Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar dwar it-talba tagħha permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Jannar 2006.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali rigward l-inkwilini li jgħixu fi Triq il-Kurċifiss, l-Isla, fejn waqa' is-saqaf tat-tromba tat-taraġ ftit ta' żmien ilu? Fejn ġew akkomodati? Fuq bażi temporanja jew permanenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li familja ġiet allokata appartament ieħor permanenti filwaqt li l-persuna l-oħra qed tgħix ma’ bintha.
Talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' single parentli detttalji dwarha qed jintbagħtu separatment, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond l-applikazzjoni pendenti li għandha mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma toqgħodx fl-indirizz indikat minnu u għalhekk għandu jagħtiha parir tavviċina, malajr kemm jista jkun, lit-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment biex temenda l-applikazzjoni tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet kors ta' warden, l-awtoritajiet għadhom ma ffirmawx biex ikollha liċenzja biex taħdem bħala warden?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi permezz ta' ittra mibgħuta mill-Kummissarju tal-Pulizija nhar l-14 ta' Diċembru 2004, il-persuna imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet infurmata li t-talba tagħha ma setgħetx tkun milqugħa minħabba li ma kelliex il-kwalifiki meħtieġa skond ir-Regolamenti.
Dipartiment tas-saħħa — Ħmieġ u ġrieden madwar is-sur
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa rigward ħmieġ u ġrieden fiz-zona u madwar is-sur fit-triq li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li tali lment qatt ma ġie rrapurtat lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Uffiċjali ta’ dan id-Dipartiment spezzjonaw it-triq indikata separatament u rriżulta li hemm ammont żgħir ta’ skart li dwaru nħareġ avviż uffiċjali lill-Kummissarju ta’ l-Artijiet biex jitneħħa.
Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat verbalment biex jinqata’ l-ħaxix ħażin fl-istess lokal. Waqt li l-ħaddiema tal-‘Pest Control’ ta’ dan id-dipartiment għamlu trattament intensiv fit-triq ikkonċernata fit-3 ta’ Marzu 2006, trattament addizjonali jsir kif ikun hemm bżonn.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna marida u separata li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix f'post mhux adattat għall-ġurnata tal-lum qatt ma ġie pprovdut b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru t-toroq ta' ħdejn, quddiem u madwar il-kunvent tal-patrijiet tal-Kapuċċini (iż-żona ta' Triq Santa Liberata) il-Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitneħħa s-sussidju fuq għajnuna fuq zoni żvantaġġjati flimkien ma' qmuh, ċereali u mgħalef ieħor u fuq ir-raba' mistrieħ, frott u ħxejjex, tadam għall-ipproċessar, patata, ħitan tas-sejjieħ ta' ilqugħ u dwieli għall-bdiewa u part-timers?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena 2006 fuq zoni żvantaġġjati flimkien ma' qmuħ, ċereali u mgħalef ieħor, u fuq ir-raba' mistrieħ, frott u ħxejjex, tadam għall-ipproċessar, patata, ħitan tas-sejjieħ ta' ilqugħ u ta’ dwieli għall-bdiewa u part-timers infetħu nhar l-Erbgħa, 1 ta' Marzu 2006. F’dan l-isfond ma nistax nifhem l-iskop ta’ din il-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Triq il-Kaħwiela u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar jingħataw it-tarmac peress li dawn iż-żewġ toroq abitabbli qatt ma ġew asfaltati u jinsabu f'kundizzjoni ħażina ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jipprepara program ta' xogħlijiet ta' toroq li jridu jsiru. Dawn it-toroq jinbnew skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-program.
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, rigward saqaf mhux f'kondizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex saqaf ta' tromba ta' taraġ li jinsab perikoluż u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' inkwilin ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex tibdel ma' post ieħor tal-gvern minħabba raġunijiet ta' saħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq l-istatwa ta' San Lawrenz, il-Birgu? Meta beda dan ix-xogħol u meta mistenni jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li minn studji li qegħdin isiru fuq l-istatwa u l-pedestal tagħha, hemm indikazzjoni li qiegħda ssir ħsara minħabba ċaqliq fl-istruttura nnifisha tal-pedestal. Għaldaqstant, l-istatwa u l-pedestal qegħdin jiġu mnaddfa minn passati ta’ żebgħa biex terġa’ tinkixef l-iskultura fina ta’ din il-kompożizzjoni sabiex isir moniteraġġ taċ-ċaqliq, u għalhekk din l-istatwa tiġi msewwija bl-inqas intervent possibbli ħalli tiġi mħarsa l-integrita oriġinali ta’ din l-istruttura. Dan ix-xogħol inbeda f’April 2005 u peress li ġie mwaqqaf diversi drabi minħabba ċirkostanzi mhux normali hu mistenni li jitlesta' fi żmien xahrejn.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar jagħmel spezzjoni ta' fond li dettaljji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba li l-inkwilini qed jgħidu li s-soqfa mhumiex f'kundizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandhiex post fejn toqgħod qed jiġi mċaħħad mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli jiftah file fl-istess dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet jew għandha xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lanqas darba f'bosta snin ma approva akkomodazzjoni alternattiva lil single parent b'żewġt itfal minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' upgrading fil-parti komuni ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.
Tista' il-Ministru tara li saqaf ta' dar tal-gvern fil-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'kundizzjoni mhux tajba jiġi rranġat? F'dan il-fond jgħixu koppja anzjana.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk iċ-ċens temporanju fuq art li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jistax jinfeda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li s-sit indikat m'huwiex sit ta' residenza, iċ-ċens temporanju ma jistax jinfeda. Imma ċ-ċenswalist jista' jagħmel applikazzjoni lid-Dipartiment għat-Tmexxija ta' Proprjeta' sabiex jixtri ċ-ċens rimanenti u d-Dirett Dominju ta' wara, minn sejħa għall-offerti.