Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ma pproċessax l-applikazzjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant tkun tista' tiġi proċessata wara li l-applikant jipproduċi d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment konċernat.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija marida serjament, qatt ma ġiet provduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili..

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qatt ma ħa azzjoni biex il-persuna bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'dar bla dawl u bla ilma u li ilha bosta snin tistenna post alternattiv, qatt ma ġiet provduta b'xi unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt il-persuna konċernata kienet ġiet offruta akkomodazzjoni alternattiva ħames snin ilu, liema akkomodazzjoni kienet ġiet rifjutata għax il-post ma laqagħhiex. Ta min jgħid li mid-dokumenti li għandu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jirriżultax li l-post okkupat mill-applikanti hu bla dawl u ilma.

Tassazzjoni fuq bejgħ ta' proprjeta'

Question

Wara li ttieħdu passi biex is-sistema ta' tassazzjoni fuq bejgħ ta' proprjeta' li tkun ġejja minn eredita' tbiddlet, fis-sens li kulmin wiret proprjeta' bejn il-25 ta' Novembru 1992 u l-24 ta' Novembru 2003 kellu l-opportunita' li jirrivaluta l-istess proprjeta', jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il dikjarazzjoni ġiet sottomessa quddiem id-dipartiment tal-capital transfer duty? Kemm kien l-ammont ta' taxxa (duty) li ġiet imħallsa fuq dawn ir-rivalutazzjonijiet? Kemm-il dikjarazzjoni ta' causa mortis kien hemm matul il-perijodu hawn fuq imsemmi, cioe' bejn l-1992 u l-2003? Hemm xi ħsieb li din l-iskema tiġi estiża? Jista' jgħid jekk il-gvern laħaqx il-miri tiegħu bin-numru ta' applikazzjonijiet li ken hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li 2,014-il att pubbliku ngħataw lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li bihom aġġustaw il-valur tal-proprjetà immobbli li ntirtet wara l-24 ta’ Novembru, 1992 u qabel il-25 ta’ Novembru 2003 skond ir-Regoli ta’ l-2005 dwar Aġġustamenti għall-Valur Dikjarat ta’ Proprjetà Immobbli. L-ammont ta’ taxxa mħallsa fuq dawn l-aġġustamenti kien ta’ Lm1,532,544. Bejn l-istess perjodi ta’ l-1992 u l-2003 il-Kummissarju ġie notifikat bi 18,940 dikjarazzjonijiet causa mortis f’liema numru jinkludu dikjarazzjonijiet addizzjonali u korretorji. L-iskema għalqet fit-30 ta’ Ġunju, 2005. Il-Gvern ħass id-dmir li jagħti l-opportunità lill-werrieta li wirtu matul il-perjodu msemmi, li jaġġustaw il-valur fid-dikjarazzjonijiet oriġinali mingħajr miri speċifiċi.

Joint office — Fond fi stat perikoluż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu l-joint office dwar fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab fi stat perikoluż? Hemm ħsieb li jinbidel is-saqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, skond ftehim iffirmat bejn il-kerrej u l-lokatur, kull tiswijiet li jeħtieġ il-fond imsemmi, li huwa amministrat mill-Uffiċċju Konġunt, iridu jsiru mill-kerrej a spejjeż tiegħu.

VAT department

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13519, jista' il-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċekk ta’ rifużjoni fuq VAT 95 dovut lill-kumpanija msemmija ntbagħat f’April 2005 fl-indirizz notifikat lid-Dipartiment. Iċ-ċekk kien maħruġ f’isem il-kumpanija. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-persuna lid-Dipartiment sabiex isiru iktar investigazzjonijiet.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali baqgħet ma rċevitx il-file number?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hu H19257 u li din l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.

dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Każ dwar file number

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għadu mingħajr file number?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibda tiġi proċessata hekk kif tipproduċi d-dokumenti mitluba mid-Dipartiment meta ressqet it-talba fl-1 ta’ Lulju 2005.

Ħal-Luqa — Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija l-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jagħmlu inspection f'fond f'Ħal-Luqa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-ġranet li ġejjin l-Awtorita` tad-Djar mistennija tiffissa d-data għall-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.

Housing inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-housing inspectors mistennija jmorru jagħmlu inspection tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Postijiet battala

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandu postijiet battala d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tieni Parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13236 f’ Seduta Numru 287.

Akkomodazzjoni soċjali — Santa Luċija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li jixtiequ jgħixu Santa Luċija? Mil-liema kategorija? Kemm ilhom li applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Appartament tal-gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 13508, tista' il-Ministru tgħid il-fond li ġie mogħti lill-impjegat tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'liema sular jinsab? B'liema kera se jkun? Fil-preżent kemm qed iħallas kera fil-post il-qadim?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-fond jinsab fil-pjan terran. Il-kera tiegħu issa hi ta’ Lm189 fis-sena filwaqt li fejn kien joqgħod qabel kienet b’rata fissa ta’ Lm75.