Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-djar — Applikazzjonijiet quddiem il-MEPA

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet quddiem il-MEPA minn dawk li applikaw quddiem l-awtorita' tad-djar u ġew mitluba biex l-applikazzjoni tagħhom titmexxa, iridu l-permess tal-MEPA? Liema kienu l-iskemi? Kemm hemm f'kull skema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu r-relief? Minn meta se jibda dan il-benefiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar il-każ tagħha.

Karozzi importati mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm titħallas taxxa meta persuna ġġib karozza second hand mill-Japan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-taxxa li titħallas meta ġġib karozza second hand mill-Japan hija: CUSTOMS DUTY VAT PASSENGER CARDS 10% 18% COMMERCIAL VEHICLES 22% 18% It-taxxa ta’ reġistrazzjoni għandha titħallas fil-Licensing Division.

Karozzi second hand mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabu karozzi second hand mill-Japan fl-2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm tħallsu taxxi b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Karozzi second hand mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min jista' idaħħal karozzi second hand mill-Japan? X'inhi l-proċedura min-naħa ta' l-Istat Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull persuna reġistrata mal-VAT tista’ timporta karozzi għar-raġunijiet kummerċjali. Sabiex dan iseħħ għandhom jiġu ppreżentati Import Licence, il-Commercial Invoice, il-Log Book flimkien mad-dokumenti tas-Shipping fil-ħin li l-oġġetti jkunu qed jiġu ddikjarati lid-Dwana. Id-dazju jitħallas biss fuq il-valur ta’ l-oġġetti li jaslu d-Dwana. Dawn l-oġġetti jkunu suġġeti għall-ispezzjoni u valutazzjoni mid-Dwana. Il-VAT tiġi mħallsa fuq id-Duty-Paid Price.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm xtrat units l-awtorita' tad-djar u mingħand min mis-suq privat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? F'liema stadju inxtraw u kemm kien il-prezz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin 2000 u 2001 nirreferih għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Numru 2753 f'Seduta 58. Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma xtrat ebda units mill-privat bejn is-snin 2002 u 2005 s'issa.

Awtorita' tad-djar — Amalgamazzjoni ta' dipartimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li l-awtorita' tad-djar u dipartimenti oħra tal-housing jiġu amalgamati? X'se jiġri mill-ħaddiema tad-dipartimenti tal-gvern? Tista' tgħid jekk il-kabinett hux diġa' approva din l-amalgamazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kabinett approva fil-prinċipju l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet fis-settur tal-housingli preżentement jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' tad-Djar u Dipartimenti oħra. Peress li l-mod u d-dettalji ta' kif din l-amalgamazzjoni ser tiġi implimentata hi preżentement is-suġġett ta' studju f'dan ir-rigward, ikun prematur li nikkumenta dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Awtorita' tad-djar — Ħaddiema ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda ma' l-awtorita' tad-djar fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Min huma? Kif daħlu? F'liema kariga? Kemm hu s-salarju tagħhom? Fuq liema bażi daħlu part-time jew full-time? Saret sejħa għad-dħul ta' dawn l-impjegati? Kemm applikaw b'kollox?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2000 ma' kien hemm ebda ingaġġ ġdid ma' l-Awtorita' tad-Djar. Ninsab infurmata wkoll li mpjegati ġodda ma' l-Awtorita' ddaħħlu wara talba lill-ETC u lill-MIMCOL. Fil-każ li dawn jgħarrfu lill-Awtorita' li ma jkollhom ebda persuna għal post li jkun meħtieġ li jiġi mimli, l-Awtorita' toħroġ sejħa pubblika kif ġara fil-każ tal-gradi ta' Perit u Research Officer li għalihom kien hemm 6 u 7 applikazzjonijiet rispettivament. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta' informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT Department

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha tweġiba mid-dipartiment tal-VAT u jgħid jekk il-każ issa hux solvut u konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ għadu qiegħed jiġi mistħarreġ.

VAT Department

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha tweġiba mid-dipartiment tal-VAT u jgħid jekk il-każ issa hux solvut u konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ għadu qiegħed jiġi mistħarreġ.

Lands department — Fond abbandunat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond indikat separatament li huwa fi stat ta' abbandun u ta' periklu għal terzi, huwiex tal-lands department? X'passi se jieħu d-dipartiment biex jispiċċa dan l-inkonvenjent għar-residenti ta' madwaru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond numru 8 Sqaq San Lazzru, Bormla huwa proprjeta' tal-gvern amministrata mill-Uffiċċju Konġunt. Id-Dipartiment diġa' ħareġ żewġ sejħiet għal offerti għal bejgħ tal-fond in kwistjoni. Għal l-ewwel sejħa rċieva offerta waħda li kienet tant baxxa li ġiet rifjutata. Għat-tieni sejħa ma rċieva ebda offerti. Id-Dipartiment beda l-proċess biex toħroġ it-tielet sejħa għal offerti għal bejgħ ta' din il-proprjeta'.

Servizzi soċjali — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna b'diżabilita' miż-Żejtun li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma bbenefikat minn xi servizz u/jew għajnuna li huma intitolati għalihom il-persuni b'diżabilita'? Tista' tara li tiġi rimedjata din is-stiwazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat parir bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali dwar fejn għandha tmur biex tivverifika jekk għandiex dritt ta’ xi benefiċċju jew servizz.

Pensjoni ta' l-irtirar

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet informata li mhijiex intitolata għall-pensjoni ta' l-irtirar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Birgu — Triq San Lawrenz

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 12409 u jgħid meta se tiġi rranġata u/jew asfaltata Triq San Lawrenz, Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu ttamat li x-xogħol fuq din it-triq ma jdumx ma jinbeda.

Ħ'Attard — Kunsill lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'paga hija intitolata għaliha l-aġenta segretarja eżekuttiva (acting executive secretary) tal-kunsill lokali ta' Ħ'Attard? Jista' jgħidilna x'paga effettivament qed tieħu din l-istess aġenta segretarja eżekuttiva?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Kunsilli Lokali ma tispeċifikax ir-remunerazzjoni li għandha titħallas lill-Aġent Segretarju Eżekuttivi. Minkejja dan, l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi li kienu ġew assenjati fil-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali ngħataw salarji ekwivalenti għal dak ta' Segretarju Eżekuttiv, skond in-numru ta' Kunsillieri fil-Kunsill rispettiv, u dan sa mill-ewwel ġurnata tal-ħatra tagħhom. Din il-proċedura li ġiet applikata fil-każ ta' Aġent Segretarju Eżekuttiv sakemm inħatar l-ewwel Segretarju Eżekuttiv tapplika wkoll f'kull każ ieħor ta' ħatra ta' Aġent Segretarju Eżekuttiv. Ninsab infurmat li, fil-fatt, il-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, qiegħed jagħti r-remunerazzjoni applikabbli skond in-numru ta' Kunsillieri, u ċioe` l-minimu ta' Skala 6.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna b'diżabilita' minn Birkirkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenfika mis-servizz tal-care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni dwar l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Minkejja dan, fi żmien qasir l-Awtorita' ser tagħmel spezzjoni tal-fond fejn tgħix din il-persuna biex jiġi verifikat jekk tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Għajnuna soċjali — Children allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, m'għadhiex tibbenefika miċ-children allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara l-każ ta' anzjan mill-Fgura li jixtieq jibbenefika mis-servizz tal-care and repair minħabba li l-kamra tal-banju tiegħu m'għadhiex adatta għall-ħteġijiet tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni dwar l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Minkejja dan, fi żmien qasir l-Awtorita' ser tagħmel spezzjoni tal-fond fejn tgħix din il-persuna biex jiġi verifikat jekk tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond imsemmi separatament huwiex tal-housing? Jekk iva, meta ġie mogtħi lill-inkwilini? F'liema lokalita' kienu jgħixu? Għaliex ġie mogħti lil din il-familja u mhux lil applikanti oħra? Kemm għandha points din il-familja quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena nfurmata illi l-fond indikat hu propjeta tal-Gvern izda mhux amministrat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant dan il-fond ma kien allokat lil ħadd mill-istess dipartiment imsemmi.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li l-fond indikat separatament f'Santa Luċija ġie mogħti lil iben impjegat tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilu li applika quddiem id-dipartiment? Kemm għandu snin? Kemm għandu kmamar tas-sodda? Kemm se jgħixu fih dan l-appartament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-post, li meta tbattal kellu bżonn tiswija estensiva, mhux veru ġie allokat lil bin impjegat tad-Dipartiment. Il-post ġie allokat lill-familja bi tlett itfal. Il-missier, li nzerta jaħdem fid-Dipartiment, għandu 43 sena u hu, martu u t-tlett uliedu sejrin jgħixu fl-appartament malli jitneħħa l-periklu eżistenti. Huma se jagħtu lura l-post li joqgħodu fih, li hu miżmum tajjeb iżda fih biss żewġ kmamar tas-sodda. L-applikazzjoni saret f'Lulju 2004.