Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn tekniċi tal-Joint Office fuq talbiet li għamlu inkwiilini ta' l-Uffiċċju Konġunt biex jixtru l-fond din is-sena? F'liema lokalita' kienu l-ispezzjonijiet u kemm hu l-valur totali li qed jintalab biex iħallsu l-inkwilini tal-postijiet tal-Joint Office biex jixtru l-fond tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li peress li l-proprjetajiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt iridu jiġu reġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet, it-tekniċi tad-Dipartiment jagħmlu diversi spezzjonijiet fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex sabiex isiru l-pjanti tagħhom. Minbarra għal skop ta' reġistrazzjoni, l-pjanti relattivi jintużaw ukoll għal skop ta' identifikazzjoni fil-każijiet ta' bejgħ ta' l-istess proprjetajiet.
L-Uffiċċju Konġunt ma jżommx statistika ta' kemm minn dawn l-ispezzjonijiet iservu għal skop ta' bejgħ ta' l-inkwilinat ta' residenzi jew f'liema lokalita' kienu dawn l-ispezzjonijiet.
Il-valuri tal-proprjetajiet mikrija, li fuqhom isir talba għax-xiri tagħhom, jiġi stabbilit individwalment skond stima peritali meta tkun qegħda tiġi proċessata t-talba tal-inkwilini.
Tista' il-Ministru tara li ssir ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema post ma jinsabx f'kondizzjoni tajba u hu okkupat fost l-oħrajn minn raġel li jbati b'qalbu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret ma jirriżultax li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant għandu xi periklu.
Ninsab infurmata wkoll li l-persuna ndikata għandha applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal post alternattiv, liema applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna b'diżabilita' u li tgħix waħedha li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li m'għandux kamra tal-banju? Din il-persuna qed tagħmel ukoll talba biex tibbenefika mill-iskema ta' sussidju fuq il-kera privata.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li marret il-customer care bil-għan li tbiddel il-fond tagħha ma' fond ieħor ta' persuna oħra, ġiet imċaħħda milli tagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jirriżulta li l-applikazzjoni li għandha l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi dwar akkomodazzjoni alternattiva u mhux biex tibdel il-post fejn toqgħod ma’ ħaddieħor.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni eżistenti qed tiġi kkunsidrata m’oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li armla Kalkariża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha tliet subien tibbenefika mill-iskema
care and repair
?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet talba li għamlu inkwilini mill-Isla li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fl-1 ta’ dan ix-xahar, qed tiġi proċessata tant li wara biss 10 ijiem saret spezzjoni mill-Perit ta’ l-Awtorita’.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ mistennija dalwaqt tinforma bil-miktub lill-persuna konċernata bix-xogħlijiet approvati u l-istima ta’ l-ammont ta’ sussidju. F’dan l-istadju din in-notifika tkun mingħajr preġudizzju u suġġetta għall-verifika tat-test tal-mezzi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet talba li għamlu inkwilini Sengleani li jgħixu f'post tal-Joint Office u li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament biex jinxtara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-inkwilin in kwistjoni ġiet ipproċessata u fil-futur qarib l-applikant ser jingħata appuntament sabiex jiffirma l-kuntratt ta' bejgħ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm periti, nutara, avukati u professjonisti oħra ma' l-Uffiċċju Konġunt? Min huma? Huma impjegati bħala full-time jew part-time employees? Min minnhom hu full-timer u min hu part-timer? Min minnhom jaħdem bħala full-time fl-Uffiċċju Konġunt, u fl-istess ħin jagħmel xogħol privat bħala konsulent imqabbad mill-istess Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt jimpjega 'full time' il-professjonisti msemmija hawn taħt:
ProfessjoniNumru
Perit1
Nutar1
Avukat3
Professjonisti oħraxejn
Ħadd mill-professjonisti full time ma jagħmel xogħol privat bħala konsulent imqabbad mill-istess Uffiċċju Konġunt.
L-Uffiċċju Konġunt jagħti wkoll xogħol lil 23 periti privati biex jagħmlu pjanti għar-reġistrazzjoni, 2 periti privati oħra biex jagħmlu stimi ta’ proprjeta’, nutar privat biex jirreġistra l-proprjetajiet, u nutar privat ieħor li jgħin fil-pubblikazzjoni tal-kuntratti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-ismijiet ta' dawn il-professjonisti.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21995 u jgħid kemm hu stmat li l-banek f'pajjiżna silfu ammont ta' flus bħala home loans lil dawk li applikaw fis-sena 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 21995
Issa li l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern huma milquta bil-liġi possession and use, ifisser li kollha jistgħu jinbiegħu jekk l-inkwilini jixtiequ jixtru? Minn meta l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern bagħat ittra lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma miltuqa bil-possession and use, kemm saru applikazzjonijiet biex jixtru l-fond tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in segwitu għall-emenda li għaddiet permezz ta' l-Att I ta' din is-sena, sar issa possibli li proprjeta' in possession and use tingħata għall-bejgħ wara l-proċeduri ndikati fl-Att.
Billi ħafna minn dawn il-proprjetajiet ġejjin mir-rikostruzzjoni ta' bini ta' wara t-Tieni Gwerra Mondjali hemm ħafna xogħol preparatorju li jrid isir.
In vista tad-diversi domandi parlamentari li saru, inbeda l-proċess fuq diversi proprjetajiet fil-Belt u fil-Kottonera. Ma kienx possibli li dawn il-proċeduri jibdew f'kull proprjeta' f'dawn il-Gżejjer f'daqqa. L-applikazzjonijiet isiru direttament lill-Awtorita' tad-Djar.
Issa li l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi possession and use, ifisser li kollha jistgħu jinbiegħu jekk l-inkwilini jixtiequ jixtru? Minn meta l-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali bagħat ittra lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma miltuqa bil-possession and use, kemm saru applikazzjonijiet biex jixtru l-fond tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22196 f'Seduta Numru 470.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultalix li l-Ministeru tiegħi bagħat ittri lill-persuni konċernati.
Għaliex ħass il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern li jibgħat ittra lill-mijiet ta' familji li jgħixu f'postijiet tal-gvern fil-Kottonera, li huma milquta bil-liġi possession and use, u iddiskrimina kontra lokalijiet oħra bħall-Belt Valletta u l-Floriana, li ma bgħatilhomx ittra biex jixtru l-fond tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Intbagħtu ittri ta' informazzjoni lil xi erbgħin inkwilin fl-Isla u l-Birgu, u dan peress li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern tinsab fi stadju avvanzat li tixtri l-proprjeta' tal-fond tagħhom.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba u meta se jintbagħat in-numru tal-file ta' persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikat tal-perit tal-gvern ta' l-ispezzjoni li kien għamel fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li saret fis-6 ta’ Novembru 2006, qed tiġi proċessata u li numru tal-file ser jiġi kkomunikat bil-miktub lill-persuna konċernata.
Ninsab infurmata wkoll li ma jirriżultax li hemm xi ċertifikat minn perit tal-Gvern ma’ l-applikazzjoni.
Tista' persuna Sengleana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li s-soqfa tal-fond indikat huma perikolużi u hi meħtieġa attenzjoni immedjata għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, minkejja l-periklu u l-immedjatezza msemmija mill-Onor. Interpellant, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata minnhu qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-
Care and Repair
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jieħdu l-awtoritajiet biex il-problema ta' parkeġġ f'Misrah is-Sliem, biex niftiehmu aħjar ħdejn il-każin tal-banda San Mikiel u ħdejn l-isptar Saint James, tittaffa l-problema ta' parkeġġ u jkun hemm ordni kif jipparkjaw il-karozzi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li f’Misraħ is-Sliem il-maġġoranza tal-parking bays huma viżibli sew iżda hemm xi parking bays u double yellow lines li għandhom bżonn refreshing minħabba li f’postijiet iż-żebgħa ċċarat u f’postijiet oħrajn iż-żebgħa tneħhiet minħabba trinek li saru quddiem il-każin.
It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser tikkuntattja lill-Kunsill Lokali sabiex isir ir-
refreshing
li hemm bżonn u sabiex isir infurzar tal-
Motor Vehicle Regulations
b’mod regolari.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentiari 21983 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21850, Seduta nru. 456, fejn il-Ministru qal li jinsab informat li l-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s-sigurta', xi jrid ifisser b'din it-tweġiba? Huwa qal ukoll li l-bord tat-tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza mill-ġirien. X'inhuma dawn ir-regoli stretti? Jistgħu jsiru xi reċipjenti apposta fejn jintremew is-sigaretti? Informat li qed joħorġu numru ta' gruppi jpejpu barra u bl-istorbju tagħhom qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti, apparti l-ħmieġ għax jarmu s-sigaretti barra.
?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
B'riferenza għall-kjarifika rikjesta dwar il-ftuħ tal-bibien ta' Dar il-Mediterran, ninsab infurmat illi t-tmexxja ta' Dar il-Mediterran hija
libera tiftaħ il-bibien kull ħin u meta jidhirlha li hu neċessarju. Jiġi preċiżat li minn jeddu il-Bord għazel li sa fejn hu possibli, il- bieb
li jagħti minn wara l-istage fuq triq Pozzi, ma jinfetaħx wara l-ħdax ta' bil-lejl, sabiex jiġi evitat xi inkonvenjent lill-ġirien.
Il-Bord mhux tal-fehma li hu għandu jiehu ħsieb li jsiru recipjenti għal-sigaretti f'postijiet pubbliċi.
Tista' il-Ministru tgħid f'liema skema jridu japplikaw l-inkwilini ta' postijiet tal-gvern li huma milquta bil-liġi possession and use biex jixtru darhom? Dawn l-inkwilini, li ilhom bosta snin li kellhom il-ħajra jixtru l-proprjeta' tagħhom, b'liema valur se jinxtraw? Bil-prezzijiet tal-lum, li qed timponi l-Awtorita' tad-Djar, jew ta' meta kienet saret it-talba mill-istess inkwilini?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tkun f'pożizzjoni li tbiegħ il-postijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant wara li l-Awtorita' ikollha t-titolu legali fuq l-art li fuqhom huma mibnija.
Ninsab infurmata wkoll li s'issa l-Awtorita tad-Djar għad m'għandiex dan it-titolu.