Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn Haz-Zabbar, għandhiex applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex anzjana Bormliża li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post ikkundannat, lanqas qatt ma kienet ipprovduta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? Tista' tgħid meta saret l-aħħar spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment u tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport tal-housing inspectors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saritilha offerta li tinstabilha kirja privata sussidjata temporanja sakemm jinstab post alternattiv addattat f’waħda miż-żewġ lokalitajiet kif mitlub mill-applikanti. Għalkemm hi ma xtaqitx taċċetta din l-offerta, id-Dipartiment ikkonvinċijha li dan hu l-aktar pass għaqli fiċ-ċirkostanzi.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'possibilita' hemm li xebba-omm minn Raħal Ġdid, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u bintha ta' ħmistax-il sena tbiddel ma' post ieħor tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Uffiċċju Konġunt — Fond

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jinsab f'Bormla għadux ta' l-Uffiċċju Konġunt jew le? Jekk m'għadux, qatt kien ta' l-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-fond in kwistjoni qatt kien tal-Uffiċċju Konġunt.

Msida — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru t-toroq fl-Imsida li kienu msemmija fil-programm "Bini ta' toroq residenzjali 2006-2008" liema programm inħareġ mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fl-2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-toroq ta' l-Imsida li qegħdin fil-programm msemmi, ser jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna mill-Isla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tistax tibbenefika mill-inizjattiva care and repair għaliex għandha kemm l-opramorta kif ukoll il-gallerija jinsabu fi stat ta' periklu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.

Bormla — Parti komuni f'binja

Question

Tista' l-Ministru tara li l-ispezzjoni fil-parti komuni tal-binja f'Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li s-sitwazzjoni tat-tromba tat-taraġ hu allegat li ma tinsabx f'sitwazzjoni tajba? Meta se ssir l-ispezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-ispezzjoni li saret tat-tromba tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant irrizulta li ma hemm edba hsara ta' natura strutturali. Ix-xoghol mehtieg hu ta' manutenzjoni fuq skala zghira li jikkonsisti f'kisi u tibjid.

Water Services Corporation — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja mill-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sarilha appuntament mill-Water Services Corporation u l-ħaddiema ma marrux? Jista' jara li jsirilha appuntament ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma marru jagħmlu l-ispezzjoni għand il-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant fis-7 ta' Mejju 2007. Instab leak fil-flushing li wara ġie rranġat. Il-file issa ser jintbgħat lil Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-konsiderazzjoni ta' l-istess Board dwar possibilita' ta' reviżjoni.

Bormla — Pjazza Santa Margerita

Question

Jista' l-Ministru jara li ttittieħed azzjoni biex il-periklu li jidher fir-ritratti, li qed nibgħat separatament, fil-ħajt li jinsab Pjazza Santa Margerita f'Bormla, jitneħħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi ttieħdet azzjoni u tpoġġew barriers u hu ppjanat illi l-parti perikoluża tiġi rranġata fil-futur qarib sabiex jitneħħa kompletament l-allegat periklu.

Bormla — Skola tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-ministeru tiegħu biex il-pastazata li tidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament ta' quddiem skola tal-Gvern f'Bormla, titneħħa x-xibka, ir-railings jinżebgħu għaż-żmenijiet tal-lum u jsir ix-xogħol neċessarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din ix-xibka saret sabiex ma jitpoġġiex boroz taz-zibel kif kien qiegħed jiġri regolarment u li m'hemm l-ebda intenzjoni li din titneħħa peress li din hija ħadra pariġġ iz-zebgħa tar-railings.

Bormla — Santa Margerita

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni f'Santa Margerita, Bormla, ħalli l-bozoz li ilhom hemm sa mis-sena 2000, jibdew jinxtegħlu għall-konvenjenza tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istreet lighting imsemmija, jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali. Biex jinxtegħlu dawn il-bozoz, il-Kunsill għandu jagħmel applikazzjoni formali (Applikazzjoni A) bħal kwalunkwe każ simili. Dan il-fatt ġie kkomunikat kemm il-darba lill-Kunsill.

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab mill-Uffiċċju tat-Taxxi Interni biex tħallas Lm2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna kkonċernata fid-dipartiment ikkonċernat.

Ħaż-Żabbar — Bini abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-MEPA rigward bini abbandunat u delibitat fi Triq ix-Xgħajra, ħdejn Misraħ San Nikola, Ħaż-Żabbar? Wara li kienet introdotta l-policytal-MEPA dwar iċ-ċnut, f'dan il-każ il-MEPA se timxi ma' din il-policyjew le? Jekk iva, meta biħsiebu jinbeda x-xogħol fuq il-bini taċ-ċint? U dan biex ikun eliminat kull periklu.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni mid-Dipartiment ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-26 t’April 2007 fejn ġie stabbilit li s-sit li qiegħed fi Triq ix-Xgħajra, ħdejn Misraħ San Nikola, Ħaż-Żabbar, jikkonsisti f'bini abbandunat u mġarraf. Wara konsultazzjoni ma’ l-Uffiċċju Legali ta’ l-Awtorità kien stabbilit li dan il-bini mhuwiex sit vakanti u għalhekk mhux qiegħed jikser l-Att Nru 1 tal-Liġi ta’ l-Ippjanar u għaldaqstant l-Awtorità ma għandhiex ġurisdizzjoni fuq dan il-każ. Iżda dan huwa każ ta’ injury to amenity skond l-Artiklu 55 tal-Liġi ta’ l-Ippjanar. Għal din ir-raġuni ser jinħareġ Avviż ta’ Infurzar skond dan l-Artiklu.

Talba ta' anzjan

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mill-aktar fis possibli mistoqsija parlamentari li saret fil-passat rigward anzjan minn Ħaż-Żabbar li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista' jara li t-talba tiegħu tkun milqugħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 23810.

Fuq Verdala — Bormla - Restawr ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ir-restawr neċessarju fuq il-ħajt li jinsab dawramejt ma' binja Fuq Verdala Bormla? Dan minħabba li l-okkupanti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma NGO u m'humiex f'pożizzjoni finanzjarja li jwettqu dan ix-xogħol u ċ-ċint qed ikun ta' periklu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minħabba l-programm tax-xogħolijiet li se jkunu mwettqa matul din is-sena huwa diġa programmat, ir-restawr f'din il-binja ser ikun ikkunsidrat għall-programm tas-sena d-dieħla.

Fond f'Bormla

Question

Tista' l-Ministru tara li s-sitwazzjoni tal-fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu xi ilma nieżel għal fuqu minn fond ieħor tal-gvern u li qed jikkaġuna ħsara fuq il-fond imsemmi tkun irrimedjata mill-iktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Ħaż-Żabbar — Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq A. Eraldi li tinsab f'Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq it-toroq li jagħtu għaliha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet tender għal dan ix-xogħol u ġie aġġudikat. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin biex ma jinħoloqx aktar inkonvenjent peress li f'dik iż-żona l-Gvern Ċentrali qed jibni seba' toroq.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna minn Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma taħdimx u tgħix bir-relief, tibbenefika mill-inizjattiva care and repairu dan għaliex għandha l-gallerija li ma tinsabx f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-inkwilin mill-Birgu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair għaliex għandha bżonn kamra tal-banju ġdida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Għalhekk il-persuna konċernata għandha tingħata parir li tivverifika mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' biex tara jekk tistax tibbenefika mill-imsemmija inizjattiva