Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-fond f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'se jsir minn dawn l-inkwilini ladarba se jispiċċaw barra minn darhom tlett snin oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ħallset il-kont tad-dawl ta' l-Enemalta, fil-preżent m'għandhiex dawl? X'passi se jittieħdu biex jerġa' ikollha d-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijet li saru jirriżulta li fil-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jidhru separatament m’hemm l-ebda problemi fil-provista ta’ l-elettriku.

ETC — Kors tac-Childcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-viċin jiftaħ il-kors mill-ETC taċ-childcare? Xi jrid isir biex wieħed japplika għalih, u xi kwalifiċi jrid ikollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadha ma ġietx iffissata data meta ser jerġa jiftaħ il-kors mill-ETC taċ-‘childcare’ u bħalissa mhux qed jintlaqgħu applikazzjonjiet. Meta joħorgu l-applikazzjonijiet, persuni interessati jkunu jridu jimlew formola u jkun meħtieġ ukoll minnhom li jkollhom 3 ezamijiet fil-livell ordinarju, fl-Ingliz, Malti u Matematika. L-ezami tal-Matematika jista’ jiġi sostitwit minn 2 ezamijiet f’suġġetti oħra. Persuni li ma ghandhomx dawn il-kwalifiki jistgħu jagħmlu ezami fit-tlett suġġetti msemmija aktar qabel.

Awtorita' tad-Djar — Shared Ownership

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi ta' l-ewwel ħarġa ta' shared ownership ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-analiżi dwar l-ewwel ħarġa ta' l-iskema ta' Shared Ownership ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba taż-żagħżugħa Bormliża li tgħix f'post perikoluż li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem l-awtorita' tad-djar tal-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi talba pendenti ma’ l-Awtorita’.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' anzjana Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Isla — Kuntratt ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi Possession & Use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt finali tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' isir ħames snin oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant, biex l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tbiegħ proprjeta’, l-ewwel irid jiġi trasferit lilha t-titolu legali ta’ l-art li fuqha tkun mibnija dik il-proprjeta’. Ninsab infurmata li l-Awtorita’ għad m’għandiex dan it-titolu fir-rigward tal-proprjeta’ indikata mill-Onor. Interpellant.

Isla — Kuntratt ta' fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk illum li ċerti postijiet li kienu milquta mil-liġi Possession & Use u issa jistgħu jinbiegħu, hux minnu jew le li l-kuntratt tal-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax isir ħames snin oħra?

Response (BORG, TONIO)

Il-postijiet meħudin mill-Gvern taħt it-termini ta' Possession & Use skond il-kapitlu 88 tal-liġijiet ta' Malta ġew mixtrija mill-Gvern. Għaldaqstant, il-fondi eżistenti li jinbnew fuq l-art illi qabel kienet okkupata mill-postijiet meħuda taħt Possession & Use, issa jistgħu jinbiegħu mill-Awtorita' tad-Djar.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara li t-talba tal-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tintlaqa'? Dan wara li kienet informata bl-appuntament l-għada li kellu jsir. Possibbli li jsir appuntament ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet mogħtija appuntament ieħor dwar l-ispezzjoni mill-Awtorita’ tad-Djar.

Awtorita' tad-Djar — Binjiet

Question

Fil-preżent kemm hemm binjiet li qed jinbnew mill-awtorita' tad-djar? Fejn huma? Kemm tiswa kull binja? Fiex tikkonsisti kull binja? Meta mistennija jitlestew? Min hu l-kuntrattur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fis-sena 2007 humiex se jinbiegħu xi units ġodda, mhux tas-shared ownership mill-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, matul l-2007, il-units il-ġodda ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li ma jiġux mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jinkrew, ser jinbiegħu taħt l-inizjattiva tax-Shared Ownership.

Awtorita' tad-Djar — Units

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għaddew units l-awtorita' tad-djar lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex jitqassmu bil-kera, sena b'sena, mis-sena 2000 sa llum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21273 f’Seduta Numru 442. Ninsab infurmata li t-tagħrif mogħti f’dik it-Tweġiba għadu validu sa llum.

Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna separata minn Bormla li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bid-dħul benefiċjali, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair minħabba li l-aperturi ta' l-injam u tal-post tal-gvern jinsabu fi stat prekarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant diġa’ rċeviet għotja biex tibdel il-madum u tistalla kamra tal-banju ġdida taħt skema W ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna tista’ titlob għal għotja addizzjonali taħt it-talba oriġinali biex isiru x-xogħlijiet imsemmija fil-Mistoqsija.

Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Bormla ġie mitlub japplika għal skema Z ta' l-awtorita' tad-djar, meta dan li jgħix bil-benefiċċji soċjali kellu jieħu l-għajnuna mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li persuni li jirċievu benefiċċji soċjali jistgħu jibbenefikaw kemm taħt skemi għall-irranġar kif ukoll taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, il-persuna konċernata applikat minn jeddha taħt skema Z u mhux ġiet mitluba tagħmel dan.

Perit tal-gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċertifikat tal-perit tal-gvern li kien perit ta' l-għassa tal-Belt fil-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi kien tħalla xi ċertifikat ta' perit fl-Għassa tal-Pulizija tal-Belt kif indikat fil-Mistoqsija. Madanakollu l-Pulizija kellmet lis-sinjura imsemmija mill-Onor. Interpellant, fejn irriżulta li din ma kienetx taf lil min kienet kellmet, għalkemm stqarret li kien mar xi perit mid-Dipartiment tad-Djar. Għaldaqstant nhar id-29 ta' Diċembru 2006, il-Pulizija infurmat lill-perit tal-gvern tal-għassa, li wara li spezzjona l-post (mhux fl-istess numru kif indikat separatament), iċċertifika li parti mill-gallarija ta' l-injam kienet ta' periklu għall-pubbliku. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi skond il-liġi.

Appartamenti tal-gvern — Istallar ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħol istallar ta' lifts fi blokki qodma tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-politika tal-Gvern fejn jirrigwarda stallar ta’ lifts fi blokki qodma tal-Gvern hi riflessa fl-iskema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar dwar l-istess suġġett. Sakemm mhux l-appartamenti kollha fil-blokk ikunu nxtraw mill-inkwilini, f’liema każ il-blokk ikun ikkunsiddrat bħala proprjeta’ privata, applikazzjonijiet għal stallar ta’ lift jiġu kkunsidrati jekk ikun hemm persuna b’diżabilita’ ta’ mobilta’ tgħix fil-blokk. Il-ħtieġa li tkun tgħix fil-blokk persuna b’din it-tip ta’ diżabilita’ ma tapplikax għall-blokki fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana u l-Kottonera.

Appartamenti tal-gvern — Istallazzjoni ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefqet l-awtorita' tad-djar f'istallazzjoni ta' lifts fi blokki antiki tal-gvern, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument mill-uffiċċju tal-politika u riċerka ta' l-Awtorita' tad-Djar li jiddeskrivi l-politika ta' l-Awtorita' tad-Djar li hi rrealizzata permezz ta' skemi varji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument dwar policies u kif implimentati permezz tad-diversi skemi u inizjattivi mħaddma mill-Awtorita' tad-Djar. Ta' min jgħid li dawn il-policies, skemi u inizjattivi jiġu riveduti minn żmien għal żmien, u aġġornati skond il-ħtieġa, mill-Bord ta' l-Awtorita' biex jirriflettu aħjar iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet tal-mument.