Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġie mċaħħad minn xi flus tar-relief li hu ntitolat għalihom, jingħatawlu lura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Irrid niċċara li din il-persuna ma ġietx imċaħħda mill-Għajnuna Soċjali li kellha dritt għaliha. Id-dewmien fil-ħlas ta' din l-Għajnuna kien dovut għax din il-persuna ma kienetx qed tirreġistra għax-xogħol. Issa li ngħatat il-prijiorita' fir-reġistrazzjoni, d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali diġa' ħallas l-ammont dovut b'lura.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Triq imsemmija giet inkluza fil-programm ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed iħejji programm għal bini ta’ Toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
It-Triq imsemmija mill-onorevoli interpellant giet inkluza fil-program ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed ihejji program ghal bini ta’ Toroq godda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirrizultaw
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li t-triq imsemmija hija responsabilta tal-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar u ghaldaqstant il-Kunsill Lokali ghandu jipproponi lill-Awtorita' dwar it-Trasport jekk hemmx bzonn li jssir xi tibdil jew le.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta ta' fejn mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta? Kemm hi kbira l-area fejn hu mistenni li jsir dan il-proġett? Kemm hemm fabbriki/bini fuq is-sit fejn din ser tiġi żviluppata? Kemm ġiet stmata ż-żona kollha fejn mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta? Min huma s-sidien ta' din is-sit, min kien l-espert/il-perit biex ħareġ il-valur tas-sit? Meta mistenni jibda l-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 19489, nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 18845. F'dan l-istadju m'għandix iktar x'inżid pero' iżjed informazzjoni tingħata meta ssir id-diskussjoni li rriferejt għaliha f'dik ir-risposta.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrekjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkustanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-"fixed -term" (ara risposta PQ 19741), ma jinħassx li għandha tingħata risposta dettaljata f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkustanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sistwazzjoni tal-"fixed term" (ara risposta PQ 19741) ma jinħassx li għandha tingħata risposta dettaljata f'dan l-istadju.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu mal-gvern abbażi ta' kuntratt definit f'kull dipartiemnt jew sezzjoni tal-gvern; b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin; c) min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern; u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu; xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu; u jekk, kull wieħed u waħda minnhom għandhomx grad sostantiv bħala ħaddiema tal-gvern jew le; d) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrekjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkostanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-‘fixed-term’ (ara risposta PQ 19741) ma jinħassx li għandha tingħata risposta ddettaljata f’dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19609 mill-aktar fis possibbli u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19482, jidher li l-ebda wieħed mit-tlett lecturers responsabbli ma resqu lejn uħud mill-kmamar ta' l-eżami waqt il-ħin ta' l-eżami tal-Psikoloġija nhar it-Tlieta 30 ta' Mejju. Jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tat-tlett lecturers involuti? B'liema mod ġew poġġuti mistoqsijiet li ma kenux koperti fuq il-kotba jew waqt il-lectures, fosthom domanda dwar Ljung u oħra dwar Pule'. Minħabba l-ħin qasir li kien hemm allokat biex jitwieġbu 100 domanda, ma jaħsibx il-Ministru li mhux prattikabbli li jkunu mgħajjta l-lecturers għal kull problema? F'każ li saru l-iżbalji min-naħa tal-lecturers, se jkunu l-istudenti li jġorru l-piż ta' żbalji li m'għamlux huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tlett lecturers kienu disponibbli matul l-eżami. Kien hemm studenta li riedet kjarifika fuq mistoqsija waħda li ngħatat dak il-ħin stess mingħand il-koordinatur ta' l-iStudy Unit. Il-mistoqsijiet kienu kollha koperti fuq il-kotba jew waqt il-lectures, kemm il-mistoqsija fuq Jung u fuq Pule' ġew diskussi matul il-lectures.
Informat ukoll li 100 domanda fis-siegħa u nofs hija il-prassi normali għal dan it-tip ta' eżami (multiple choice).
Meta lecturers jagħmlu żbalji s-soltu jittranġaw għall-ġid ta' kulħadd permess ta' diskussjoni. Il-feedback li ħadet il-Kap tad-Dipartiment, mir-rappreżentanti ta' l-istudenti tal-psikoloġija u oħrajn, huwa li ma kellhom ebda problemi b'dan l-eżami. Il-Kap tad-Dipartiment reġgħet informat li hemm proċedura ċara fl-Universita' għall-istudenti biex jiċċaraw id-diffikultajiet tagħhom u għalhekk għandhom jippreżentawhom lill-koordinatur ta' l-iStudy Unit u l-Kap tad-Dipartiment.
Tista' il-Ministru tgħid meta hu mistenni li joħorġu units ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-bejgħ, għall-kiri, shared ownership u kategoriji oħra? Fejn huma dawn il-units, liema kategorija se jkunu, kemm hemm one bedroom, two bedroom u three bedroom u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f’Settembru ta’ din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar mistennija li toħroġ avviż għall-bejgħ ta’ madwar 146 appartament/maisonette, bi tlett kmamar tas-sodda, bi tnejn u b’waħda, taħt il-kundizzjonijiet ta’ shared ownership.
Il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex ibiegħu proprjeta' lill-Awtorita' tad-Djar sal-lum, f'liema lokalita', fiex tikkonsisti kull binja, kemm hu l-prezz ta' kull binja, min huma s-sidien? Sar xi konvenju? Jekk iva, meta se jsir il-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma sar ebda konvenju għax-xiri ta’ postijiet mill-Awtorita’ tad-Djar taħt l-iskema mħabbra fl-aħħar diskors tal-Budget. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, minbarra l-ismijiet tas-sidien rispettivi li, f’dan l-istadju fejn għadhom qed jiġu eżaminati l-offerti, ma jidhirlix li għandhom ikunu ppublikati.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Awtorita' tad-Djar qed toħroġ għall-bejgħ plots? Jekk iva, f'liema lokalita', min jista' japplika għalihom, b'liema sistema se jinbigħu, u kemm ġew ivvalutati mill-perit ta' l-Awtorita' tad-Djar kull plot? Hemm xi ċens? Għaliex l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li minflok li tibni dawn il-plots tbiegħhom? Hemm xi ħsieb li fil-futur tkompli tbigħ plots tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet għall-bejgħ bl-offerti erba’ plots fl-Għasri, Għawdex. Dawn l-offerti, li jagħlqu fis-7 ta’ Lulju 2006, huma miftuħa għal kulħadd. Il-perit ta’ l-Awtorita’ ivvaluta tlieta minn dawn il-plots għal Lm82,000 kull wieħed u l-plot l-ieħor Lm85,000. Dawn il-plots m’humiex suġġetti għal ebda ċens.
Ninsab infurmata wkoll li peress li din iz-zona hija ristretta għall-bini ta’ żewġ sulari biss, l-Awtorita’ ma ħassitx li jkun vijabbli li tiżviluppa dawn il-plots u għalhekk ħadet id-deċiżjoni li tbiegħhom bl-offerti. Il-flus miġbura ser jintużaw biex jinbnew aktar fondi biex jiġu allokati lill-applikanti fuq il-lista tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li, b’mod ġenerali, l-Awtorita’ m’għandiex ħsieb li tbigħ plots.
Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni ta' post tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tara li l-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li diġa' għandha applikazzjoni quddiem l-awtorita' tad-djar, tiġi megħjuna biex jinstabilha kuntrattur biex jagħmlilha x-xogħol meħtieġ minħabba li qed issibha ferm diffiċli biex issib kuntrattur u jagħmlilha l-irċevuta fiskali tal-VAT, b'konsegwenza li ma tistax tirranġa l-post tal-gvern fejn qed tgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha lista ta' kuntratturi li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tista tagħmel użu minnha. Kopja ta' din il-lista ser tintbgħat mill-Awtorita' lill persuna konċernata biex tagħżel il-kuntrattur li jagħmel ix-xogħol meħtieġ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju u/jew rapport dwar il-ħsejjes kawżati mill-industrija, fejn qed jirriżulta li l-livell ta' ħsejjes ikkawżati mill-impjant Hompesch Steel u li jinsab ftit 'il bogħod mir-residenti, jeċċedi bil-kbir il-livell aċċettabbli mil-linji gwida maħruġa mill-awtorita'? Dan qed joħloq inkonvenjenti oħra kkawżati mill-impjant innifsu lir-residenti, fosthom trabijiet ta' ħadid fl-arja u depożitu ta' skart fl-impjant.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Hompesch Steel qiegħed fil-proċess illi jibdel l-iskrapjard f`żona industrijali. F’dan ir-rigward, sar studju fuq il-livelli ta’ ħsejjes preżenti. Ir-riżultati juru li l-livell ta’ ħoss kien bejn 73.9dBA u 74.7dBA.
Fejn tidħol il-kwistjoni tat-trab tal-ħadid, din għandha tieqaf ladarba l-iskrapjard tinbidel f`żona għall-industriji żgħar.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex is-saqaf ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqax ta' periklu għar-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt id-dettalji tal-post indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga l-ilment u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex ikunu mneħħija b'mod permanenti l-ġrieden u siringi li qed ikunu ta' periklu bejn is-sur ta' Bormla u Blokk 3A, San Ġwann t'Għuxa, Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment qatt ma rċieva lmenti rigward ġrieden bejn is-sur ta' Bormla u Blokk 3A, San Ġwann t'Għuxa, Bormla. Madankollu, trattament kontra l-ġrieden sar fl-akwati msemmija fit-23 ta' Ġunju, avolja minn investigazzjonijiet li saru ma rriżultax li kien hemm xi evidenza ta' ġrieden. L-anqas ma nstab li kien hemm xi akkumulu li jista' jġib il-ġrieden.
Rigward is-siringi, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ma jaqax taħt il-kompitu ta' dan id-Dipartiment. Għalhekk tali Mistoqsija għandha jsir lill-Ministru ikkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir l-upgrading fil-parti komuni ta' Blokk A, B u C, Dockyard Terrace, l-Isla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li tlesta x-xogħol ta' tikħil u restawr tal-faċċata u li qed isir ix-xogħol tal-house connections fil-blokki ndikati mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li xogħol ieħor f'partijiet komuni ta' dawn il-blokki maħsub li jsir aktar tard din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata ċ-ċertifikat lill-istudenti ta' l-MCAST li bdew il-kors ta' l-electronics f'Ottubru 2000 u temmewh f'Ġunju 2005, peress li minn informazzjoni li għandi dawn l-istudenti kulma ngħataw, wara pressjoni li saret minnhom, kienet karta li turi li dawn għamlu l-kors,. imma fuqha kien hemm miktub li "This is not a certificate"?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema kors qed jirreferi peress li l-Istitut ta' l-Inġinerija Elettrika u Elettronika għandu diversi korsijiet fl-elettronika.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jixtri l-fond tiegħu f'Bormla? Meta mistenni jsir il-konvenju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi d-dokumenti mitluba biex isir it-test tal-mezzi skond l-iskema li taħtha saret l-applikazzjoni.
Ninsab infurmata wkoll li, kif tirċievi dawn id-dokumenti l-Awtorita' tkun tista' tipproċessa l-applikazzjoni.