Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna minn Haz-Zabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix qed tieħu relief u lanqas allowance, tibbenefika minn dan is-servizz biex tgħajjex familja minħabba li hija single parent u qed tgħid li ma tistax tgħajjex il-familja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fl-24 ta’ Frar 2007, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha. Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment reġa’ kiteb lil din il-persuna dwar il-każ.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna mill-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Zabbar — Mħażen

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-tlett imħażen li jinsabu fi Triq Bieb is-Sultan, qrib fejn jittrenjaw it-tim ta' St Patrick's, humiex vojta jew le? Jekk fl-affermattiv, jistgħu joħorġu għall-offerti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-imħażen li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma tal-Gvern u bħalissa jinsabu f'idejn it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern wara li sar żgumbrament tard is-sena li għaddiet. Dawn l-imħażen għad fihom ħafna materjal ta' 'scrap' li għad irid jitneħħa sabiex imbagħad wara jiġi deċiż xl-aħjar li jsir minnhom.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant kienet ibbenefikat minn għotja fis-sena 2000 biex tirranġa l-post mikri mill-Gvern. Ninsab infurmata wkoll li, għalkemm ma jirriżultax li minn dak inhar l-Awtorita’ irċeviet xi talba oħra mingħand din il-persuna, l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond biex tara jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fond

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jaqleb il-fond fuq xi ħaddieħor minn tal-familja, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li l-inkwilin preċedenti miet madwar tliet snin ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sabiex id-Dipartiment tal-Artijiet jaqleb il-kirja minn fuq l-inkwilin ta' qabel għal fuq xi membru ieħor tal-familja sakemm ma jkunx l-armel jew l-armla, irid ikollu l-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. F'dan il-każ id-Dipartiment tal-Artijiet għadu ma rċeviex ebda komunikazzjoni mingħand id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna mill-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri l-fond tiegħu li għal aktar minn 30 sena, kien milqut bil-liġi Possession and Use, titħaffiflu l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tad-Djar, biex isir il-kuntratt finali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fi żmien qasir l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tinforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bil-prezz kummerċjali tal-fond u titlobha tipproduċi dokumenti dwar id-dħul tagħha fis-sena 2006. Dan biex jiġi verifikat jekk għandiex dritt tibbenefika minn sussidju fuq il-prezz.

Isla — Bdil ta' bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hemm fi Triq San Ġiljan, l-Isla, ħdejn Caffe' di Capri, li l-ħin kollu tpetpet, tiġi mibdula jew irranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bozza li saret referenza għaliha taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali tal-lokal.

Avukati tal-fqar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-avukati tal-qorti f'terminu popolari msejħa tal-fqar? Min huma? X'inhuma l-ħinijiet li jaraw lill-klijenti? X'inhi l-proċedura biex xi ħadd jibbenefika minn dan is-servizz? Fejn jista' kull wieħed minnhom ikun ikkuntattjat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali huwa l-avukat Dr. Joseph Mifsud li ghandu mieghu assistent li huwa Dr. Malcolm Mifsud. Dawn jattendu l-Qorti darbtejn fil-gimgha mit-3.00 ‘l quddiem normalment nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Hamis. Wiehed jew l-iehor minn dawn l-Avukati jidher bhala avukat ta’ l-ghajnuna legali fil-qrati kriminali ta’ kompetenza superjuri. Hemm ukoll l-avukati u prokuraturi legali ex officio. Lista kurrenti taghhom qed titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jidhru ghall-ghajnuna legali fil-Qrati superjuri ta’ kompetenza civili u fil-qrati tal-magistrati kemm ta’ kompetenza kriminali u kemm ta’ kompetenza civili. Il-procedura sabiex jigi assenjat avukat ta’ l-ghajnuna legali hi regolata bil-ligi. In kwantu ghall-proceduri civili din hi regolata bl-artikoli 911 sa 925 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili. In kwantu ghall-proceduri kriminali l-assenjazzjoni ta’ avukat ta’ l-ghajnuna legali hi regolata bl-artikoli 570 sa 573 tal-Kodici Kriminali. Fil-qosor il-procedura hi kif gej. Fil-proceduri civili tista’ ssir talba b’rikors lill-Prim’Awla tal-Qorti Civili. It-talba tista ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat ghal Ghajnuna Legali. Il-persuna li titlob il-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali trid tahlef li jidhrilha li ghandha jedd tajjeb u li ma ghandha ebda propjeta tal-valur ta’ tlett elef lira jew aktar. Jahlef ukoll li l-qliegh tieghu fis-sena huwa anqas mill-paga nazzjonali minima. Fil-kalkolu ma jittiehedx qis tar-residenza principali ta’ min japplika. Ir-rekwiziti dwar il-mezzi finanzjarji ma japplikawx fil-kaz ta’ proceduri ghall-korrezzjoni jew thassir ta’ xi registrazzoni ta’ xi att tat-twelid, taz-zwieg jew tal-mewt jew ghal xi registrazzjoni ta’ att bhal dan. L-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali imbghad jaghmel ir-rakkomandazzjoni tieghu lill-Qorti li taghti d-decizjoni taghha. Fil-proceduri kriminali fil-qrati superjuri it-talba ghall-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali issir jew b’rikors jew bil-fomm lill-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali. Tista’ wkoll tigi informata il-Qort mill-akkuzat u f’dan il-kaz il-Qorti tavza lill-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali li jinforma lill-Qorti bl-isem ta’ l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali li jkun se jirraprezenta lill-akkuzat. Fil-proceduri kriminali fil-qrati tal-magistrati il-qorti tahtar lill-avukat li jkun imissu mill-elenku ta’ avukati ex ufficio. Il-kondizzjonijiet dwar propjeta u dhul li japplikaw dwar il-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali fi proceduri civili ma japplikawx ghall-proceduri kriminali.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġuvni, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ma jaħdimx u jgħix ma' ħuh il-ġuvni li jaħdem, hux intitolat għal benefiċċji soċjali? Jekk fl-affermattiv, liema huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Isla — Fond bi problemi strutturali

Question

Tista' l-Ministru tara li l-fond tal-Gvern fl-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed ikun allegat mill-inkwilin li hemm problemi strutturali, jittieħdu l-passi neċessarji biex jekk dan hu minnu tkun irrimedjata l-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab mill-Uffiċċju tat-Taxxi Interni biex tħallas Lm2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla, hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.

Benefiċċji tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix intitolata għal xi benefiċċji tal-mard?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandu ebda talba pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment informa b’dan lill-persuna konċernata, permezz ta’ ittra.

Irranġar tal-parti komuni ta' binja

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir l-aġġornar tal-parti komuni tal-fondi li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Hemmx il-ħsieb li t-taraġ eżistenti, li hu tal-franka jsir bil-madum minħabba li dawn ir-residenti huma anzjani? Hemmx il-ħsieb li fl-istess binja tal-Gvern ikun irranġat jew mibdul il-bieb ta' barra? Meta ser isir l-aġġornar tal-faċċata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Ħaż-Żabbar — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Kaħwiela, Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet lista ta' toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa nħarġu 2 batches f'din il-lokalita' u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta. It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant issir skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-program ta' xogħlijiet.

Bormla — Gallarija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-gallarija ta' anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema ta' Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, b’konnessjoni ma’ l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita’ tad-Djar spezzjonat il-fond indikat mill-Onor. Interpellant fit-12 ta’ April 2007.