Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel ta' l-Istat — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14751 u jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern kollha f'Malta u Għawdex fl-2005 u kemm sewa kull xogħol li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt il-ġimgħa l-oħra.

Ħaż-Żabbar — Triq Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tiġi asfaltata Triq Bieb is-Sultan, Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara stejjem tax-xogħlijiet meħtieġa f’diversi toroq. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.

Naxxar — Triq it-Tuffieħ

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma l-familji li ħadu appartamenti tal-gvern fi blokka Entrance B, Binja Sgħajtar, Triq it-Tuffieħ, Naxxar? Minn liema lokalita' ġejjin? Minn liema gruppi tas-soċjeta' ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta' allokazzjonijiet taħt Avviż Numru 67, kif ippublikata mill-Awtorita' tad-Djar. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija inkluża f'din il-lista.

Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-mara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mara bi problemi psikjatriċi, tibbenefika mis-servizz care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair. Madankollu, l-Awtorita' ser tieħu passi biex tara jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Skejjel ta' l-istat — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern kollha f'Malta u Għawdex fl-2005 u kemm sewa kull xogħol li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Meta x-xogħol li dwaru qed jintalab it-tagħrif jiġi ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti, tkun tista tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żwieġijiet ċivili din is-sena f'pajjiżna minn ċittadini barranin? Minn liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom iżżewġu Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar sal-15 ta' Settembru ta' din is-sena saru 429 żwieġ ċivili, minn ċittadini barranin fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta. Iċ-ċittadini barranin li żżewġu f'pajjiżna din is-sena kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Albania, Algeria, Australia, Austria, Bahamas, Belarus, Bosnia Herzegovina, Bulgaria, Canada, Czech Republic, China, Colombia, England, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Finland, France, Germany, Holland, Hungary, India, Ireland, Isle of Man, Isle of Wight, Israel, Italy, Japan, Jordan, Kazakstan, Kenya, Latvia, Libya, Lithuania, Macedonia, Malaysia, Morocco, Netherlands, New Zealand, Nigeria, North Ireland, Norway, Peru, Philippines, Romania, Russia, Sicily, Sierra Leone, Scotland, Serbia, Singapore, Slovakia, South Africa, Sweden, Switzerland, Syria, Thailand, Tunisia, Turkey, Ukraine, U.S.A., Wales, Yugoslavia. Minn dawn 131 iżżewġu Maltin. Fl-istess perijodu f'Għawdex saru 29 żwieġ ċivili u ċ-ċittadini barranin kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Australia, China, England, Germany, Holland, Ireland, India, Italy, Lithuania, Russia, Scotland, Serbia, Ukraine, Wales. Minn dawn 6 iżżewġu Maltin.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif fiż-żmenijiet tal-lum familja ta' disgħa persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - tibqa' tgħix f'fond b'żewġ kmamar tas-sodda? X'qed jagħmel id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jipprovdi post alternattiv lil din il-familja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li t-talba ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi kkonsidrata biex tibbenefika mis-servizz ta' care & repair minħabba li l-kamra tal-banju eżistenti fil-fond fejn tgħix mhijiex f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li saret xi applikazzjoni biex il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita` tad-Djar ser tivverifika jekk dan hux possibbli.

Djar — Talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidata flimkien m'oħrajn simili.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn mistennija tkun akkomodata l-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - minħabba li d-dar tagħha tinsab milquta mill-proġett ta' slum clearance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hu prematur li jiġi ndikat fejn ser jiġu akkomodati r-residenti li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta z-zona - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - mistennija toħroġ għall-bejgħ għar-residenti li bnew id-dar tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-residenti tal-lokalita' li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ikunu jistgħu jersqu għal iffirmar tal-kuntratt tar-residenza tagħhom meta isir il-ħlas tal-kumpens dovut lis-sidien tal-art mid-Dipartiment tal-Artijiet.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Danger allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma dawk il-ħaddiema/impjegati li jieħdu d-danger allowance fid-dipartimenti/awtoritajiet taħt il-ministeru tad-djar u kemm ħa kull ħaddiem/impjegat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom 183 punti qatt ma ġew provduti post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Djar — Spezzjoni f'post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors biex jaraw u jispezzjonaw il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ser issir wara li ssir il-verifika ta’ l-applikazzjoni konċernata.

IPSL — Trasferiment ta' ħaddiem

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet trasferita minn fuq il-post tax-xogħol tagħha minn Ħal Tarxien għal San Ġiljan bil-konsegwenza li żdiedulha l-ispejjeż għat-trasport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq tal-persuna indikata kien wieħed temporanju u għal żmien qasir ħafna u li sar minħabba xogħol urġenti li kien qed isir fil-lokalita' ta' San Ġiljan. Ta' min isemmi li San Ġiljan kien wieħed mill-Kunsilli Lokali li ma kellu l-ebda ħaddiema ta' l-IPSL assenjati miegħu. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi ħaddiem eventwalment ġie assenjat mal-Kunsill Lokali Fgura fejn għadu sa llum, pero' f'kull każ il-ħaddiema kollha qegħdin jiġu assenjati skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet li jistabilixxi d-dipartiment minn żmien għal żmien.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex tissolva l-problema ta' xebba omm - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li tgħix f'post fejn jgħixu flimkien 17-il ruħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Enemalta — Arblu ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Enemalta milli jneħħi arblu ta' l-elettriku minn maġenb garaxx li qiegħed jostakola l-aċċess għal dan il-garaxx li jinsab fl-indirizz indikat separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitneħħa l-arblu ta' l-elettriku li għalih saret referenza għandu jsir dalwaqt flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel il-verifiki meħtieġa biex issir il-verifika tal-means test dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif dan il-proċess jitlesta l-Awtorita' tinforma lill-persuna konċernata bl-ammont ta' sussidju li jkollha dritt għalih.