Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku u l-istudji li saru fuq l-istatwa u l-pedestal ta' San Lawrenz fil-Birgu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nota teknika flimkien mad-disinji li saru fuq l-istatwa u l-pedestal ta’ San Lawrenz, fil-Birgu. Dawn saru mit-Taqsima tar-Restawr fid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni.
Tista' il-Ministru tara li koppja anzjana mill-Birgu li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefikaw mis-servizz tal-care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tara li persuna marida u bla xogħol li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz tal-care & repair ta' l-awtorita' tad-djar, biex tiniddel il-kamra tal-banju tal-fond tal-gvern li jinsab f'Ħaż-Żabbar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu l-ministeru tagħha rigward każ ta' mara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Sta Venera li tkeċċiet bil-qorti mill-fond tagħha u qed tiġi mċaħħda milli tapplika għall-post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata ma ġietx aċċettata għax ma kelliex ir-rekwiżiti meħtieġa stabbiliti mid-Dipartiment sabiex l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tiġi milqugħa.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-15 ta’ Marzu 2006, saret spezzjoni mill-Awtorita’ tad-Djar fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li preżentement qed isiru l-pjanti meħtieġa biex tkun tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni lill-MEPA.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba quddiem il-Joint Office biex persuna mill-Gudja li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jifdi ċ-ċens temporanju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċess ta' verifikazzjoni dwar il-proprjeta' in kwistjoni wasal biex jiġi finalizzat biex b'hekk tkun tista' issir pjanta tal-fond bl-iskop li l-proprjeta' tiġi reġistrata. L-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffinalizza l-proċeduri fuq imsemmija li huma neċessarji biex ikun jista' jsir il-kuntratt ta' fidi ta' ċens.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond fil-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut bil-liġi possession & use? Jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex wieħed jixtri dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-appartament in kwistjoni jifforma parti minn blokk li nbena flok bini ieħor li kien waqa' fil-gwerra u li kien ġie esproprjat taħt titolu ta' pussess u użu. Minħabba f'hekk dan l-appartament sa llum ma jistax jinbiegħ.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tat-tiswija u bini ta' postijiet tal-gvern biex tissolva l-problema li għandu l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, il-ġimgħa l-oħra, d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar investiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u fil-ġranet li ġejjin għandha ssir stima tax-xogħlijiet meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara li persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li huwa anzjan u marid, jibbenefika mis-servizz tal-care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fond f'Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex b'requisition order?
Response (BORG, TONIO)
Informazzjoni dwar requisition orders tista' tinkiseb mingħand id-Dipartiment għal Akkomodazzjoni Soċjali. L-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-banek f'pajjiżna qed jiġu mitluba biex jiċċekkjaw u jibblokkaw ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta' ammonti ta' iktar minn Lm5,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni joħroġ bit-tender il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li hu vojt? Dan mistenni jkun bil-kera jew għall-bejgħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-fond mhux qiegħed jintuża, dan huwa mikri. Infurmat ukoll illi l-kirja mhux ser tiġi imġedda wara l-iskadenza li jmiss, jiġifieri wara t-30 ta' Ġunju 2006. Malli it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern totjeni pussess tal-fond, ikunu jistgħu jiġu ippublikati l-offerti għall-kiri tal-fond mill-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta talbet Lm250 lill-konsumatur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex tħallas dan il-kont meta hi qed tallega li ma kelliex tħallas dak l-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession and use? Fejn huma? X'inhi l-prattika tal-gvern biex dawn il-postijiet jiġu ħielsa u jkunu jistgħu jinxtraw mill-inkwilini tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Biex jiġi stabbilit kemm hemm proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it-titolu ta' 'pussess u użu', irid isir eżerċizzju kumplessiv li jinvolvi ħafna riżorsi u li jieħu ħafna żmien. Għaldaqstant minħabba xogħol aktar urġenti li għandha t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, ma nħossx li dan l-eżerċizzju għandu jsir.
In-numru ta' kirjiet li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qiegħda tħallas għall-proprjeta' li qiegħda għand il-Gvern b'titolu ta' 'pussess u użu' u 'dominju pubbliku' huwa ta' 2,702. Il-lista hawn annessa tindika fejn huma dawn il-lokalitajiet.
Sabiex l-inkwilini li jikru flats jew djar li jinsabu fuq il-proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it-titolu ta' 'pussess u użu' jew ta' 'dominju pubbliku' jkunu jistgħu jixtru ir-residenzi tagħhom, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern trid tixtri il-kumpens li jitħallas għal pussess u użu/dominju pubbliku, skond l-Emenda tal-Kapitolu 88 tal-Ordinanza dwar Akkwist ta' l-Artijiet għal skopijiet pubbliċi li saret permezz ta' Att XI ta' sena 2002 li ġie fis-seħħ fil-5 ta' Marzu 2003.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għat-tiswija tal-bini tal-gvern jagħmel upgrading tal-parti komuni u tal-faċċata għaliex hemm fili mikxufin u l-opramorta mhux fi stat tajjeb, ta' binja tal-gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tibjid tat-tromba tat-taraġ fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ġie approvat u x-xogħol mistenni jsir aktar tard din is-sena.
Rigward it-tikħil tal-faċċati, ninsab infurmata li dan kien sar l-aħħar fl-2000 u għalhekk id-Dipartiment konċernat ser jispezzjona l-post biex jivverifika l-ilment.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru t-toroq ta' ħdejn, quddiem u madwar il-kunvent tal-patrijiet tal-Kapuċċini (iż-żona ta' Triq Santa Liberata) il-Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta’ xogħlijiet ta’ toroq li jridu jsiru.. Dawn it-toroq jinbnew skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-program.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-fond kummerċjali tal-gvern qed jinbiegħ b'dak il-prezz meta ftit ta' żmien ilu fond ħdejn l-istess post inbiegħ bi prezz ferm orħos? Dettalji qed jintbagħtu separatament.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-kumpless indikat ma jirriżultax illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qatt biegħet xi fondi kummerċjali. Għalkemm kien hemm żewġ inkwilini li kienu talbu biex jixtru l-fondi kummerċjali mikri lilhom, dawn iż-żewġ inkwilini ma komplewx bit-talba tagħhom.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ibiddel il-post ta' fejn jgħix ma' post ieħor? Meta mistennija ssir l-ispezzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fit-22 ta' Frar 2006 u qed tiġi proċessata.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' single parent li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tibbenifika minn post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.