Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ministeru m'għandu l-ebda ħsieb li jiżviluppa Evans building, meta din l-istess binja għandha potenzjal kbir ta' żvilupp kummerċjali u/jew residenzjali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru qed ihejji studji fuq is-sit ta’ Sant’ Iermu u ser ikun hemm proċess ta’ konsultazzjoni. Is-sit ta’ l-Evans Laboratories huwa parti mill-Brief oriġinali u sa issa ma’ kien hemm l-ebda ideja li din titħalla barra mill-proġett.
Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-project co-ordinations unit biex jieħu ħsieb l-iżvilupp urban? X'inhi l-funzjoni ta' dan il-unit? X'responsabbilta' għandu dan il-unit?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari fuq l-istess suġġett bin-numru 9491 u 9288.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-cruise passenger terminal? Meta beda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta? Kemm mistenni jħaddem nies meta jitlesta l-proġett? Kemm se jiġi jiswa? Min kien l-iżviluppatur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal fil-Belt jikkonsisti f’rijabilitazzjoni tal-imħażen ta’ Pinto u trasformazzjoni ta’ dan is-sit sabiex jservi bħala Terminal u servizzi anċillari. Il-proġett jinkludi:
Trasformazzjoni u konsolidament tal-Moll
L-iżvilupp ta’ Laguna
Żvilupp ta’ triq sabiex jiġi faċilitat it-Traffiku
Żvilupp ta’ Teminal
Ir-restawr ta’ l-imħażen sabiex jintużaw bħala uffiċini u intraprizi kummerċjali
Ir-restawr ta’ partijiet mis-swar
Ir-restawr tal-Power Station antika ta’ l-Ingliżi.
Il-proġett nbeda wara l-iffirmar tal-kuntratt fl-22 ta' Novembru 2001.
Il-proġett qed jimxi skond id-dati stabbiliti fil-kuntratt u hemm ħsib li l-ewwel fażi tal-proġett jitlesta sa l-2006.
L-iżviluppatur qed jikkalkula li din ż-żona ser tinpjega 600 ħaddiem.
Il-proġett mistenni jiġi jiswa mal-15 M Lm.
L-iżviluppatur f’dan il-proġett huwa il-VISET Malta plc.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-Cottonera waterfront regeneration? Meta beda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta? Kemm ministenni jħaddem nies meta jitlesta dan il-proġett? Kemm se jiġi jiswa? Min hu l-iżviluppatur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' tad-djar biex jibbenefikaw minn xi skemi fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawk li applikaw ma bbenefikawx fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irrid nikkjarifika li waqt li t-tagħrif mogħti bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8868 f'Seduta 187, dwar l-istess suġġett, kien ikopri s-sena finanzjarja ta' l-Awtorita' tad-Djar, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru ta' kull sena ndikata, il-figuri murija fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 11158 ikopru s-sena kalendarja rispettiva.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10996 u cioe' jgħid mill-bidu tas-sena 2005 kemm-il tender ħarġu mill-ADT biex isiru toroq ġodda, meta ħarġu, f'liema lokalita', meta se jibda jew beda x-xogħol ta' kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena 2005 dawn huma t-tenders li ħarġu mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex isiru toroq ġodda :-
Toroq
Lokalita
Meta Harġu
Proċess tat-
Tenders
Triq l-Aħwa Galea
Mosta
14/01/05
Qed tiġi aġġudikata
Triq Ferdinand Inglott
Attard
14/01/05
Qed tiġi aġġudikata
Triq ix-Xwieni
Marsa
08/02/05
Ippublikata
Civil works
at Triq is-Santwarju
Żabbar
04/02/05
Ippublikata
Triq il-Qalb Imqaddsa
Żabbar
04/0205
Ippublikata
Access road to Msida Housing Block
Msida
04/12/04
Tender
għalaq fil-25 ta’ Jannar
u qed jiġi aġġudikati
EU Tender
Tender għal re-construction u upgrading ta’ Triq Ħal Far, 28/01/04
Phase III B’Bugia
Tender għal re-construction u upgrading ta’ Triq San Lawrenz, 28/01/04
Rabat, Għawdex
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10998 u cioe' jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu, bħal toroq u żvilupp urban, għaz-zona tat-tieni distrett elettorali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqisja parlamentari numru 10638 rigward toroq li ser isiru fit-tieni distrett.
Rigward żvilupp urban fit-tieni distrett, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10994 u cioe' jgħid min kien involut biex isir ir-rapport dwar il-valur għall-proġett ta' Chambray? Kif tqabbdu/intgħażlu? Xi proċeduri/metodi ntużaw biex intgħażlu? Kemm tħallsu? Kif tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-valur għall-proġett ta' Chambray inħadem mill-awdituri tal-kumpanija stess, jiġifieri, l-KPMG. Dawn intghażlu skond l-Articles of Association tal-kumpanija stess li jgħidu speċifikament li trid issir mill-awdituri tal-kumpanija. Huma tħallsu s-somma ta' Lm9,086 permezz ta' cheque.
Tista' il-Ministru tgħid kemm daħħlet flus l-awtorita' tad-djar mill-applikazzjonijiet ta' dawk li applikaw biex jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi ta' l-istess awtorita' fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet tekniċi fi djar li s-sid tagħhom huwa l-joint office mill-ħaddiema tat-technical office fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' spezzjonijiet tekniċi li saru fi djar/artijiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt kien kif ġej:
Sena Numru
2000 1,204
2001 701
2002 796
2003 1,257
2004 764
2005 (sat-28 ta' Frar) 59
Il-maġġoranza ta' l-ispezzjonijiet saru bl-iskop li titlesta pjanta għar-reġistrazzjoni tal-proprjeta' konċernata fir-Reġistru tal-Artijiet.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern għar-riġenerazzjoni tal-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-politika tal-Gvern rigward ir-riġenerazzjoni tal-ibliet u l-irħula Maltin integrata f'dokument li qed ifassal il-Ministeru dwar strateġija għall-Iżvilupp Urban u Toroq. Din imsejsa fuq missjoni ta' :
"Riġenerazzjoni tal-ambjent urban fil-gżejjer Maltin msejjes fuq żvilupp sostenibbli u trasport, effiċenti u vjabbli".
Din l-istrateġija tħares lejn integrazzjoni ta' trasport u żvilupp fuq l-idea ta' Transit Oriented Development u dan ser ikun miftuħ għall-konsultazzjoni fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mistennija jiftħu lukandi ġodda fix-xhur li ġejjin, jiġifieri sa l-aħħar ta' din is-sena? Kemm mistennija jimpjegaw ħaddiema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tiegħi għall-mistoqsija numru 9757. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma tinżamx statistika speċifika f'dak is-sens.