Legislature:
Category:
Reset
Active:

Isla — Sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-talba ta' l-anzjan mill-Isla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma ġietx aċċettata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Tista' ġentilment tara li l-ilment ta' dan l-anzjan ikun milqugħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-20 ta' Marzu 2007, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kien diġa nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bir-raġuni għaliex it-talba li rrefera għaliha ma setgħetx tiġi milqugħa. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, d-Dipartiment reġa nforma lil din il-persuna bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #24702 Sitting 515 2007-04-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġett tal-Golf Course

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-korsa tal-Golf? Għadu bil-ħsieb li jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22737.

Postijiet tal-privat — Subbasta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm marru postijiet tal-privat bis-subbasta, sena b'sena, fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u din is-sena s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ postijiet tal-privat li ġew illiberati wara proċedura bis-subbasta kienu kif ġej: MaltaGħawdex 200041 2001215 200229xejn 2003293 2004368 200543xejn 2006443 2007 (sat-28/03/07)4xejn (sas-27/03/07)

Bormla — Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mill-inizjattiva care and repairminħabba li s-soqfa tal-fond tagħha huma f'kondizzjoni ħażina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' proprjeta' ġdida

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlet flus l-Awtorita' tad-Djar, mill-bejgħ tal-proprjeta' tal-postijiet ġodda ta' l-istess awtorita', sena b'sena mis-sena 2000 s'issa? Kemm hu n-numru ta' units ta' kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux bil-ħsieb li l-Isptar Pawlu Boffa jingħalaq? X'ser jiġri mill-binja f'każ li dan hu minnu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptar Pawlu Boffa ser jibqa' jintuża sakemm l-isptar Zammit Clapp jieħu l-funzjoni taċ-ċentru l-ġdid ta' l-onkoloġija. L-isptar Boffa imbgħad jgħaddi f'idejn il-Lands Department.

Isla — Triq il-31 ta' Marzu - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li fil-parkeġġ li hemm fil-preżent taħt Triq il-31 ta' Marzu, l-Isla ħdejn il-Maċina sa parti mill-Baċir nru. 1 hux beħsiebhom ikunu mibnija xi appartamenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Brief oriġinali kien hemm referenza għal multi storey car park. Bħalissa il-MEPA qiegħda tikkonsidra Outline Development Application mill-Consortium dwar il-proġett tal-Baċir Nru 1. Din il-Proposta tinkludi car park u anke xi appartamenti. S'issa għad m'hemmx deċiżjoni.

Imsida — Spezzjoni f'residenza privata.

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li jinsab fl-Imsida li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant mistennija ssir fid-19 ta’ dan ix-xahar.

Isla — Spezzjoni f'residenza privata.

Question

Ftit taż-żmien ilu saret spezzjoni fil-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mill-ħaddiema ta' l-awtorita' tad-djar/dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali. Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku li sar dwar dan il-fond? Minnu dak li qed tallega din is-sinjura, li l-post hu perikoluż, skond dak li qalu l-inspectors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mir-rapport ta' l-ispezzjoni li saret ix-xahar l-ieħor tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant, ma jirriżultax li l-ispettur qal li l-post hu perikoluż iżda li hu traskurat u ilu nieqes minn manutenzjoni ġenerali fis-snin l-imgħoddija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport, bid-dettalji personali tal-persuna mgħottija, għax ma jidhirlix li dawn għandhom jiġu ppublikati.

Meters tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minsusa b'mod illegali meters tad-dawl ta' l-Enemalta għal dawn is-snin: 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 (sa issa)? Kemm minnhom kienu jinsabu f'postijiet domestici, u kemm minnhom kienu jinsabu f'postijiet kummerċjali? X'passi ttieħdu f'dawn il-każijiet? Kollha jkunu trattati bl-istess mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitkompla u jitlesta x-xogħol fi Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar? Jistgħu jsiru rampi temporanji biex il-vetturi li għandhom garaxx f'din it-triq ikunu jistgħu jinħarġu u jiddaħħlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol f’din it-triq nbeda fil-ġranet li għaddew. Fil-ġranet li ġejjin il-kuntrattur ser jibda x-xogħlijiet fuq il-bankini biex it-triq tkun lesta biex jingħata l- asphalt .

Proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-Barrakka ta' fuq qiegħed fi stadju fejn t-tenders qed jiġu evalwati. Dan il-proċess mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Bormla — Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna Bormliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għall-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet talba għall-għajnuna taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair, dwar l-inkwilini fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant permezz tal-community worker ta' l-Aġenzija Appoġġ. Ninsab infurmata wkoll li l-każ ġie riferut għal spezzjoni mill-occupational therapist iżda l-ispezzjoni ma setgħetx issir għax, għalkemm l-occupational therapist ippruvat tikkuntatja lill-inkwilini diversi drabi, qatt ma kellha tweġiba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-inkwilini biex jagħmlu kuntatt huma mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Housing — Politika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-politika għall-Housing li kienet proposta minnha stess fil-passat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-Mistoqsija tiegħu billi jispeċifika għall-liema politika tal-housing qed jirreferi.

Bormla — Triq Matty Grima - Ipparkjar ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ordni kif jipparkjaw il-karozzi fi Triq Matty Grima, Bormla? Dan minħabba li l-mod diżordinat kif qed ikunu pparkjati ċerti karozzi qed jostakola l-ħajja tar-residenti nnifishom u Allaħares ikun hemm xi ħtieġa serja, bħal bżonn ta' ambulanza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li tabilħaqq hemm problema ta' aċċess għal vetturi, speċjalment dawk akbar minn karozza, li ġejjin min naħa ta' fuq ta' Triq Matty Grima. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku jirrakomanda li :- - Ikun estiż id-double yellow line fi Triq Matty Grima minn k/m Triq San Ġorġ sa k/m Triq Santa Margerita sabiex ikun hemm aċċess sewwa għall-vetturi - Jiġi mplimentat single yellow line fi Triq Matty Grima minn k/m Triq San Ġorġ sa ġol-cul-de-sac sabiex ikun possibli li vettura ddawwar u terġa toħroġ bil-quddiem. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ser jirreferi dawn ir-rakomandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali għal kummenti tagħhom.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' koppja minn Birżebbugia, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post ikkundannat u skond id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 274 punt u sal-lum qatt ma kienu provduti post alternattiv għall-ħteġijiet tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat bħala wieħed ta’ prijorita’ mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Inizjattiva Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana armla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.