Tista' l-Ministru tara li l-koppja żagħżugħa mill-Kalkara li tgħix ma' nies ir-raġel, b'seba' persuni fżewġt ikmamar tas-sodda u kamra tal-banju waħda, tkun provduta ppost alternattiv, preferibbilment fil-post indikat fil-Kalkara stess u li bħalissa jinsab vakant? Meta se ssir l-ispezzjoni biex jivverifikaw il-file ta' dawn l-applikanti mill-ħaddiema tad-dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant saret u li l-post indikat bħala vakant ilu derekwiżizzjonat mill-1999.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar, il-parti li tinsab bejn Triq is-Santwarju u Triq il-Kunvent, meta din il-parti tat-triq xejn ma tinsab fi stat tajjeb bin-numru ta' karozzi li qed jgħaddu, aħseb u ara meta jiżdiedu l-karozzi minħabba l-irranġar tal-bypass il-ġdida, u dan b'konsegwenza li kollha se jkollhom jgħaddu minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija llum taqa' fil-kompetenza tal-Kunsill Lokali rispettiv. Madankollu, invista tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-bypass ta' Wied il-Għajn, id-Direttorat tat-Toroq se jkun qed jagħmel manutenzjoni fit-toroq kollha li qed ikunu identifikati bħala diversion routes.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu biex il-maħżen li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab fil-Marsa u fi stat battal u ta' abbandun u ġieli qed jintuża għal skopijiet immorali, jgħaddi f'idejn dilettanti tal-Karnival biex jarmaw il-karrijiet tagħhom fih? Dan il-maħżen hu adjacent ma' maħeżen ieħor li diġa' qed jintuża għall-armar tal-karrijiet.
Response (BORG, TONIO)
Infurmat li l-maħżen li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant uffiċjalment huwa f'idejn Fondazzjoni privata.
Tista' l-Ministru tara li l-Bormliż anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair għal tibjid u ħteġijiet oħra fil-fond li fih jabita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' xebba Bormliża li ngħatat post temporanju fil-Belt u tħoss li qed tiġi njorata għat-talba tagħha biex tirritorna f'xi fond fil-Kottonera? X'passi qed jieħdu l-awtoritajiet tal-housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21443 f’Seduta 449, dwar l-istess persuna fejn infurmajtu li din il-persuna kienet ġiet offruta post f’Bormla f’Ottubru 2006, liema post hi rrifjutat.
Tista' l-Ministru tara li persuna Bormliża li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha kanċer, u għamlet talba quddiem l-Awtoritajiet tal-Housing tiġi milqugħa?
X'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma rigward il-każ tal-persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat bl-ilma dieħel fid-dar tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jidher li din kienet problema fis-sistema tal-plumbing interna tal-konsumatur.
Fil-fatt, il-konsumaturi msemmija kkonfermaw li l-ilma li kien qed inixxi fid-dar tagħhom waqaf xi ġranet ilu.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Ħaż-Żabbar li tbati bid-dimesia tibbenefika mill-inizjattiva care and repair, minħabba li l-kamra tal-banju tagħha mhix adattata għall-ħtiġijiet tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Ħaż-Żabbar ikollha l-pensjoni tagħha aġġornata u dan minħabba li qed ikollha tnaqqis ta' Lm16 inġustament? X'passi se jittieħdu mid-dipartiment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija ssir l-ispezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li jinsab f'Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond l-applikazzjoni pendenti li għandha mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma toqgħodx fl-indirizz indikat minnu u għalhekk għandu jagħtiha parir tavviċina, malajr kemm jista jkun, lit-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment biex temenda l-applikazzjoni tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex is-single parent ta' tarbija waħda mill-Isla li tgħix ma' seba' persuni oħra, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post alternattiv? X'tama hemm li t-talba tagħha tkun milqugħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar, il-parti li tinsab bejn Triq is-Santwarju u Triq il-Kunvent, meta din il-parti tat-triq xejn ma tinsab fi stat tajjeb bin-numru ta' karozzi li qed jgħaddu, aħseb u ara meta jiżdiedu l-karozzi minħabba l-irranġar tal-bypass il-ġdida, u dan b'konsegwenza li kollha se jkollhom jgħaddu minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsulha l-benefiċċji soċjali u dan b'detriment għall-għajxien tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi rranġata t-triq l-antika ta' Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li marbut ma' l-istudji li qed isiru bħalissa fuq l-iddiżinjar mill-ġdid tal-Bypass ta’ Wied il-Għajn, qed naraw il-possibilita li t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn, tintuża bħala rotta għad-devjazzjoni tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet. Għalhekk bħalissa qed isiru l-istejjem ħalli tkun magħrufa l-ispiża tax- xogħlijiet li jridu jsiru biex tiġi rranġata t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn.
Tista' l-Ministru tara x'passi se jittieħdu biex tkun irrimedjata s-sitwazzjoni ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet talba biex tixtri l-fond tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamlet l-Awtorita' tad-Djar irriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha assi li l-valur tagħhom jeċċedi l-ammont stabbilit biex persuna tikkwalifika għas-sussidju taħt l-iskema Sir Sid Darek.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex il-ħaddiema li ilhom jaħdmu fit-taqsima indafa pubblika għal bosta xhur u għadhom ma tħallsux (jikinsu s-suq tal-Birgu) jitħallsu? Meta se jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nies li jaħdmu fid-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa Pubblika kollha jieħdu l-ħlas dovut lilhom (il-paga) b'mod regolari, inkluż dawk li jikinsu s-suq tal-Birgu.
Background Information
§ Is-suq tal-Birgu, sa xi sena ilu, kien jitnaddaf minn nies waqt il-ħin ta’ l-overtime;
§ Minn xi sena ‘l hawn, is-suq qiegħed jitnaddaf minn nies li jidħlu fix-shift ta’ l-4.00 ta’ filgħaxija.
Tista' l-Minsitru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-awtorita' tad-djar tal-persuna mill-Kalkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita'.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan Bormliż li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-għajnuna care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna bla xogħol minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post li s-saqaf tiegħu huwa perikoluż, jibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.