Tista' il-Ministru tgħid kemm-il unit għaddiet l-awtorita' tad-djar lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali din is-sena? F'liema lokalitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li din is-sena l-Awtorita’ tad-Djar għaddiet 27 post milli bniet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dawn huma fl-Isla, l-Furjana u l-Imsida.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il unit għadda l-uffiċċju konġunt lill-awtorita' tad-djar u lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm kien stmat il-valur ta' kull unit? Fejn jinsabu dawn il-units?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għadda lill-Awtorita tad-Djar u lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, dawk il-fondi li d-dettalji tagħhom qed jidhru f’ Tabelli A u B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'titjieb sar fil-policies ta' l-awtorita' tad-djar fis-sena 2004/2005 biex tkun soċjali u ta' għajnuna għal dawk li huma l-iżjed vulnerabbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-programm tal-bini ta' postijiet ġodda f'Birżebbuga, Burmarrad, Mosta, Imtarfa, Pembroke u Qawra tlestiex? B'liema skema ġew allokati? Kemm ġew jiswew kull binja? Kemm suppost ġiet tiswa kull binja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk sarux porġetti ta' slum clearance? F'liema lokalita? Kemm twaqqa' bini? Kemm inbnew binjiet, jiġifieri kemm units f'kull binja? Kemm ġiet tiswa kull binja? Kif ġew allokati, kemm għall-bejgħ u kemm għall-kiri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw quddiem l-awtorita' tad-djar biex jibbenefikaw mis-servizz care and repair? Kemm ibbenefikaw? Kemm tħallsu flus min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar fis-sena 2004/2005 għal dan is-servizz? Kemm kien/hu l-budget ta' l-awtorita' tad-djar għal dan is-servizz care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar? Għandhom jew kellhom fil-passat konnessjoni ma' xi partit politiku? Min huma dawn il-persuni? Fuq liema mertu jinħatru fuq dan il-bord? X'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom u x'benefiċċji għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel u l-aħħar Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13072 f’Seduta Numru 285 filwaqt li ninfurmah li l-informazzjoni li tajt dak inhar, dwar il-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Awtorita’ tad-Djar u r-remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri, għadha treġi llum wara li l-Bord reġa’ nħatar mill-ġdid b’seħħ mis-17 ta’ Settembru 2005.
Dwar it-Tieni u t-Tielet Parti tal-Mistoqsija naħseb li l-Onor. Interpellant jaf daqsi li Dr Jean Pierre Farrugia kien Membru Parlamentari u Ms Micallef kienet kandidata għall-Elezzjonijiet Generali f’isem il-partit preżenti fil-Gvern.
Il-membri ta’ dan il-Bord jinħatru a bażi tal-mertu u l-kapaċitajiet personali tagħhom.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Housing inspectors
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'fond f'Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa okkupat minn aktar minn seba' persuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Housing inspectors
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jispezzjonaw fond fil-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni fil-fond li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant saret fil-25 ta' Lulju 2002.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex stazzjon tat-televiżjoni meta japplika għall-frekwenza tal-links għal outside broadcasting units l-MCA iddum ġimgħat biex tirrispondih u tliet xhur sakemm tibda tikkonsidra t-talba, meta fil-passat fi żmien il-Wireless Telegraphy Department dan kien isir bit-telephone biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn mindu l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni ħadet ir-responsabilita' ta' tmexxija tal-frekwenzi tar-Radio, l-applikazzzjonijiet għall-frekwenzi dejjem ġew ipproċessati fi żmien stipulat fil-liġi, jiġifieri fi żmien sitt ġimgħat minn l-irċevuta tal-formola ta' l-applikazzjoni li tkun mimlija kif xieraq. Huwa ta' min jinnota illi l-applikazzjoni tibda tkun ipproċessata biss, wara li d-dettalji tekniċi mitluba fil-formola ta' l-applikazzjoni jkunu mniżżlin kif xieraq. Qatt ma kienet il-policy tad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili li joħroġ liċenzji a bażi ta' telefonata..
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li mistennija jsiru fis-sena 2006 fit-tieni u t-tielet distrett elettorali? Liema huma dawk it-toroq residenzjali li jinsabu fit-tieni u t-tielet distrett elettorali li ħarġet it-tender dwarhom? Liema huma dawk li ħarġet il-letter of acceptance u l-order to start works fuqhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tenders li diġa’ nħarġu mill-Awtorita' dwar it-Trasport f’dawn id-distretti huma
- p/o Triq il-Kavallieri, M’Scala
- p/oTriq Patri Wistin Born , M’Scala
- Triq l-Isfar, M’Scala
- Triq il-Vjola, M’Scala
- Storm water culvert fi Triq is-Santwarju, Zabbar.
Fil-każ ta’ Triq il-Kavallieri u Triq Patri Wistin Born il-letter of acceptance diġa’ nħarġet. Filwaqt li l-Order to Start Works tax-xogħlijiet f’ Ħaż-Żabbar inħareġ. Triq il-Vjola u Triq l-Isfar qed isir il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni, filwaqt li Triq il-Granmastri qed tigi pproċessata biex jinħareġ it-tender.
L-Awtorita' dwar it-Trasport tista’ toħroġ aktar tenders f’dawn il-lokalitajiet skond il-prijoritajiet li joħorġu mill-program tax-xogħlijiet li qed jiġi ppreparat.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Każ dwar file number
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, baqgħet qatt ma rċeviet il-file number mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi proċessata.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed jagħmel id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jipprovdi akkomodazzjoni alternattiva għal omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'garage flimkien mat-tfal tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment konċernat flimkien ma oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed jidħol jaħdem f'dar ta' l-anzjani? Hemm xi vacancies f'xi waħda minn dawn id-djar preżentement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta tinħoloq vakanza f'xi dar ta' l-anzjani, d-Dipartiment joħroġ call għal Part Time Social Assistants kollha u min hu nteressat japplika. S'intendi, hemm il-kriterji stabbiliti biex il-Bord ta' l-għażla jkun f'pożizzjoni biex joħroġ il-lista wara li jsir l-interview.
Fil-preżent, il-vakanzi li kien hemm intlew kollha.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-awtorita' tat-trasport pubbliku ddeċidiet mingħajr ebda konsultazzjoni mal-kunsill lokali biex tneħħi l-bus shelter li jinsab fi Triq il-Marżepp, f'Ħaż-Żabbar, fejn inħolqot inkonvenjenza kbira għar-residenti tal-madwar? L-istess awtorita' qed tikkonsidra li dan il-bus shelter jerġa' jitpoġġa fejn kien? Jekk le, fejn mistenni jitpoġġa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħadet deċiżjoni illi jitneħħa l-imsemmi bus shelter fi Triq il-Marżepp, Żabbar fuq bażi umanitarja. Barra minn hekk qed jiġi ppjanat u diskuss fejn ser issir bus shelter oħra f’post alternattiv fil-qrib.
Awtorita' tad-Djar — Talba għal servizz care and repair
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru jagħmlu spezzjoni fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex persuna li tbati bid-depression tibbenefika mis-servizz care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Madankollu, l-Awtorita’ ser tieħu l-passi meħtieġa biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13874, jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jitneħħa l-arblu ta' l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minnħabba li l-arblu fih imqabbad miegħu cable ta' taħt l-art u dan irid jiġi shifted, ix-xogħol jkun jista' jinbeda meta jinħareġ il-permess tat-trinka meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14752 u jgħid kemm saru żwieġijiet ċivili din is-sena f'pajjiżna? Minn liema lokalita' kienu? X'kienet il-medja ta' l-eta' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Settembru 2005 saru 495 żwieġ ċivili fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta, filwaqt li f'dak ġewwa Għawdex saru 32 żwieġ ċivili. L-eta' medja kienet ta' 34 sena.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lokalitajiet mnejn kienu ġejjin dawn il-persuni.