Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalkara — Kappella tas-Salvatur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta x-xogħol tal-kappella tas-Salvatur, il-Kalkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara, inbeda u hu maħsub li jitlesta' sa Marzu 2007.

Proprjeta' fl-Isla

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ma marrux il-ħaddiema tal-housing fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema proprjeta' tinsab fl-Isla? Tista' tgħidilna meta se jmorru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm l-Onor. Interpellant ma speċifikax ir-raġuni għaliex kellha ssir spezzjoni, qed nassumi li din hi konnessa ma l-inizjattiva tal-Care and Repair. Jekk dan hu l-każ, ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika minn din l-inizjattiva. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment ta' l-artijiet iwieġeb l-ittra mibgħuta f'isem il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Bormla peress li din il-persuna qatt ma rċeviet risposta meta se jwieġbu għat-talba tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant ser tirċievi risposta fil-ġranet li ġejjin.

Bormla — Spezzjoni f'appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni fuq il-fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tara li din il-persuna tibbenefika mill-iskema care and repair minħabba li għandha s-saqaf mhux f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant diġa' ibbenefikat mis-sussidju meta xtrat il-fond fejn tgħix mill-Awtorita' tad-Djar. Għal din ir-raġuni ma tistax terġa tibbenefika minn sussidju ieħor biex tirranġa l-istess fond.

Bormla — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se ssir l-ispezzjoni fid-dar tagħha mill-ħaddiema ta' l-awtorita' tad-djar biex tkun tista' tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment tad-djar/Awtorita' tad-Djar

Question

F'każ ta' l-amalgamazzjoni tad-dipartimenti tal-housing ma' l-Awtorita' tad-Djar, tista' il-Ministru tgħid min se jkun iċ-Chief Executive li se jmexxi lill-Awtorita' tad-Djar? X'paga se jkollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hu maħsub li ċ-Chairperson Eżekuttiv ta' l-Awtorita' tad-Djar ser tmexxi l-istruttura l-ġdida wara l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet li għandhom illum l-Awtorita' u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Bini u Tiswija ta' Djar. Mhux maħsub li jkun hemm bidla fis-salarju li l-istess Chairperson Eżekuttiv qed tirċievi preżentement meta tieħu din ir-responsabbilta' ġdida.

Banek — Home Loans

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li l-banek f'pajjiżna silfu ammont ta' flus bħala home loans lil dawk li applikaw fis-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati tal-Gvern — Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm temmew l-impjieg tagħhom ħaddiema tal-gvern li kienu jokkupaw kariga u li kellhom karozza għall-użu tagħhom, jiġifieri meta temmew dan ix-xogħol kienu intitolati li jixtru dik il-karozza? Min kienu? X'kariga kellhom? Kemm kien it-total ta' flus li bihom inxtraw dawn il-karozzi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorita' tad-Djar — Skemi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi u l-inizjattivi li twaqqfu mill-Awtorita' tad-Djar fis-snin 2005 u 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma waqfet l-ebda skema jew inizjattivi matul is-sena 2005 - 2006.

Awtorita' tad-Djar

Question

B'riferenza għal dak li qalet il-Ministru li kien hemm xi ħadd li kera lill-awtorita' tad-djar, tista' ġentilment tpoġġi kopja tal-ftehim li sar bejn l-awtorita' tad-djar u s-sid ta' din il-binja li qed jikri biex l-awtorita' tad-djar talloka għall-benefiċjarji ta' l-istess awtorita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.

Inkjesta dwar il-mewt ta' persuna

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-inkjesta maġisterjali rigward il-mewt ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġrat b'kawża li sfronda s-saqaf ta' fejn kien jgħix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet konkluża mill-Maġistrat Inkwirenti nhar il-31 ta' Jannar 2001.

Awtorita' tad-Djar — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'post tal-gvern f'Bormla jibbenefikaw mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Talba għal post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, separat Bormliż jibbenefika minn post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi single parent u ma taħdimx u tgħix f'post ikkundannat u sub-standard, tingħata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili. Ninsab infurmata wkoll li, skond l-ispetturi ta' l-Awtorita' tad-Djar, id-dar preżenti fejn tgħix din il-persuna la hi kkundannata u lanqas hemm periklu.

Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha diżabilita' tibbenefika mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Leg 10 PQ #21983 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21850, Seduta nru. 456, fejn il-Ministru qal li jinsab informat li l-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s-sigurta', xi jrid ifisser b'din it-tweġiba? Huwa qal ukoll li l-bord tat-tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza mill-ġirien. X'inhuma dawn ir-regoli stretti? Jistgħu jsiru xi reċipjenti apposta fejn jintremew is-sigaretti? Informat li qed joħorġu numru ta' gruppi jpejpu barra u bl-istorbju tagħhom qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti, apparti l-ħmieġ għax jarmu s-sigaretti barra.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kalkara — Dgħajjes

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20376 fejn kien intqal li l-Ministru qed jiġbor l-informazzjoni neċessarja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispazju li qiegħed jirreferi għaliħ l-Onor. Interpellant huwa spazju fuq art fejn jitpoġġew id-dgħajjes. L-Awtorita' Marittima ta' Malta qatt ma kienet responsabbli li torganiżża dan l-ispazju, peress li l-art ma taqax taħt il-ġuridizzjoni tagħha.
Leg 10 PQ #21850 Sitting 456 2006-11-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'ċerti ħinijiet ta' filgħaxija waqt xi attivita' f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fuq in-naħa ta' ħdejn il-palk, jinfetħu l-bibien bl-iskuża li min ikun jixtieq ipejjep ikun jista' joħroġ minnhom, jew minn ieħor li jiġi f'nofs il-bini, u dan b'konsegwenza li l-persuni li joħorġu jpejpu barra qed joħolqu distrazzjonijiet u jtellfu lir-residenti, partikolarment fil-ħinijiet ta' bil-lejl, minħabba li dan il-bini jinsab f'żona residenzjali u fl-istess waqt iħallu ħafna ħmieġ barra? X'passi qed jieħdu l-awtoritajiet għal dan il-għan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-bibien ta’ Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-eżiġenzi ta’ saħħa u sigurta'. Ma teżisti l-ebda liġi li tipprojbixxi l-ftuħ ta’ xi bieb wara ċertu ħin. Nikkonferma iżda li internament il-Bord ta’ tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta’ uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza lill-ġirien. Ma tirriżultax korretta l-allegazzjoni li qed jitħalla ħmieġ f’ dik l-akwata imsemmija mill-Onorevoli interpellant.

Xgħajra — Spezzjoni f'appartament

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir l-ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fix-Xgħajra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi dokumenti mitluba biex ikun jista’ jipproċessa l-applikazzjoni u ssir l-ispezzjoni meħtieġa.