Tista' il-Ministru tgħid min hu d-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna appuntata bħala Direttur tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jinsab fuq sick leaveu għaddej il-proċess biex jiġi boarded out. L-assistent direttur tad-Dipartiment, inħatar aġent direttur minfloku.
Ninsab infurmata li, issa li dan ta' l-aħħar qiegħed bil-leave/pre-retirement leave, għaddej il-proċess biex jinħatar aġent direttur ieħor.
Tista' il-Ministru tara li l-anzjan minn Ta' Giorni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair ta' l-awtorita' tad-djar, minħabba kondizzjoni ħażina ta' wieħed mis-soqfa tar-residenza ta' l-istess anzjan? Jista' jintbgħat uffiċjal tad-dipartiment tal-kostruzzjoni fuq il-post biex jeżamina l-gravita' tal-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant f'postijiet mikrija mingħand il-Gvern isiru mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u mhux taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair. Għalhekk għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtiġa.
Tista' il-Ministru tara li l-anzjan mill-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux vojt? X'inhi l-proċedura biex jekk fl-affermattiv, wieħed jakkwista l-imsemmi post?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa ħanut u mhuwiex mikri.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-binja San Filippu, Triq is-Sirena, l-Isla, hix milquta mil-liġi "possession and use" ? Jekk fl-affermattiv, din il-proprjeta' tista' tinxtara?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-binja San Filippu, Triq is-Sirena, l-Isla hix milquta mil-liġi "possession and use"? Jekk fl-affermattiv, din il-proprjeta' tista' tinxtara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art fejn tinsab il-Binja San Filippu, Triq is-Sirena, l-Isla ġiet esproprjata bit-titolu ta' public tenure u għal issa din il-binja ma tistax tiġi mibjugħa. Jekk il-Gvern jixtriha, ikun jista' jbiegħ.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsirx aġġornar tal-binja San Nikola, Bormla? Tista' tara li l-ħsarat li hemm fuq il-bejt, permezz tas-saqaf ta' l-appartament ta' taħtu, liema appartament għandu d-dettalji mehmuża, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt il-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga dwar iż-żewg talbiet u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid jekk saritx applikazzjoni mill-awtorita' tad-djar jew mid-dipartiment tal-bini u kostruzzjoni tal-gvern quddiem il-MEPA f'Ħaż-Żabbar? Jekk fl-affermattiv, meta saret l-applikazzjoni, x'mistenni jinbena, meta mistenni jinbeda x-xogħol, kemm mistenni jiġi jiswa? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjani u l-applikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha applikazzjoni waħda mal-MEPA dwar binja f'Ħaż-Żabbar. Din l-applikazzjoni tirrigwarda proposta għal bini ta' 36 appartament u 28 garaxx.
Peress li l-applikazzjoni għadha fil-fażi inizjali, hu kmieni wisq biex wieħed jagħti aktar dettalji.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna minn Birżebbuġa, bid-dettalji mehmuża, li ma taħdimx u qed ikollha tħallas kera ta' Lm150 fix-xahar, tiġi mogħtija post mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna minn Bormla bid-dettalji mehmuża, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu tfal l-isptar għall-emerġenza matul l-aħħar disa' xhur? Kemm kellhom eta'? X'tip ta' inċidenti kienu nvoluti fihom? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ftit statistika li tikkonferma dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-applikazzjoni tal-persuna, li hi mara anzjana minn Ħaż-Żabbar, u bid-dettalji qed jintbagħtu separatament li bħalissa qed tgħix f'garaxx ix-Xgħajra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva, ninsab infurmata li, skond ir-rekords tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, ma jirriżultax li l-persuna ndikata qed tgħix f’garaxx.
L-Onor. Interpellant jista’ jagħti parir lil din il-persuna li tmur il-Customer Care Section ta’ l-imsemmi Dipartiment biex temenda l-applikazzjoni tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li tinsab f'dipressjoni minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema persuna tixtieq tmur toqgħod mill-ġdid f'Bormla wara li ngħatat post mill-housing? Din il-persuna għandha ċ-ċertifikati tat-tobba li jixhdu l-kondizzjoni tagħha.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa mid-Dipartiment konċernat.
Tista' il-Ministru tara li l-bejt fi blokk 2, Habard Flats, Bormla li fih hemm xi materjal, bħal biċċiet tal-konkos kbar, jitneħħa u jitnaddaf? Meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ma rċieva ebda talba dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Għalhekk għaddejt dan l-ilment lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara li l-bejt komuni li jinsab f'kundizzjoni ħażina fi blokk F, Triq il-Klin, Ħaż-Żabbar jiġi rranġat u mtejjeb minħabba l-konsegwenzi ħżiena li qed jagħmel fis-soqfa ta' l-appartamenti ta' taħt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-soqfa tal-kmamar tas-sodda ta’ flat 23 fil-blokk indikat, ninsab infurmata li ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-bdil ta’ dawn is-soqfa u x-xogħol mistenni li jsir fil-futur immedjat.
Tista' il-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fir-residenza ta' anzjana mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed jinħoloq inkonvenjent minħabba li s-soqfa ta' fuq il-bejt u anke l-faċċata tar-residenza jinsabu f'kondizzjonijiet ħżiena u qed jikkawżaw periklu għar-residenza u anke għal terzi persuni? Tista' l-anzjana tibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar ix-xogħlijiet imsemmija fil-Mistoqsija.
B’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ mistennija tispezzjona l-post biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fir-residenza ta' anzjana mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed jinħoloq inkonvenjent minħabba li s-soqfa ta' fuq il-bejt u anke l-faċċata tar-residenza jinsabu f'kondizzjonijiet ħżiena u qed jikkawżaw periklu għar-residenza u anke għal terzi persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f'Ġunju tas-sena 2002, l-Uffiċċju Konġunt lesta t-tiswijiet fil-fond in kwistjoni li kienu ntalbu mir-raġel tal-inkwilina. Wara din id-data, l-Uffiċċju Konġunt ma rċieva ebda talba oħra għal tiswijiet. Madanakollu l-Uffiċċju Konġunt ser jirreferi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar sabiex jara x'hemm bżonn isir.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir aġġornar tal-partijiet komuni ta' Dockyard Terrace, blocks A, B u C, l-Isla? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Meta se jibda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19829 f’Seduta Numru 403, inżid li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar lesta x-xogħol tal-house connections.
Ninsab infurmata li fil-blokki ndikati jonqos xogħol ta’ tibjid fil-partijiet komuni, li mistenni jsir qabel l-aħħar tas-sena.
Tista' il-Ministru tara li persuna armla minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant xtrat il-fond mingħand l-Awtorita’ tad-Djar bil-prezz issussidjat. Peress li diġa’ bbenefikat minn dan is-sussidju, din il-persuna ma tikkwalifikax għal sussidju ieħor biex tirranġa dan il-fond.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex single parent b'żewġt itfal mix-Xgħajra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma kienet ippprovduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.