Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta’ applikanti li b’digriet tal-qorti tkeċċew mill-fond li kienu ilhom jgħixu għal aktar minn erbgħin sena quddiem id-dipartiment ta’ l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, d-dettalji ta' l-applikanti li rrefera għalihom biex inkun nista ninvestiga.

Misraħ ir-Rebħa — Il-Birgu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jsir l-arloġġ li kien hemm f’Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu? Jekk iva, meta mistenni li jibda x-xogħol? Kemm se jiġi jiswa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li diġa' ġiet sottomessa Outline Application lill-MEPA (PA 838/05) li tinkludi l-bini tat-torri ta' l-arloġġ u t-tisbiħ ta' Misraħ ir-Rebħa. Jekk tiġi approvata din l-applikazzjoni, tiġi sottomessa Full Development Application lill- MEPA wara li jsiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali .

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi ċwievet lid-dipartiment ta’ l-akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2000 sas-sena 2006, sena b’sena, ta’ inkwilini li kienu jgħixu f’postijiet tal-gvern u postijiet rekwiżizzjonati? F’liema lokalita’?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni boarded out

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out u temmew l-impjieg tagħhom mal-gvern persuni minħabba dawn il-fatturi, l-eta’, riżenji u tkeċċijiet mis-sena 2000 sal-lum, sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjegati tal-Gvern

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid għaliex l-impjegati mal-gvern fuq kuntratt definit m’għandhomx dritt għal reduced hours u għal unpaid leave kif għandhom dawk l-impjegati a bażi ta’ kuntratt indefinit? Għandu l-ħsieb jikkonsidra din il-pożizzjoni in vista tal-fatt illi din is-sitwazzjoni qiegħda tkun diskriminatorja speċjalment fil-każ ta’ nisa li għandhom it-tfal u ma jistgħux jaħdmu full-time? X’jiġri jekk mara impjegata fuq bażi ta’ kuntratt definit mal-gvern tkun tqila u jkollha bżonn iżjed mit-tlettax jew erbatax-il ġimgħa maternity leave? Jekk din titlifx il-job tagħha jew jekk tkunx intitolata illi terġa’ lura għax-xogħol allavolja tkun ħadet iżjed minn 14-il ġimgħa maternity leave.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi meta kuntratt ikun definit, dan ma jkunx għall perjodu fit-tul, filwaqt li il-benefiċċji, tar-reduced hours u ta’ l-unpaid leave fit-tul jingħataw għal perjodi relattivament twal ta’ żmien. Għaldaqstant dawn il-benefiċċji ma jingħatawx lil min ikun fuq kuntratt definit. Il-policy tar-reduced hours u tal-unpaid leave fit-tul tapplika għall dawk l-uffiċjali pubbliċi li għandhom grad sostantiv. Uffiċċjali pubbliċi li jkunu b’kuntratt definit iżda jkollhom grad sostantiv, jistgħu jinħallu mill-kuntratt tagħhom sabiex jieħdu dawn il-benefiċċji. Fil-kaz ta’ dawk li m’għandhomx grad sostantiv, il-Kap tad-Dipartiment jista’, fid-dekasteru tiegħu, jissospendi l-kuntratt definit tagħhom u jħalli lil dawn l-impjegati jieħdu l-unpaid leave, jew jagħmillhom kuntratt ieħor ġdid b’inqas sigħat.

Joint Office

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament hux tal-joint office, jekk hux rekwiżizzjonat.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li irċieva sa issa l-Uffiċċju Konġunt mingħand l-Entitajiet Ekklesjastiċi, jirriżulta li l-fond in kwistjoni mhux amministrat minn dan id-Dipartiment. Informazzjoni dwar "requisition orders" tista' tinkiseb mingħand id-Dipartiment għal Akkomodazzjoni Soċjali. L-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Triq il-Kapuċċini — Ħaż-Żabbar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew saritx talba quddiem l-ADT biex isiru sleeping policemen fi Triq il-Kapuċċini Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għal Immaniġjar tat-Traffiku ma nstabet ebda talba għal road hump fi Triq il-Kapuċċini Ħaż Żabbar.

Triq il-Kapuċċini Ħaż-Żabbar — Arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jinbidel l-arblu tad-dawl li jinsab fi Triq il-Kapuċċini Ħaż-Żabbar, u li jinsab f’kundizzjoni ħażina u ta’ periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret fi Triq il-Kapuċċini Ħaż-Żabbar, ma jirriżultax li hemm xi arblu li jinsab fi stat perikoluż.

Uffiċċju Konġunt — Xiri ta' fond tal-Gvern

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistennija l-inkwilini tal-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jixtru l-fond tagħhom peress li qed jingħad li ma jistgħux jinxtraw minħabba li l-art għadha proprjeta’ ta’ l-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet minn inkwilini ta' fondi li inbnew fuq art li għadha amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u li l-kera tagħhom titħallas fid-Dipartiment tal-Artijiet ser jiġu pproċessati taħt il-linji ta' gwida għal bejgħ ta' fondi użati għal residenza u amministrati mill-istess Uffiċċju Konġunt.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

B'rifereza għall-ittra tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward l-ordni tar-rekwiżizzjoni biex tiġi irtirata, tista' il-Ministru tgħid fuq liema punti d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se joħroġ id-derequistion meta l-inkwilin stess qal lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali meta ġie mitlub jagħżel li jixtieq li l-post tiegħu jibqa' rekwiżizzjonat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata ma ressqitx raġunijiet validi lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għaliex l-Ordni ta’ Rekwiżizzjoni għandha tibqa’ fis-seħħ.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li mara anzjana minn Bormla li tgħix f'post bi problemi strutturali tibbenefika mis-servizz tal- care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant m’għandha ebda applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u fi żmien qasir se tispezzjona l-post biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna b'diżabilita' minn Birkirkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz tal-care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-2002 il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema 7 biex tistalla kamra tal-banju adattata għall-persuni b’diżabilita’. Meta fis-sena ta’ wara l-Awtorita’ bagħtet ittra lil din il-persuna biex tiffirma l-ftehim biex ikun jista’ jibda x-xogħol, din il-persuna talbet li l-każ tagħha jingħalaq.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' missier li jgħix Ħal Balzan ma' ibnu u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Bini ta' Triq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir triq fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandiex il-ħsieb tagħmel toroq fiż-żona indikata li ma jidhrux f'xi skema approvata mill-MEPA.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-file ta' single parent mix-Xgħajra u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li tgħix mal-ġenituri tagħha b'żewġ itfal fi tlett ikmamar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-futur hemmx il-ħsieb li fiż-żona indikata separatament isir studju fuq l-impatt ta' traffiku minħabba li regolarment qed ikun hemm inċidenti ta' traffiku minħabba diżorganizzazzjoni ta' sewqan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żabbar sabiex il-junction bejn Triq is-Santwarju u Triq Wied il-Għajn tiġi studjata. Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Traffic Management Unit irriżulta li f'din il-junction hemm bżonn ta' tiġdied fuq il-linji ta' l-art u s-sinjali tat-traffiku. It-Traffic Management Unit ser jikkuntatja lil Kunsill Lokali sabiex tittiehed l-azzjoni meħtieġa.

Isal — Ħsarat ġo fond

Question

Tista' il-Ministru tara li l-problema ta' inkwilin ta' post tal-gvern fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi solvuta minħabba li qed jiġu kkawżati ħsarat f'dan l-istess fond?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.