Legislature:
Category:
Reset
Active:

Possession and Use

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux milqut mil-liġi tal-Possession and Use? Jista' jinxtara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Membru jinsab mibni fuq proprjeta' li ġiet esproprjata taħt it-titolu ta' pussess u użu, u għaldaqstant ma jistax jinxtara mill-inkwilini.

Bormla — Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament, u x'possibbilta' hemm li din il-persuna li tgħix ma' tlett persuni oħra, waħda minnhom b'diżabilita' tieħu post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba għal akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna applikat, u reċentement ġiet allokata post, taħt l-iskema tax-Shared Ownership ta' l-Awtorita' tad-Djar, iżda s'issa għadha ma kkonfermatx jekk hux se taċċetta dan il-post.

Bormla — Installazzjoni ta' lift

Question

Tista' l-Ministru tara li l-binja li tinsab Bormla, isirilha lift minħabba li jgħixu fiha persuni anzjani u b'diżabilita'? Meta hi mistennija li ssir spezzjoni għat-talba tar-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn riċerka li għamlet l-Awtorita' tad-Djar ma rriżultax li għandha applikazzjoni pendenti għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk l-inkwilini tal-blokk għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u wara jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa lill-Awtorita'.

Bormla — Triq Edwardu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Edwardu li tinsab Bormla, hix ser tkun rranġata jew pavimentata fil-futur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li ser jagħmel l-ADT sa l-2008.

Bormla — Stair lift

Question

Tista' l-Ministru tara x'qed iżomm lill-Awtorita' tad-Djar biex tinstalla stair lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li l-applikant jipproduċi dokument biex tkun tista’ tkompli tipproċessa l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ talbet dan id-dokument permezz ta’ tliet ittri li jġibu d-data tas-17 ta’ Jannar, 8 ta’ Frar u 26 ta’ Frar 2007.

Skema ta' care and repair — Kamra tal-banju

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, li għandu aktar minn tmenin sena, tinbidillu l-kamra tal-banju u ssirlu waħda għall-ħtiġijiet tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar diġa' approvat proviżorjament l-għotja għal stallar ta' kamra tal-banju adattata għall-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' qed tistenna lil din il-persuna tagħti l-awtorizazzjoni tagħha biex isiru r-riċerki meħtieġa biex tkun tista' tkompli tipproċessa l-applikazzjoni.

Bormla — Xogħol fil-parti komuni ta' binja

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir aġġornar tal-parti komuni ta' binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Reviżjoni tal-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta saret l-aħħar reviżjoni tal-kera u meta se ssir ir-reviżjoni li jmiss ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata nħadem l-aħħar fl-2005 u issa jerġa jiġi rivedut din is-sena.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir l-aġġornar tal-parti komuni tal-binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Birgu — Triq San Lawrenz

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq San Lawrenz, fil-Bigu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tender għal din it-triq inħareġ xi żmien ilu u bħalissa qiegħed jiġi aġġudikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Enemalta — Fanal

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir fanal fit-trejqa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan minħabba li din it-trejqa qed isir fiha abbuż u ħmieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, irriżulta li kien hemm diġa fanal fit-trejqa msemmija pero’ dan ma kienx qed jixgħel. Din il-bozza ġiet mibdula min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta.

Washroom f'binja tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tara li l-washroom li tinsab f'binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u hi miftuħa u esposta għall-użu tal-pubbliku, fejn qed jintefa' ħafna mbarazz u anke jsir ċertu abbuż, titnaddaf u ssirilha forma ta' protezzjoni biex tkun tista' tingħalaq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li anzjan Bormliż li jgħix f'fond li parti minnu hu strutturalment perikoluż u dan l-istess fond għandu bżonn kamra tal-banju ġdida għall-ħtiġijiet tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirlu wkoll aġġornar tal-fond billi jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir l-aġġornar tal-parti komuni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Birgu — Ispezzjoni f'post tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistennija ssir l-ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema fond jinsab fil-Birgu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant saret ftit wara li l-persuna applikat għal akkomodazzjoni alternattiva.

Care and repair

Question

Tista' l-Minsitru tara li l-ġuvni li ma jaħdimx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenifika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Reviżjoni tal-kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret l-aħħar reviżjoni tal-kera u meta se ssir ir-reviżjoni li jmiss tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ir-reviżjonijiet tal-kirjiet ta' postijiet residenzjali isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Talba għal bdil ta' post tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex id-dipartiment mhuwiex qed jieħu l-passi neċessarji ta' familja minn Ħal-Luqa li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li ma jistgħux ikomplu jgħixu fil-fond li fih qed jabitaw u jixtiequ jibdlu ma' post ieħor tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ninsab infurmata wkoll li l-applikanti jgħixu f'dar tal-Gvern bi tlett kmamar tas-sodda imma jridu jibdlu minħabba problemi mal-ġirien.