Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għax-xogħol fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant ingħatat u x-xogħol kien mistenni jibda f’dawn il-ġranet. Iżda l-kuntrattur għamel talba għal varjazzjoni u xogħol ma jistax jinbeda qabel tiġi kkunsidrata u deċiża din it-talba.
Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex is-saqaf tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jispezzjona l-fond indikat u jiġi stabbilit ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara li l-fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu s-saqaf tal-kamra tas-sodda mhux f'kondizzjoni tajjeb, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar qatt irċeviet xi applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tal-każ u fi żmien qasir mistennija tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk jistax jiġi kkunsidrat taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' inkwilin ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġi nstallat lift fil-parti komuni tal-blokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi l-permess meħtieġ mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi stallat lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tara li l-awtorita' tad-djar tieħu l-passi neċessarji biex il-persuna separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li tgħix f'post ikkundannat tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fit-18 ta’ Awissu 2005, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet applikazzjoni taħt Skema 5 ta’ l-Awtorita’ tad-Djar dwar sussidju għal-xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’dar privata okkupata mill-inkwilin. Wara li l-Awtorita’ approvat is-somma ta’ Lm3,500 taħt din l-iskema, l-applikant rtira l-applikazzjoni.
Jekk din il-persuna għadha nteressata li tagħmel ix-xogħlijiet tista’ titlob lill-Awtorita’ bil-miktub biex tirriattiva l-applikazzjoni oriġinali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx bord għar-re-numbering? Min huma l-membri tal-bord? X'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħol re-numbering? X'sistema tintuża vis-a-vis numri fuq il-bibien meta jinbena post f'zona diġa' mibnija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li r-re-numbering jitwettaq mid-Door Numbering Unit fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet u dan ix-xogħol isir b’konsultazzjoni ma’ l-Uffiċju Elettorali.
Hemm policy stabbilita b’kollaborazzjoni ma’ l-Uffiċju Elettorali li fuqha jsir ir-re-numbering. Meta jinbena post f’żona diġa’ mibnija u n-numri l-oħra eżistenti taż-żona ma jkunx jeħtieġ li jsir re-numbering fuqhom, allura tingħata ittra jew ittri ta’ l-alfabett wara n-numru li jmiss mal-binja l-ġdida. F’każ li jkun hemm bżonn isir re-numbering tat-triq kollha minħabba nuqqasijiet fin-numri l-oħra, allura jsir dan ir-re-numbering.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-Isla u fil-Birgu nħass li għandu jsir re-numbering fuq il-bibien eżistenti bil-konsegwenza ta' ħafna inkonvenjenti għar-residenti, speċjalment l-anzjani u persuni li jgħixu bir-relief?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi minn spezzjonijiet li saru mill-ħaddiema tad-Door Numbering Unit, irriżulta li numru ta’ toroq fl-Isla u l-Birgu kien jeħtieġ li jsir re-numbering fihom minħabba li n-numri tal-bibien ma kienux isegwu b’mod konsekuttiv kif suppost.
Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jsir ir-refurbishment tal-parti komuni/tromba tat-taraġ tal-binja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt id-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u verifikat ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtorita' tad-djar mistennija tieħu l-passi neċessarji biex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika minn servizz ta' l-istess awtorita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar li ser tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet u meta mistenni jsir il-kuntratt tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kif l-Uffiċċju Konġunt ikollu l-informazzjoni kollha mitluba mingħand l-applikant, id-Dipartiment ikun jista' jipproċedi bil-kuntratt ta' fidi taċ-ċens gravanti l-proprjeta' konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-joint office jew le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Gvern għandu d-dirett dominju temporanju tal-fond bin-numri 24, 25, 26, Triq San Mikiel, Żurrieq, liema dirett dominju huwa amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-post tal-joint office li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab fi stat perikoluż, jiġi rranġat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt ma rċieva ebda talba mill-kerrej sabiex jissewwa l-fond in kwistjoni. Madanakollu l-Uffiċċju Konġunt se jirreferi l-każ lid-Dipartiment risponsabbli minn dawn it-tiswijiet.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mit-talba li għamlet persuna anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar infurmat bil-miktub lill-persuna konċernata li ser tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistennija toħroġ visa lil persuna Sirjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex iżżur pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm ebda xi talba pendenti għall-visa mal-Pulizija mill-persuna kif indikata mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar spezzjonat ir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u ġie deċiż li din il-persuna tista’ tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16142 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-inkwilini/sidien tal-postijiet tal-blokki tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ġew mitluba biex iħallsu l-kontijiet ta' l-elettriku tal-partijiet komuni, u għaliex kellu jiġi mħallas kollu mill-inkwilini/sidien meta dan l-istess kont kellu jitħallas parti minnu mill-awtorita' tad-djar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma tamministra l-ebda proprjeta' fl-indirizz indikat ġewwa l-Kalkara, għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jikkwalifikax minn sussidju fuq il-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl minħabba li huwa anzjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'binja tal-gvern quddiem id-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat li l-każ qed jiġi nvestigat u risposta tingħata f’xi seduta oħra.