Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4934 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

black listing — każ ta' individwu

Question

Peress li l-Prim Ministru qal li l-Gvern tiegħu mhux se jaħdem ma' min huwa black listed, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-rabta kuntrattwali jew non-kuntrattwali li l-Gvern għandu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament issa ntemmet b'mod definittiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif diġa għidt pubblikament, ma hemm ebda tip ta’ kuntratt bejn il-persuna li qed jirreferi ghaliħa u l-ġvern Malti. Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant qatt ma tħallset mill-Gvern Malti. Il-ġvern Malti ma kienx informat li din il-persuna kienet blacklisted u bħal issa qed jistenna konferma dwar dan minn għand l-awtoritajiet internazzjonali. Il-ġvern Malti mhux se jkollu lill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant jaħdem f'ismu.
Leg 12 PQ #2653 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm Ministri fil-Gvern tiegħu li mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet sal-lum li m’attendewx għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' jgħid għaliex m'attendewx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Gvern Malti kien irrappreżentat f’sittax–il laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri minn meta tħabbar il-Kabinett sa meta saret il-mistoqsija parlamentari. Kien hemm biss laqgħa waħda li għaliha l-Ministru kkonċernat ma setax jattendi għal raġunijiet loġistiċi li żviluppaw fl-aħħar ħinijiet. Ma dan kollu l-Gvern Malti xorta kien irrappreżentat għal din il-laqgħa.
Leg 12 PQ #3673 Sitting 50 2013-07-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dikjarazzjoni tal-Assi tal-Kabinett

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3308, jista’ l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra meta se jippublika d-dikjarazzjoni tal-assi tal-Kabinett tal-Ministri issa li t-terminu taż-żmien stipulat fil-Kodiċi tal-Etika inqabeż b’aktar minn xahrejn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nassigura lill-Onor Interpellant li kif diġà intqal lilu fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 3308, kif huma marbuta li jagħmlu, il-membri tal-kabinett se jkunu qed jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom u dawn se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3044 u tgħid x'kien l-eżitu ta' sejħa għal promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet pubblikata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu, u peress li issa qegħdin f’Lulju, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal dn il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3522 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni ’l hawn kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern, u kemm-il darba attenda l-Ministru għall-Intern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern iltaqa’ darba mill-elezzjoni ġenerali ‘l hawn u l-Ministru għall-Intern attenda għall-parti rispettiva.
Leg 12 PQ #3308 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha tiegħu ottemperawx ruħhom mal-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga lil kull membru tal-Kabinett li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-kabinett se jkunu qed jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom kif huma marbuta li jagħmlu u dawn se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan b’differenza minn dak li ġara fis-snin li għaddew. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-kabinett għas-snin 2001, 2005 u 2007 ma tqiegħdux fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan fl-istess ħin li fis-snin 1994, 1995, 1999, 2003, 2004, 2005, 2009 u 2012, id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-kabinett kienu ippreżentati fit-tieni nofs tas-sena, minkejja li kif qed jgħid l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu ‘l-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri jobbliga lil kull membru tal-Kabinett li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu’.
Leg 12 PQ #3309 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru — dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tax lilu nnifsu waiver mill-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu? Jekk tali dikjarazzjoni ġiet depożitata, għaliex sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza tali dikjarazzjoni għadha ma ġietx ippubblikata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija le. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Leg 12 PQ #3310 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Kabinett – dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tax waiver lill-membri kollha tal-Kabinett mill-obbligu naxxenti mill-paragrafu 48 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri li jobbliga li “fi żmien xahrejn mill-ħatra tiegħu u mhux aktar tard mix-xahar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Ministru għandu jiddepożita mas-Segretarju tal-Cabinet” id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu? Jekk tali dikjarazzjoni ġiet depożitata, għaliex sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza tali dikjarazzjoni għadha ma ġietx ippubblikata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija le. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Leg 12 PQ #3311 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala s-Segretarju tal-Kabinett għadu ma ppubblikax id-dikjarazzjoni tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Leg 12 PQ #3312 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-membri tal-Kabinett, inkluż hu stess, għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni tal-assi fi żmien xahrejn mill-ħatra, skont kif irid il-Kodiċi ta’ Etika fil-para.48 tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Leg 12 PQ #3313 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u s-Segretarji Parlamentari – dikjarazzjoni tal-assi

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-obbligu tal-Kodiċi ta’ Etika li fil-para. 48 tiegħu jobbliga lil-membri tal-Kabinett jiddepożitaw mas-Segretarju tal-Kabinett id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom huwa obbligu favur trasparenza u kontabilità? Jekk iva, għaliex dan għadu ma sarx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 3308.
Leg 12 PQ #3043 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tal-Ministri — attendenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2761, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kien il-Ministru li m’attendiex il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr Manwel Mallia.

Awtorità tad-Djar — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kien l-eżitu ta' sejħa għal promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet pubblikata lejn l-aħħar tas-sena oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu, u peress li qegħdin lejn l-aħħar ta’ Ġunju, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #2761 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2653 u jgħid jekk kienx hemm Ministri fil-Gvern tiegħu li mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet sal-lum li m’attendewx għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' jgħid għaliex m'attendewx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti kien irrappreżentat f’sittax–il laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri minn meta tħabbar il-Kabinett sa meta saret il-mistoqsija parlamentari. Kien hemm biss laqgħa waħda li għaliha l-Ministru kkonċernat ma setax jattendi għal raġunijiet loġistici li żviluppaw fl-aħħar ħinijiet. Ma dan kollu l-Gvern Malti xorta kien irrappreżentat għal din il-laqgħa.
Leg 12 PQ #2652 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pensjoni tat-teżor – Persuni li kienu fil-Korpi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jagħmel tibdil fil-liġi tal-pensjonijiet biex jagħti l-pensjoni tat-teżor lill-persuni li kienu fil-korpi qabel ma’ daħlu mal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-gvern huwa marbut li fil-qasam tal-pensjonijiet iwettaq il-mandat li ingħata fl-aħħar elezzjoni ġenerali, b’differenza ma dak li seħħ fl-aħħar snin taħt amministrazzjonijiet oħra, fejn ħafna mill-wegħdiet li saru ma twettqux.
Leg 12 PQ #2653 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Interim From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm Ministri fil-Gvern tiegħu li mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet sal-lum li m’attendewx għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u jekk ir-risposta hi fl-affermattiv jista' jgħid għaliex m'attendewx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2654 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru – Laqgħat ma’ Kapijiet ta’ stat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid ma’ kemm-il kap tal-istat iltaqa’ waqt żjarat statali li għamel minn kemm ilu li laħaq Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li Prim Ministru jagħmel żjarat uffiċjali u mhux żjarat statali. F’dan il-kuntest kif jaf l-Onor Interpellant, f’April għamilt żjara uffiċjali fi Franza fejn saret laqgħa mal-President Franciz, Francois Hollande.
Leg 12 PQ #2655 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru – Laqgħat ma’ Kapijiet ta’ stat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Kap ta’ stat laqa f'pajjiżna bħala Prim Ministru minn kemm ilu li laħaq Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf tajjeb l-Onor Interpellant, ma kien hemm l-ebda żjara pprogrammata ta' Kap ta' Stat.