Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Triq San Lawrenz

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u/jew asfaltata Triq San Lawrenz, Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara stejjem tax-xogħlijiet meħtieġa f’din it-triq. Ix–xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet mill-programm tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' benefiċċji soċjali ta' armla minn Bormla indikata separatament, li awtorizzatni ngħaddi wkoll korrispondenza relatata separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' benefiċċji soċjali ta' armla minn Bormla indikata separatament, li awtorizzatni ngħaddi wkoll korrispondenza relatata separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Proġetti ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-proġetti ta' housing li bħalissa qegħdin taħt kostruzzjoni? Liema huma l-lokalitajiet? Kemm hemm units f'kull binja? Kemm hu stmat li se tiġi tqum kull binja? Kemm kien proġettat li se tkun tqum kull binja? Meta beda kull proġett? Meta kellu jibda kull proġett? Meta mistenni jintemm kull proġett? F'liema stadju ta' kostruzzjoni jinsab kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub dwar proġetti ta’ bini ta’ postijiet taħt konstruzzjoni mill-Awtorita` tad-Djar u d-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta’ Djar hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Inkwilin ta' post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex inkwilin ta' post tal-gvern jerġa' imur jgħix f'daru wara li inġustament xi ħadd ħadlu daru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda titolu li tgħix fil-post indikat, liema post ser jittieħed lura mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali permezz ta’ żgumbrament.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar persuna anzjana

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - titkeċċa minn post tal-gvern wara li inġustament keċċiet lin-neputi tagħha li huwa separat biex hi tmur tgħix f'dan il-post f'Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13025 f’din l-istess Seduta.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' benefiċċji soċjali ta' anzjana mill-Isla indikata separatament li awtorizzatni ngħaddi wkoll korrispondenza relatata separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' benefiċċji soċjali ta' anzjana mill-Isla indikata separatament li awtorizzatni ngħaddi wkoll korrispondenza relatata separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Dipartiment ta' l-edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba ta' persuna mill-Isla - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - anke fid-dawl taċ-ċertifika tat-tabib li wkoll qed jintbagħat separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola, fejn jaħdem l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, hija skola normali bħal skejjel oħra u mhux meqjusa bħala ambjent magħluq.

Dipartiment ta' l-edukazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' it-talba ta' persuna mill-Isla - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - anke fid-dawl taċ-ċertifika tat-tabib li wkoll qed nehmeż separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola, fejn jaħdem l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, hija skola normali bħal skejjel oħra u mhux meqjusa bħala ambjent magħluq.

Fgura — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba ta' mara separata mill-Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed tistenna post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Sigurta' soċjali — Ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu mas-servizzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jieħdu s-somma dawk il-Maltin li kienu mas-servizzi li baqgħu qatt ma ħadu s-somma, mentri dawk li kienu magħrufa bħala s-summers u daħlu wara, ħadu s-somma xorta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi tip ta' gratuity li setgħet kienet dovuta lill-pensjonanti Maltin li kienu mpjegati mas-Servizzi Ngliżi. Jekk dan hu l-każ, peress li tali gratuitym'hiex dovuta mill-Gvern Malti, nitolbu jagħti parir lill-persuni konċernati li jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom mal-British Pensions Office lokali.
Leg 10 PQ #13019 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Belt Valletta — Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Old Wells Str, il-Belt Valletta għadhom isofru l-inkonvenjent ta' ħsejjes ta' air-conditioners u ħsejjes ta' mużika ġejjin minn naħa tal-Mediterranean Conference Centre?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta’ l-air-conditioners, ninsab infurmat li kif konfermat f’numru ta’ risposti mogħtija lil din il-Kamra, b'mod partikolari PQ 11682, 11683 u 11684, diversi kienu l-miżuri li ttieħdu. L-air-conditioners, kif wiegħed il-Bord ta’ Tmexxija, issa twaħħlu f’posthom u qed issir l-aħħar komunikazzjoni interna qabel dawn jibdew jintużaw. L-inkonvenjent diġà naqas sostanzjalment u mistenni li jonqos aktar hekk kif jibdew jintużaw l-air-conditioners il-ġodda. Dwar il-mużika, ninsab infurmat li hawn ukoll qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji u dan ukoll naqas drastikament.
Leg 10 PQ #13020 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Belt Valletta — Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet tal-Mediterranean Conference Centre biex jispiċċa l-inkonvenjent ta' ħsejjes ta' air-conditioners u ħsejjes ta' mużika għolja li qed jagħmlu l-ħajja diffiċli għar-residenti ta' Old Wells Str, il-Belt Valletta, speċjalment bil-lejl?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 13019.

Tal-Pieta' — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb biex il-bieb ta' barra ta' Binja tal-gvern f'Tal-Pieta' jiġi mibdul kif jinfetaħ minħabba li qed ikun ta' inkonvenjent għal residenta anzjana li toqgħod hemmhekk u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.

Fgura — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex binja tal-gvern fil-Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - m'għandhiex bieb ta' barra? X'passi se jieħu d-dipartiment biex isir bieb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li fil-Fgura hemm diversi binjiet tal-Gvern, nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b’mod kunfidenzjali, l-indirizz komplet tal-binja li qed jirreferi għaliha.

Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex tal-joint office jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond (li jinsab fi Sqaq Numru 1) li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa proprjeta' tal-Gvern u hu amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.

Fgura — Applikazzjoni għal xiri ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-każ ta' applikant mill-Fgura - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - u li bosta xhur ilu applika biex jixtri l-fond li joqgħod fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fit-12 ta’ Jannar 2005, il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat taħt l-iskema Sir Sid Darek biex tixtri l-appartament mikri mill-Gvern. Peress li l-proprjeta` hi amministrata mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, fl-24 ta’ Jannar 2005, l-Awtorita` tad-Djar talbet l-approvazzjoni ta’ dak id-Dipartiment qabel tkompli tipproċessa l-applikazzjoni. Hekk kif l-Awtorita` tirċievi l-approvazzjoni mitluba tkun tista` tipproċedi.