Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li mill-2005 sa' llum ma nkriet l-ebda propjeta f'Malta mis-settur privat lill-Ministeru jew xi ente li taqa' taħtu.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-2005 sal-lum, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent la xtara u lanqas ħa b’ċens proprjetà mis-settur privat.
Mill-2005 sal-lum l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma daħlet fl-ebda arranġament għall-xiri, kiri jew ċens ta' propjetà mis-settur privat.
Ninsab ukoll infurmat li mill-2005 sal-lum il-kumpanija Wasteserv Malta Ltd kriet propjetà f’Għawdex biex tintuża bħala uffiċċju mill-impjegati ta’ l-istess kumpanija. Id-data ta’ meta bdiet il-kirja hija l-1 ta’ Awissu 2005, bit-titolu ta’ kirja. Is-sejħa għall-offerti ħarġet fit-28 ta’ Mejju 2004 bit-titolu ta’ ‘Leasing of premises in Gozo to be used as offices by WasteServ Malta Ltd’.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummercjali u ghaldaqstant ma nħossx li l-Ministeru ghandu jxandar dawn id-dettalji.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ebda ente fil-Ministeru ma xtraw/krew/ħadu b'ċens propjeta' mingħand il-privat mill-2005 sal-lum.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtha mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-risposta għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Nterpellant hija fin-negattiv.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li l-awtoritajiet tat-toroq isolvu l-problema ta' ilma li jżomm meta tagħmel ix-xita fi Triq is-Santwarju, Żabbar, ħdejn il-Crazy Horse Bar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ dwar it-Trasport għada kemm lestiet storm water culvert fi Triq il-Qalb Imqaddsa minn Triq l-Iskola sa Triq is-Santwarju. Dawn ix-xogħlijiet saru biex taffew ħafna l-problema ta’ l-għargħar f’din iż-żona.
Ta’ min jgħid li dawn it-toroq huma kollha responsabbilita’ tal-Kunsill Lokali ta’ Żabbar u meta dawn ġew resurfaced mill-istess Kunsill ma sar l-ebda xogħol biex din il-problema ta’ l-ilma tittaffa.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għat-tiswija ta' bini tal-gvern jagħmel upgrading tal-parti komuni tal-faċċata wkoll għaliex hemm fili mikxufin u l-opramorta mhux fi stat tajjeb ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jispezzjona l-bini ndikat u jivverifika x-xogħol meħtieġ.
Jista' il-Ministru jgħid x'mistenni jsir minflok ix-Schreiber f'Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett propost ser jinkorpora użu residenzjali, kummerċjali, faċilitajiet sportivi, bus interchange station u ċentru tas-saħħa ġdid. Il-grawnd tal-futbol, il-ġnien pubbliku u l-klabb tal-boċċi ser jerġgħu jinbnew.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta talbet Lm250 lill-konsumatur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex tħallas dan il-kont meta hi qed tallega li ma kelliex tħallas dak l-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-ammont dovut fuq allegat każ ta' serq ta' elettriku fis-sena 2002.
Jekk il-persuna għandha xi problema fuq dan l-ammont ikun aħjar tikkuntatja lil Enemalta biex tiddiskuti l-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjana minn Bormla u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, armla u li għandha żewġt itfal xebbiet jgħixu magħha qed jiġu mċaħħda u diskriminati milli japplikaw għal post alternattiv quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? X'rimedju qed joffri l-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali altru li mhux jiddiskrimina kontra jew jiċħad lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant milli tapplika. Tant hu hekk, li d-Dipartiment ipprova diversi drabi jikkuntattja lil din il-persuna dwar il-każ, iżda b'riżultat negattiv.
Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil din il-persuna biex tavviċina t-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment.
Tista' il-Ministru tgħid x'rimedju qed joffri d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal mara separata b'żewġt itfal li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Birżebbuga li għandha 235 points u tgħix f'garage b'daqs ta' karozza waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara li l-Awtorita' tad-Djar tieħu l-passi neċessarji biex mara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief f'post substandard tibbenifika mis-servizz tal-care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn tal-Ħawli, Birgu tibbenefika minn servizz tal-care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' ħadet nota tad-dettalji provduti u ser tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk hux il-każ li din il-persuna tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' għandha mara separata b'tifel li tgħix f'kamra tas-sodda waħda u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tieħu post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiġi mċaħħad visa biex jidħol f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant kien diġa' tkeċċa minn Malta wara li nstab li kien qiegħed hawn illegalment. Barra minn hekk ma jirriżultax li din it-talba għall visa hija bona fede.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Post alternattiv
Question
Tista' il-Ministru tgħid għaliex familja ta' ħamsa miż-Żurrieq li għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għal post alternattiv u apparti li d-dipartiment diġa' informahom illi l-applikazzjoni tagħhom qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili, x'rimedju qed joffri l-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dan l-istadju l-Ministeru ma għandu xejn xi jżid ma’ dak li ġie komunikat lill-applikanti mid-Dipartiment, kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mċaħħda milli tħallas il-kera, wara li din għamlet xi żmien imsiefra fuq mard ma' żewġha li issa miet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet mhux qiegħed jaċċetta l-kera tal-fond in kwistjoni fuq direttiva tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.