Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta għandhiex ħsieb li fil-futur toffri korsijiet akkademiċi on line?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' toffri kors wieħed 'on-line' - li jwassal għal post-graduate Diploma in Diplomacy. Qed tkun studjatha il-possibilita' li jkunu offruti xi korsijiet oħra bl-istess mod. Ta' min isemmi wkoll li riċentement partijiet minn kors li jwassal għal Diploma I.T. ġew trasmessi b' 'video conference mode' fil-Gozo Centre.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ċittadini ta' pajjiżna talbu l-għajnuna tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu tas-sena 2005, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu total ta' 872 sejħiet għal assistenza. Minn dawn, 68 kienu hoax calls.
Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ sejħa min-naħa tal-MEPA biex jiġu ngaġġati inspectors u enforcement officers? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Meta kien l-aħħar reklutaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħalissa għaddejja b’reklutaġġ intern għall-pożizzjoni ta’ Inspector. L-Awtorità bħalissa mhiex f’pożizzjoni li toħroġ sejħiet għall-Enforcement Officers.
Jien infurmat ukoll li l-aħħar reklutaġġ għal Inspectors kien fi Frar 2003, filwaqt li l-aħħar reklutaġġ għal Enforcement Officers kien sar f’Ottubru 2003.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'residenza privata
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se jagħmlu żjara fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant saret fit-12 ta' April 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħadd mill-bord ta' Dar il-Mediterran waqt attivita' li saret is-Sibt 2 ta' April li baqgħet sejra sas-2.30 a.m. ta' l-għada b'mużika għolja li kienet ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar? Jista' il-Ministru jara li dak li r-residenti ġew imwiegħda skond risposta ta' mistoqsija parlamentari 9763, seduta 217, iseħħ għax skond ir-residenti jidher li l-affarijiet għadhom l-istess, u assolutament ma sar xejn? Jista' il-Ministru jikkonferma dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda membru tal-bord jattendi l-attivita' tas-Sibt 2 ta' April 2005. Naturalment jekk l-Onor interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jgħaddijieli.
Ma naqbilx ma' l-Onor interpellant li ma sar xejn minn dak li kien indikat fit-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 9763.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9763 jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu stallati l-air conditioners tat-tip silent? Fejn se jitwaħħlu? Kif se jonqos l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-air-conditioners ġew ordnati wara li ġie konkluż il-proċess kollu tas-sejħa għall-offerti, u mistennija jkunu f'posthom fis-sala La Vallette sal-31 ta' Mejju 2005.
L-inkonvenjent għar-residenti huwa mistenni li jonqos għal żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hi li t-tip ta' makkinarju li nxtara huwa l-aktar tip silent li jeżisti fis-suq sa llum. It-tieni raġuni hi għaliex iċ-ċhillers ser jiġu rilokati minn fejn jinsabu preżentement għal fuq il-bejt ta' Dar il-Mediterran.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed tħoss li saret inġustizzja magħha min-naħa tad-dipartiment tat-taxxi interni fejn qed tiġi mitluba tħallas is-somma ta' Lm149, fejn hi qed tallega li m'għandha l-ebda kont pendenti ma' l-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata tista’ tmur fit-Taxpayer Service (Blokk 4) tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju u tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.
(Tweġiba mogħtija: 13/04/2005PM)
(Seduta Numru: 254)
Jista' il-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar jekk sarux taħdidiet bejn il-kumpannija Made in America u l-ministeru tiegħu? X'soluzzjoni qed joffri l-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li waqt id-diversi laqgħat u korrispondenza li saru bejn l-Awtorita' dwar il-Mediċini u rappreżentanti lokali ta' Made In America, l-Awtorita' dwar il-Medċini spjegat l-affarijiet b'mod ċar u ġie ikkjarifikat li l-prodott Blue Pain Relief kien ġie ikklassifikat bħala mediċinali, speċjalment għall-fatt li fuq il-flixkun jinsab indirizz ta' websiteli fiha stqarrijiet li l-prodott għandu effetti mediċinali.
Ġie spjegat u rrakkomandat diversi drabi lir-rappreżentant tal-kumpannija Made In America li għandha tinstab soluzzjoni fuq il-bdil tal-preżentazzjoni tal-prodott mal-kumpannija li timmanifatturah u dawn il-proposti għandhom jiġu rreferuti lill-Awtorita' dwar il-Mediċini. Sa issa, l-ebda proposta min-naħa tal-kumpannija ma ġiet riferuta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-prodott Blue pain relief hux se jitwaqqaf mill-awtoritajiet tas-saħħa milli jkompli jinbiegħ fis-suq? Jekk fl-affermattiv, għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-prodott Blue Pain Relief ġie kklassifikat mill-Awtorita' dwar il-Mediċini bħala prodott mediċinali u għalhekk biex jinżamm fuq is-suq hemm bżonn li jiġi reġistrat bħal mediċini oħra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond 27 Eagle Street, Bormla huwiex milqut mill-proġett tat-twaqqiegħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu ndikat għat-twaqqiegħ bħala parti mit-tielet fażi tal-proġett ta' riġenerazzjoni f'Santa Liena.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-resident - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li xtara post Marsascala ma jistax imur jabita fih minħabba li l-Enemalta ma pprovdietx l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-provvista ta' l-elettriku għadha ma ngħatatx lir-resident imsemmi minħabba li hemm bżonn issir substation fil-blokk li jifforma parti minnu l-post ta' l-imsemmi resident. L-Enemalta qiegħda f'kuntatti kontinwi ma' l-iżviluppatur li huwa responsabbli li jipprovdi l-ispazju fejn tkun tista' toqgħod is-substation. Ladarba l-iżviluppatur jipprovdi dan l-ispazju x-xogħol fuq is-substation ikun jista' jinbeda.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għat-tweġiba li tajt għall-PQ Nru.11251.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri biex wieħed jibbenefika mis-sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma? Min hu ntitolat għal din l-għajnuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Biex persuna tkun ikkonsidrata bħala każ soċjali u tibbenifika minn għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma trid tagħmel talba lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Din l-għajnuna tikkonsisti f'li ma jitħallasx il-kera tal-meters u ma titħallasx is-surcharge imħabbra fl-aħħar budget.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħti dawn il-konċessjonijiet fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biss.
Inżid ngħid ukoll illi hemm sussidju ieħor li jingħata lil kull familja skond in-numru ta' persuni fil-familja.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-Cottonera waterfront regeneration? Meta beda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta? Kemm ministenni jħaddem nies meta jitlesta dan il-proġett? Kemm se jiġi jiswa? Min hu l-iżviluppatur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Waterfront jestendi bejn il-Fortizza ta' Sant' Anġlu u l-Ponta ta' l-Isla. Dan ix-xogħol ta' riġenerazzjoni jinkludi sistema integrata u komprensiva ta' restawr u rijabilitazzjoni ta' bini storiku u żvilupp ta' infill sites, stallazzjoni ta' Marina u mollijiet u xogħol ta' infrastruttura relatat mas-sit. Il-ħsieb hu li bir-restawr tal-bini storiku tingħata dehra isbaħ lill-inħawi u din issir żona li tattira aktar turisti u attivita' kummerċjali. It-titjib tal-ambjent u l-attivita' kummerċjali jirriżultaw fir-riġenerazzjoni ta' żona ħafna akbar - jiġifieri l-Kottonera kollha kemm hi. Iż-żoni rijabilitati jibdew joffru opportunitajiet aħjar għal ħin ħieles għan-nies tal-madwar u għalhekk titjib fil-kwalita' tal-ħajja tan-nies tal-Kottonera.
Fost il-proġetti speċifiċi issib:-
Restawr tal-Fortizza ta' Sant Anġlu u użu u żvilupp ta' partijiet bħal ma huma il-Batterija ta' De Gurial, Fitnes/Spa u residenzi, Sea Wall u dawk li jissejħu Sea Gate Vaults. Fuq il-moll ta' Sant' Anġlu hemm maħsub li jinbena Pied-A-Terre.
Ġie msaħħaħ u estiż il-moll ta' Sant' Anġlu.
Kien rijabilitat Scamps Palace u konvertit fil-Casino di Venezia
Nbnew ir-residenzi ta' Sant' Anġlu
Hemm maħsub li tinbena l-lukanda li fuqha hemm applikazzjoni pendenti
Sar restawr tal-iMħazen ta' Caraffa u kif ukoll tal-bini tat-Teżorerija. It-Teżorerija mistennija tibda taħdem fis-sajf li ġej
Ir-rijabilitazzjoni ta' Cement Stores - (applikazzjoni pendenti)
Ser isir ukoll restawr tal-Maċina u żvilupp anness - (applikazzjoni pendenti)
Serje ta' studji dwar kif jista' jiġi żviluppat u operat il-Car Park ta' Santa Margerita
F'dawn l-aħħar sentejn ġiet stallata l-Marina u s-servizzi anċillari
Bħalissa qed titħejja skema ta'
landscaping
għall-arja msemmija hawn fuq
Ma' dawn il-proġetti speċifiċi nsibu proġetti bħall titjib fl-infrastruttura bħas-sistema tad-dranaġġ, ilma u dawl.
Ix-xogħol fuq il-Cottonera Waterfront Regeneration inbeda wara l-iffirmar tal-kuntratt fit-2 ta' Ġunju 1999.
L-iżvilupp miexi skond il-kuntratt iffirmat u fuq l-Outline Application. L-iżviluppi individwali jiddependu ħafna mill-eżitu u l-proċess tal-applikazzjonijiet ta' żvilupp.
Il-proġett qed jimpjega n-nies u jiddependi mill-konsorzja kemm jimpjegaw nies.
Huwa maħsub illi hemm investiment totali ta' l-fuq minn 22 M Lm
L-iżviluppaturi jinkludu:-
Cottonera Waterfront Group
Grand Harbour Marina
Port Cottonera
Treasury Development Co. Ltd.
Gateway Development Co. Ltd
Macina Development Co. Ltd.
Casino di Venezia Group
Dock No 1 li huwa l-aħħar fażi li jagħlaq proġett komplut jaqqgħad il-promenad u l-waterfront u t-Tliett Ibliet tal-Kottonera.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Inspectors
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li tbati minn depression u marida ħafna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix fi flat b'60 tarġa u l-uniku iben tagħha jorqod fil-washroom taħt saqaf corrugated qatt ma ġiet provduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni sioċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Trasferiment ta' impjegata
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi trasferita minn dipartiment għal dipartiment fi ħdan l-istess ministeru, jiġifieri dik ta' purtinara għall-maintenance fis-servizz tat-trasport fejn jitqassmsu affarijiet u oġġetti għall-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Kull impjegat għandu l-possibilita li jitlob li jiġi trasferit. Kull talba tiġi konsidrata mill-kapijiet konċernati skond l-esiġenzi tas-servizz. Informat li bħalissa hemm ħtieġa ta' purtinara fl-iskejjel statali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għandhiex id-dritt tħallas is-somma ta' Lm2,300 lid-dipartiment ta' l-inland revenue meta hi qed tallega li m'għandhiex kontijiet pendenti ma' l-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata tista’ tmur fit-Taxpayer Service (Blokk 4) tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju u tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija jiftħu korsijiet ta' l-ETC dwar child care, storekeeper, first aid, filming, etc.?
Għal min huma intitolati dawn il-korsijiet u kemm hu twil kull kors? Xi kwalifiki jrid ikollok biex issegwi kull kors?
Kemm hi twila l-lista ta' applikanti biex isegwu kull kors? Xi proċeduri tieħu l-ETC biex jintagħżlu l-istudenti? Fejn qed jiġu organizzati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kors ta' Storekeeping li jmiss ser jibda minn nhar it-23 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju. Huwa twil tletin siegħa. Kull min japplika għal dan il-kors huwa mportanti li jkun jaf jikteb u jaqra. Sa llum hemm 189 persuna fuq il-waiting list.
Bħalissa għaddej kors fuq childcare,dan qed isir fil-Valletta Training Centre. Għal dan il-Kors preżenti qed jattendu għalih 20 persuna. Il-Korsijiet taċ-Child Care jaghmlu parti mill-proġett tal-ESF. Bħal dan l-istess kors huwa pproġettat illi jsiru sitta oħra wieħed wara l-ieħor, bl-iskop li jiġu mħarrġa mija u għoxrin (120) child carers ġodda. Il-Kors huwa twil 800 siegħa.
Hemm tlett modi ta' kif wieħed/waħda jista' jkun eliġibbli għal dan il-kors.
1. O’level fil-Malti, Ingliż u Matematika.
2. Jekk ma jkollux/iex Matematika jista' jkollu/ha żewġ O’ levels oħra biex jikkumpensaw għal dan is-suġġett.
3. Jekk ma jkollux/iex O’Levels il-kandidati huma suġġetti li joqgħodu għal xi eżamijiet. (Dan biex jiżgura li l-applikanti jkollhom ċertu livell ta’ edukazzjoni).
Bħal issa hemm lista ta’ mitejn applikant.
Kors tal-Filming
Informat li ma hemm ebda pjan s'issa li jerġa jiġi organizzat xi kors fuq Filming.
Kors fuq il-First Aid
Rigward il-Kors tal-First Aid, informat li dan ma jsirx mill-Korporazzjoni, minħabba li l-First Aid ma jwassal għall-ebda impjieg. Pero' wieħed irid isemmi li s-suġġett fiħ innifsu huwa inkorporat f’xi korsijiet oħra.
Il-Korsijiet imsemmija qed isiru f’Ċentri tat-Taħriġ tal-Korporazzjoni. Il-partiċepanti jintgħazlu skond il-kwalifiki tad-dħul għal kull kors.
Persuni li jaħdmu u jkunu interessati li jattendu għal korsijiet jistgħu jagħmlu dan billi jimlew applikazzjoni għal kors li jkunu interessat fih jew minn fuq il-website tal-Korporazzjoni jew minn xi wieħed mill-uffiċċji li l-Korporazzjoni għandha ġewwa Malta u Għawdex.
F’każijiet ta’ waiting list, l-applikanti għandhom il-kwalifiki meħtieġa jintgħażlu fuq bażi ‘first come first serve’.