Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mhux qed jieħu azzjoni biex single parent b'208 points u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika minn post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17505 li jien tajt f’Seduta 362, dwar l-istess persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Kottonera — Post Alternattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ibiddel ma' post ieħor fil-Kottonera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana minn Bormla u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika mis-servizz tal-care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tagħmel kamra tal-banju ġdida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant m’għandha ebda applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u fi żmien qasir se tispezzjona l-post biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Miniistru tara li jittieħdu l-passi biex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jaċċetta l-applikazzjoni ta' persuna minn Bormla li hi homeless u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Nagħti parir lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata għand it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-imsemmi Dipartiment.

Radju Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-binja fejn qabel kien hemm Radju Malta? Hemm ħsieb ta' xi żvilupp? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' żvilupp mistenni jkun hemm? Din il-binja se tinbigħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-PBS qed tistudja l-possibilitajiet kollha biex tagħmel l-aħjar użu mill-binja fejn qabel kien hemm Radju Malta.

MEPA — Ftuh ta' zoo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet il-MEPA saritx applikazzjoni biex jinfetaħ zoo? Fil-preżent hemm applikazzjoni biex isir zoo? Il-gvern għandu l-ħsieb li jinkoraġġixxi investituri biex jiftħu zoo?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li qatt ma kien hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinfetaħ zoo, u lanqas hemm applikazzjoni biex isir zoo.

Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin l-Universita' ta' Malta, l-MCAST u l-ITS? Minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti barranin li jattendu l-MCAST huwa ta' 22 u dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi :- Amerika, Awstralja,Belġju, Renju Unit, Eġittu. Iran, Litwanja, Serbja u Turkija. Informat ukoll li n-numru ta' studenti barranin li jattendu l-ITS huwa ta' 54 u dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi :- Albanija, Lebanon, Marokk, Niġerja, Filippini, Russja, Koreja tas-Sud, Tunisija, Turkija, Ukraina u Jugoslavja. Informat li n-numru ta' studenti barranin li jattendu l-Universita' ta' Malta hu ta' 650. Il-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn l-istudenti huma Albanija, Alġerija, Armenja, Awstralja, Bahamas, Barbados, Barbuda, Belarus, Belġjum, Bosnja u Herżegova, Bulgarija, Burgina Faso, Camerun, Kanada, Kolumbja, Kroazja, Ċipru, Republika Ċeka, Danimarka, Eġittu, Aretreja, Estonja, Etjopja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Indja, Iran, Iraq, Israel, Italja, Ġappun, Ġordan, Kenja, Kuwajt, Latvja, Lebanon, Libja, Litwanja, Maċedonja, Malawi, Mauritius, Messiku, Montenegro, Marokk, Myanmar, Olanda, Niġerja, Norveġja, Pakistan, Palestina, Republika taċ-Ċina, Peru, Fillippini, Polonja, Portugal, Rumanija, Russja, Samoa(US), Serbja, Seychelles, Sierra Leone, Slovakia, St.Kitts-Nevis, Sweden, Svizzera, Svezja, Sirja, Turkija, Uganda, Ukraina, Renju Unit, Stati Uniti, Uzbekistan, Jugoslavia, Zambia.

Għalliema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lecturers, professuri u għalliema oħra barranin fl-Universita' ta' Malta, fl-MCAST u fl-ITS? Minn liema pajjiżi ġejjin u x'jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' professuri u lecturers barranin li jgħallmu l-Universita' ta' Malta hu ta' 6. Dawn ġejjin mill-Italja, Renju Unit, Republika Ċeka u Singapore. Informat ukoll li fl-ITS hemm part-time lecturer waħda Ġermaniża u li hija miżżewġa ċittadin malti. Informat li fl-MCAST hemm 11 għalliema barranin u dawn ġejjin mir-Renju Unit, Serbja, Albanija, Ukraina u Bulgarija.

Magħtab — Barriera

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-blat li tqatta' mill-barriera tas-Swejra kienx qiegħed jew hux jintiżen fuq il-miżien fil-gate tal-Magħtab?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-blat li tqatta’ fil-barriera ta' Żwejra kien intiżen u l-ħlasijiet saru skond l-użin. Il-blat li qed jitqatta’ mill-Għallies ta' Ġewwa qed jiġi kkalkulat fuq bażi ta' kejl li jirriżulta permezz ta' surveys li jittieħdu hekk kif meħtieġ. Biex jiġi assigurat li dan il-materjal ma jintremiex, jittieħed l-użin fis-sit fejn jiġi storjat jekk il-kumpanija WasteServ Malta Ltd ikollha aċċess għall-apparat meħtieġ. Materjal li hu dirett għal siti fejn m'hemmx apparat għal użin il-materjal jintiżen fil-gate tal-Magħtab Environmental Complex.

Impjant ta' Sant'Antnin/Tas-Swejra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inġenji li qed jaħdmu fl-impjant ta' Sant'Antnin u tas-Swejra li huma tal-privat? Min hu s-sid ta' dawn l-inġenji? B'liema proċedura ddaħħlu dawn l-inġenji għall-użu f'Sant'Antnin u f'Tas-Swejra? Kien hemm sejħa għall-offerti? Min applika? Kemm kienu l-prezzijiet sottomessi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ta’ min iżid li l-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija m’għandhiex tingħata peress li hija ta’ natura kummerċjali.

OPM — Xiri u Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2005 sal-lum il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi krew propjeta’ mis-settur privat, liema proprjeta’ mis-settur privat, liema proprjeta’ tinsab f’46, Triq l-Arċisqof, Valletta. Il-proprjeta’ inkriet mill-1 ta’ Settembru 2005 mingħand is-Sur Dennis Borg ta’ 188A, Strait Street, Valletta. Dan sar wara li l-Kummissjoni ħarġet avviż f’gażżetta lokali. Din il-proprjeta’ inkriet minnflok kirja oħra li kellha l-Kummissjoni għaliex ma kienx hemm aċċess għal persuni b’diżabilita’. Kopja tal-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tad-dekasteru tal-Finanzi, t-tweġiba hija fin-negattiv.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-ewwel xhur ta' l-2006 ma sar l-ebda akkwist mill-Ministeru jew enti oħra li jaqgħu taħtu.

Riżorsi u Infrastruttura — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi mill-2005 sa llum, ma kien hemm ebda proprjeta’ li nxtrat, inkriet jew ġiet meħuda b’ċens mis-settur privat, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-awtoritajiet u l-enti li jaqgħu taħtu.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-2005 sal-lum, id-Diviżjoni tas-Saħħa kriet żewġt propjetajiet mis-Settur Privat. 1. Intalbu quotations għall-kiri ta' stores li kellhom jintużaw sabiex jintrefgħu records tad-Diviżjoni. Is-Sur Tancred Borġ tefa' l-irħas offerta u sar agreement miegħu għall-kirja ta' erba' snin għal żewġ garages/stores f'G'Mangia. Kopja ta' dan l-agreement qed inpoġġieħ fuq il-Mejda tal-Kamra. 2. Wara li nħarġet tender, inkrew ukoll għal erba' snin uffiċini u garage fl-Msida għad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa. Il-bini li dan id-dipartiment kien fih kien dikjarat perikoluż. Il-kuntratt sar mad-ditta F.X.B. Holdings Ltd. Kopja ta' dan il-kuntratt qed inpoġġieħ fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtha mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-bidu ta' l-2005 sal-lum kien hemm każ wieħed fejn ġiet akkwistata proprjeta' mis-settur privat minn awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Dan il-bini, li jikkonsisti fi tlett appartamenti u tlett garages, ġie akkwistat b'titolu ta' kera mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarisen Soċjali f'Lulju 2005 biex jipprovdi aktar spazju għall-Head Office tal-Fondazzjoni u jiġu estiżi s-servizzi fil-komunita', is-servizzi għall-familja u s-servizzi psikoloġiċi ta' l-Aġenzija Sedqa. Ninsab infurmata wkoll li peress li dan kien l-uniku bini vojt biswit is-sede tal-Fondazzjoni u l-Head Office tal-Aġenzija Sedqa, ma kienx il-każ li ssir sejħa għal offerti, iżda nkera wara Riżoluzzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt dwar din il-kirja.

Żvilupp Urban u Toroq — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħarġet sejħa għall-offerti u għamlet lease agreement fuq propjeta’ għall-użu ta’ uffiċini minn għand UCIM Holding Co Ltd fis-16 ta’ Mejju, 2005. Il-Ministeru/Dipartiment ukoll kera post għall-użu ta’ uffiċini għall-impjegati tiegħu li kienu qed jokkupaw dipartiment ieħor u għalhekk kien hemm problema ta’ spazju. Il-post li ntagħżel kien parti mit-Transcontinental Properties. Ma nħarġet l-ebda sejħa għall-offerti imma kien hemm tlett rakkomandazzjonijiet min-naħa ta’ l-uffiċju tal-Prim Ministru u ntagħżel wieħed minnhom. Ma narax raġuni għalfejn kopja tal-kuntratti għandhom jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #18306 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mill-2005 sal-lum, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma xtraw, krew jew ħadu b'ċens l-ebda proprjetà mis-settur privat.

Bank Ċentrali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-banek f'pajjiżna qed jiġu mitluba biex jiċċekkjaw u jibblokkaw ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta' ammonti ta' iktar minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi m’għandu ebda tagħrif dwar talba sabiex il-banek f’pajjiżna jibblokkaw ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta’ ammonti ta’ iktar minn Lm5,000. Dwar li l-banek jiċċekkjaw ċekkijiet ta’ ammonti ta’ aktar minn Lm5,000, dan huwa obbligu li jimponu r-Regolamenti kontra Money Laundering u Finanzjar ta’ Terroriżmu.

Ġustizzja u Intern — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li tul is-sena li għaddiet inkera garaxx għal raġunijiet ta' sigurta' mid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja għall-perijodu ta' sena bil-kera ta' tlett mija u sittin lira (Lm360) u ma kienx hemm ebda dipartiment ieħor li xtara, kera jew ħa b'titolu ta' ċens mis-settur privat xi proprjeta'.