Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16506 u jgħid meta hu mistenni li jibda u jitlesta x-xgoħol li jidher fil-pjanta li qed tintbagħat separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet il-pjanti u l-istejjem tax-xogħlijiet meħtieġa. Dan ix-xogħol diġa' nħareġ għall-offerti u mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-kondizzjoni ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Manutenzjoni ta' residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tara li s-saqaf tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'kondizzjoni mhux tajba, jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għalkemm ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet xi talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, f’qasir żmien l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair jew minn xi Skema ta’ l-Awtorita’.

Post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li l-problema li għandhom inkwilini ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi solvuta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara biex l-inkonvenjenza li għandu inkwilin ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Appartament tal-gvern — Tromba tat-taraġ

Question

Tista' il-Ministru tara li t-tromba tat-taraġ tal-binja li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi mbajda minħabba li ma tinsabx f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Sussidju fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jikkwalifikax minn sussidju fuq il-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl minħabba li huwa anzjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Awtorita' tad-Djar — Kuntratt

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jsir il-kuntratt li l-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jixtri mill-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel il-verifiki meħtieġa dwar l-assi u r-riċerki li rċeviet reċentement dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif jitlesta dan il-proċess, l-Awtorita' tikkomunika mal-persuna konċernata.

Talba quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet mara separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-problemi strutturali li għandu l-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġu rimedjati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant biex jivverifika l-problemi ndikati.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex tissolva l-problema ta' ilma li dieħel ġewwa fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant biex jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Binja tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'binja tal-gvern quddiem id-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma għandu ebda talba pendenti għat-tiswija tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li, peress li l-fond ma jidhirx li hu wieħed residenzjali, talba għal tiswijiet fih trid issir lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ilhom japplikaw għal post alternattiv għal dawn l-aħħar 30 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Għal dak li jirrigwarda l-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ta' kemm ilha pendenti l-applikazzjoni, ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jirriżulta li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hi assulutament skorretta.

Każ ta' kont tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed jiġiha kont tat-telefon ta' Lm637.18 meta din ilha aktar minn tmien snin bla servizz tat-telefon?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.

Talba quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, taċ-ċittadini mill-Birgu quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet għadu qiegħed jistenna lill-Avukat taċ-ċittadin mill-Birgu jipprovdi d-dokumenti meħtieġa jew jagħmel dikjarazzjoni rigward minn huma l-eredi sabiex ikun jista' jiġi konkluż il-kuntratt tar-rilaxx tal-art.

Każ dwar fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux milqut mil-liġi possession and use? Jekk fin-negattiv, jista' jinxtara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab fuq proprjeta' li ġiet esproprjata bit-titolu ta' pussess u użu u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilin għalissa.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għax mhux provdut bil-komunikazzjoni tad-drenaġġ li mhux imqabbad mal-main? Meta mistenni jitqabbad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-fatt Blokk A4 fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant għadu ma nbeniex. Jekk l-Onor. Interpellant ried jirreferi għal xi wieħed mill-blokki mibnija, ninsab infurmata li blokki A6, A7 u A10 huma mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ. Blokki A5, A8, A9 u A11 ma jistgħux jitqabbdu kollha għax għad irid jiġi estiż il-main tad-drenaġġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.

Dipartiment tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ mad-dipartiment tad-djar ta' sinjura minn Wied il-Għajn li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija separata b'żewġt itfal u li tgħix b'relief ta' Lm160 fix-xahar li minnhom trid toħroġ Lm80 fix-xahar għal kera ta' appartament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.