiru minn żviluppaturi privati fuq kuntratti maħruġa mill-Gvern.
Minbarra l-monitoring regolari ta' dawn il-proġetti il-Ministeru jħares lejn stampa aktar wiesgħa bħat-toroq u t-trasport fiż-żona ta' madwar il-proġett u jieħu inizjattivi sabiex dawn il-proġetti jsiru b'mod integrat u sostenibbli. Il-Ministeru japprezza li r-riġenerazzjoni urbana huwa proċess kontinwu. Għalhekk hija parti mill-viżjoni u l-missjoni tiegħu li jkompli jiżvolġi proġetti ġodda minbarra dawk li diġa ġew varati (Proġett ta' Manoel Island u Tigne', Cruise Passenger Terminal, Cottonera). Fil-fatt din is-sena il-Ministeru ħadem fuq erba' proġetti ta' riġenerazzjoni li wħud minnhom ser iwasslu għal sejħiet ta' proposti fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-proġetti huma Dock No 1 u l-inħawi ta' madwaru, il-Ground ta' Pace Grasso, Paola: Il-Park & Ride, Floriana: is-Sit tat-Tejatru Rjal u d-Daħla tal-Belt.
Hemm Ministeri oħra li jista' jkollhom proġetti li jkollhom elementi ta' riġenerazzjoni. Dawn il-proġetti kollha jidhru quddiem il-Kumitat tal-Kabinett għal proġetti Nazzjonali u l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban jieħu sehem attiv fid-diskussjonijiet u studju sabiex ikun aċċertat li din ir-riġenerazzjoni issir skon normi aċċettati. Il-Ministeru qiegħed ukoll jisstudja opportunitajiet ġodda ta' ffinanzjar u implimentazzjoni ta' proġetti ta' riġenerazzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru playing fields mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Fejn saru? Kien hemm partnership mal-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjan għandu l-gvern fejn jidħol żvilupp urban għall-port il-kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Port il-Kbir mhux responsabilita' esklussiva tal-Ministeru tiegħi. Madankollu diversi proġetti li jikkordina l-Ministeru jmissu mall-Port il-Kbir. Fost dawn insibu l-Proġett ta' Park & Ride, il-Proġett tal-Kottonera, il-Proġett tal-Cruise Passenger Terminal u l-Proġett tal-Baċir Nru 1.
Fil-pjanijiet tal-Ministeru nsibu proġetti oħra li jrid jibda xogħol fuqhom fix-xhur li ġejjin, partikolarment Sant Iermu. L-istrateġija tal-Ministeru hija li jħares b'mod integrat lejn dawn il-proġetti individwali sabiex isseħħ riġenerazzjoni sostenibbli taż-żona ta' madwar il-Port il-Kbir.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti ta' żvilupp urban saru f'Malta u Għawdex fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Xi ħsebijiet għandu bħala proġetti ta' żvilupp urban għas-sena 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru ta' l-Iżvilupp Urban u Toroq ġie mwaqqaf 2004. Il-proġetti ta' riġenerazzjoni u proġetti kapitali li kienu ħarġu u beda l-implimentazzjoni tagħhom qabel din id-data kienu : il-Belt Valletta (Cruise Passenger Terminal), Il-Kottonera (Cottonera Waterfront Regeneration) u Manwel Island/Tigne (Redevelopment Project).
Il-gvern kien ukoll responsabbli għall-sejħiet għall-proposti għall-proġetti oħra bħal ma' huma:-
1. Il-Proġett ta' l-Lift tal-Barakka (Valletta)
2. Il-Proġett ta' Qui-si-Sana Chalet (Sliema)
3. Il-Proġett ta' Chambray (Ghawdex)
4. Il-Proġett Connections (Valletta)
Din is-sena 2005 il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq qed iħares lejn politika komprensiva u integrata bbażata fuq proġetti (jew project oriented). Il-Gvern qiegħed ifassal strateġija u lista ta' prijoritajiet. Il-proġetti li kien qiegħed jaħdem fuqhom il-Ministeru tul dawn ix-xhur kienu:-
- L-Iżvilupp ta' Ground Pace Grasso, Paola
- Il-Proġett ta' Park & Ride, Floriana
- L-Iżvilupp tal-Baċir Nru 1 u ż-Żona ta' madwaru
- L-Iżvilupp tas-Sit tat-Tejatru Rjal u d-Daħla tal-Belt
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu għaz-zona tat-tieni distrett elettorali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10302, jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra.
Jiista' il-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hux se jsir xi proġett ta' bini flok is-sit tat-teatru l-imwaqqa' fil-Belt? X'tip ta' proġett? Il-gvern għadu bil-ħsieb li jibni parlament ġdid f'dak is-sit?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-preżent il-proġett ta' bini flok is-sit tat-teatru l-imwaqqa' fil-Belt għadu qiegħed jiġi studjat.