Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Post Alternattiv
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjan marid b'qalbu u li jgħix f'appartament bit-taraġ - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ilu jistenna biex jieħu post tal-gvern għal aktar minn 18-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11127 u cioe' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda f'pajjiżna fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena? Kemm kienu jimpjegaw ħaddiema f'kull sena u anke din is-sena? Kemm-il fabbrika talbet u għamlet estensjoni fil-bini fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment ta' l-artijiet għadu ma ssottomettiex ir-rapport mitlub mill-qorti tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu jissottometti l-ebda rapport. Il-kawża quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ għaddiet għas-sentenza fis-17 ta' Novembru 2000. Ir-rapport li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Membru, huwa r-rapport li irid isir jew li sar mill-Periti tal-Bord tal-Arbitraġġ li fuqu tiġi mogħtija s-sentenza. Sa issa, is-sentenza għadha ma ingħatatx.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' familja minn Bormla - dettalji qed jintbagħtu separatament - li l-post tagħhom ta' abitazzjoni mhux adattat għaż-żmien tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Post alternattiv
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta żagħżugħa ta' 17-il sena - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hija xebba u qed tistenna tarbija tiġi pprovduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Inspection
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir inspection mill-ħaddiema għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond ta' l-applikanti - dettalji qed jintbagħtu separatament - li qed jgħixu seba' persuni f'kamra tas-sodda waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-inspection li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant għandha ssir fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - mhix qed titħalla tirreġistra għax-xogħol meta din hi waiter kwalifikat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna msemmija kienet qed tirreġistra fuq l-ewwel parti u għalhekk ġiet mitluba tattendi għall-Job Search Seminar biex tiġi mgħejjuna titħarreġ u ssib xogħol skond skemi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ. Il-persuna msemmija rrifjutat li tagħmel dan, falliet u għalhekk ġiet maqtugħa minn fuq ir- reġistru.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli jibgħat il-file number lill-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Meta mistennija ssir spezzjoni fil-fond indikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret fit-2 ta' Marzu 2005, qed jiġi proċessata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex milqut mil-liġi dwar possession and use?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tweġiba hija fl-affermattiv.
Il-Fond imsemmi ġie esproprjat taħt it-titolu ta' pussess u użu permezz ta' dikjarazzjoni tal-Gvernatur tat-23 ta' Settembru 1949.
Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtorita' tad-djar se tibgħat il-ħaddiema tagħha fil-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - biex il-persuna konċernata tibbenefika mis-servizz tal-care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet l-ittra bid-dettalji tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fis-7 ta' Marzu 2005, jiġifieri fl-istess ġurnata li saret din il-Mistoqsija.
Ninsab infurmata wkoll li, fi żmien qasir, l-Awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11128 u cioe' jgħid kemm mistennija jiftħu fabbriki ġodda għal kumplament ta' din is-sena? Kemm mistennija jimpjegaw ħaddiema? F'liema qasam huma dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-proġetti li ġew approvati, minbarra dawk li diġa' bdew joperaw, huma mistennija li matul il-bqija tal-2005 jiftħu mill-inqas 27 fabbrika ġdida. Mill-Business Plans sottomessi lill-Malta Enterprise huwa stmat li bejniethom ser jħaddmu madwar 900 persuna fi żmien 3 snin. Dawn il-fabbriki ser ikunu involuti f'dawn is-setturi:
Riċerka w żvilupp 1
Għamara u xogħol ta' l-injam 2
Transport equipment 1
Metall 4
Electrical equipment 2
Printing 4
Plastic Injection 3
Food & Beverages 2
Farmacewtika 4
Software development 1
Non metallic 1
Data Management 1
Industrial Laundry 1
-----
27
-----
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il meter tad-dawl u l-ilma kellhom is-servizz maqtugħ mill-Enemalta u mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma minħabba li ma tħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004? Jista' jgħid xahar b'xahar kemm kienu din is-sena u f'liema lokalitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq? Għandu l-ħsieb il-gvern li jsir dan il-proġett? Kemm hu stmat li jiswa? Meta mistenni terġa' toħroġ sejħa biex isir il-proġett jekk għad hemm il-ħsieb?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li għad li l-ebda konsorzju jew intrapriża ma wriet interess fis-sejħa għall-Lift tal-Barrakka iddatat Frar ta’ 2004 il-proġett għall-sistema ta’ trasport vertikali fil-Belt Valletta għadu fi ħsieb il-Gvern. Dan il-proġett qed jiġi integrat ma’ l-istudju għal trasport iżjed wiesgħa li jaqdi il-ħtiġijiet ta’ Belt moderna.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett connections?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett Connections li kien mniehdi fl-1998 b’forma ta’ Call for Submissions kien msejjes fuq l’idea li tinħoloq sistema ta’ Trasport fil-Port il-Kbir sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-Proġett Kapitali. Il-konklużjonijiet tal-bord msejjaħ sabiex jistudja il-proposti kien ħareġ bir-rakomandazzjoni li l-ebda proposta ma kienet tissodisfa il-kriterji u il-parametri tad-Development Brief.
Il-Kabinett ħa deċiżjoni sabiex dan il-proġett jiġi miżmum u il-Lift tal-Barrakka jiġi żviluppat separatament. Fil-fatt it-tender tal-Lift kien ppublikat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-Chalet ta' Tas-Sliema hux se jiġi żviluppat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa l-iżvilupp fuq ix-Chalet ta’ Tas-Sliema għaddej mill-aħħar fażi ta’ deċiżjonijiet fuq il-permess li huwa marbut ma’ l-EIA li ġie kummissjonat mill-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura trid tiġi segwita biex persuna li hija ċertifikata li hi skiżofrenika tagħmel il-karta s-safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li tabib tal-familja jew miċ-Ċentru tas-Saħħa jirreferi lil pazjent/a kkonċernat fil-Psychiatric Out-Patient. Il-konsulent li jara lil pazjent/a fl-isptar jikkonferma d-dijanjożi, jagħmel applikazzjoni u jibgħatha l-Isptar San Luqa fl-Uffiċċju tal-kartuna s-safra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx talba quddiem l-uffiċċju konġunt biex jinfeda jew jinxtara ċ-ċens tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament? X'se jiġri mill-inkwilin li jabita fl-istess fond?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt ma rċieva ebda talba għal fidi taċ-ċens jew xiri tal-fond li dwaru ingħataw id-dettalji separatament. Għalhekk, l-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tapplikax.
Jista' il-Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' werrieta tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed jiġu mitluba mid-dipartiment tat-taxxi interni biex iħallsu s-somma ta' Lm85 peress li dawn qed jinsistu li din is-somma mhix dovuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jinforma lill-werrieta tal-persuna indikata biex imorru fit-Taxpayer Service tad-Dipartiment (Blokk 4) waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju biex jagħtuhom aktar dettalji.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10999, jista' il-Ministru jgħid x'passi neċessarji ħa dwar dak li kitbu l-ġenituri fl-ittra li kont bgħatt separatament rigward l-iskola primarja B, Sir Anthony Mamo, Birkirkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ttieħdu l-passi neċessarji dwar dak li kitbu l-ġenituri. Dawn kienu jinvolvu xogħolijiet mit-Technical Services Branch tad-Diviżjoni.