Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta' ilma quddiem residenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati biex jiġi eliminat l-ilma li ħiereġ quddiem id-dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma madwar id-dar imsemmija, ma rriżultax li kien hemm xi ilma ħiereġ. Madanakollu, il-KSI xorta waħda għamlet testijiet ta' 'leak detection' li minnhom ma rriżulta xejn. Jista' jagħti l-każ li dan l-ilma xi kultant joħroġ minn żewġ 'drains' li hemm fil-viċin. Il-KSI xorta waħda tibqa' attenta għal xi żviluppi li jistgħu jinqalgħu hawnhekk.

Kalkara — Triq il-Konvoj ta' Santa Marija

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni ta' meta hemm il-ħsieb li jingħata wiċċ ġdid lil Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fil-Kalkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħarġet sejħa għall-bini tat-triq imsemmija fis-27 ta' Diċembru 2005 li tagħlaq fit-13 ta' Jannar 2006.

Dipartiment tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi jista' jieħu d-dipartiment tad-djar biex tinstab soluzzjoni għall-umdita' kbira li teżisti fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li f'dawn l-aħħar snin id-dipartiment qatt ma ħa azzjoni biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni biex tiġi mħarsa s-saħħa tar-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' sinjura li bħalissa toqgħod San Pawl il-Baħar u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li peress li għandha ħamest itfal tellgħet 234 punti imma ilha ħafna tistenna post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tmur il-Customer Care Section tad-Dipartiment biex taġġorna l-applikazzjoni tagħha bl-aħħar tibdil fiċ-ċirkostanzi.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ma' l-awtorita' tad-djar ta' sinjura li toqgħod il-Birgu u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi l-irċevuti fiskali meħtieġa biex isir il-pagament dwar ix-xogħol approvat.

Construction and Maintenance Department

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jittieħdu mid-dipartiment tal-construction and maintenance tal-housing biex jiġi spezzjonat u jitranġa l-periklu li jeżisti fis-saqaf ta' fond ġewwa Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Housing inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond ġewwa il-Fgura li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16044 f’Seduta Numru 337.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' sinjura mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni li l-persuna ndikata għamlet taħt Skema W għal għotja għall-irranġar ta’ postijiet mikrija mill-Gvern, ninsab infurmata li din l-applikazzjoni ġiet proċessata u l-għotja nħarġet. Jekk qed jirreferi għat-talba minn din il-persuna taħt l-Iskema Sir Sid Darek, ninsab infurmata li l-Awtorita’ ma tistax tikkunsidra din it-talba favorevolment peress li l-art li fuqha hu mibni l-post qegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use. Ebda skema ta’ l-Awtorita’ ma tippermetti bejgħ ta’ postijiet li jkunu mibnija fuq art għand il-Gvern b’dan it-titolu.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ma' l-awtorita' tad-djar ta' sinjur mill-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet approvata u qed jinġabru quotations biex isir ix-xogħol meħtieġ.

Kalkara — Kont tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-inkwilini/sidien tal-postijiet tal-blokki tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ġew mitluba biex iħallsu l-kontijiet ta' l-elettriku tal-partijiet komuni, u għaliex kellu jiġi mħallas kollu mill-inkwilini/sidien meta dan l-istess kont kellu jitħallas parti minnu mill-awtorita' tad-djar?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli għad-Dipartiment ta' l-Artijiet.

Każ dwar benefiċċji tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu Lm141.88+Lm30.20 benefiċċji soċjali (tal-mard) meta din suppost tieħu aktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Każ ta' servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhijiex qed tibbenefika mis-servizzi soċjali għaliex mitluba li tipprovdi evidenza tas-separazzjoni personali tagħha, meta hi ma tafx fejn qed joqgħod ir-raġel tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Fgura — Housing inspectors

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta ser imorru l-housing inspectors fil-bini tal-gvern fil-Fgura li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant saret fit-23 ta’ Novembru 2005.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14369 li jien tajt f’Seduta 299, dwar l-istess każ.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' applikant minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Servizz care and repair

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija anzjana u marida tibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-awtorita' ta' djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Minkejja dan l-Awtorita’ ser tieħu passi biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna minn Ħal-Luqa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post tal-gvern ibiddel ma' post ieħor f'Birżebbuga?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment tal-maintenance and construction

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tal-maintenance and construction tal-gvern għamilx spezzjoni biex jara l-kundizzjoni tas-saqaf tal-fond tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar spezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant u l-ħsara ser tissewwa mill-istess Dipartiment fil-futur immedjat.