Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – individwu — safar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, kemm-il darba siefer mal-Ministru bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Settembru 2017, x’kienu l-okkażjonijiet u n-natura tas-safar u kemm sewa s-safar b’rabta ma’ dan l-individwu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Artijiet – ħatra ta’ avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet maħtura bħala avukat għall-Awtorità tal-Artijiet u jekk dan sarx wara sejħa pubblika? Jekk le għaliex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
Leg 13 PQ #1633 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Artijiet – avukat – ħatra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet waqqfet Awtorità għandhiex tinħatar avukat għall-istess Awtorità li kienet waqqfet, ftit biss wara li tkun tilfet postha fil-Parlament, u jekk ma jaqbilx, jista’ jgħid hux se jagħti ordni sabiex din il-ħatra tal-persuna tiġi revokata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Iva

Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi mill-Pulizija kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ladarba l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni irreferiet il-każ tiegħu lill-Pulizija wara li sabet każ ta’ korruzzjoni wara li talab commission ta’ €25,000 fuq kuntratt ta’ riċiklaġġ? X’inhu lest jagħmel il-Ministru biex jara li l-Pulizija taqdi dmirha u tara li jittieħdu passi skont id-dritt tal-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li, in linea ma’ obbligi proċedurali u anke legali, l-investigazzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija jridu jissoktaw xorta fuq kull każ, anke fid-dawl li żgur jeżistu livelli u metodi differenti ta’ stħarriġ imewttqa minn entitajiet differenti. Dan qabel ma jittieħdu passi ulterjuri, ibbażat fuq dak li jkun irriżulta anke fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija. Kif diġà kelli l-okkażjoni li nirrimarka f’din l-istess Kamra ftit tal-ġranet biss ilu fuq l-istess każ inkwistjoni, l-Onorevoli interpellant m’għandux jippretendi li jien, bħala l-Ministru responsabbli, nindaħal fuq xi investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Kontra dak li jidher li temmen l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, dan il-Gvern ma jħossx li l-politiku għandu jkollu tali drittijiet li jindaħal.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu? Jekk għadu ingaġġat, kif jispjega dan il-Ministru ladarba l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni sabet li kien involut f’każ ta’ korruzzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhux ingaġġat ma’ xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħi.

Insulina Aspart u Glargin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-insulina Aspart u Glargin jingħataw lill-persuni dijabetiċi type 1 biss, kemm fil-każ ta’ tfal, kif ukoll adoloxxenti u adulti, u dan wara li jkunu suġġetti għall-insulina konvenzjonali għal mill-anqas sitt xhur? Jista’ jgħid għalfejn materja bħal din mhix titħalla f’idejn il-konsulent li jiddeċiedi skont il-każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-Insulina Aspart u Glargin huma regolati minn protokoli maqbula mill-GFLAC li jinkludi wkoll il-konsulenti. Dawn ikunu mfassla skond evidenza medika u diskussi mal-Clinical Chairperson. F’każijiet partikulari li jkun jeħtieġ varjanza minn dawn il-protokolli stabbiliti, il-konsulent jista’ jitlob għall-approvazzjoni ta’ din il-varjanza.

Insulina Aspart u Glargin – persuni dijabetiċi type 2

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-insulina Aspart u Glargin ma tingħatax lill-persuni dijabetiċi type 2 bħalma qed tingħata lill-persuni dijabetiċi type 1?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-mument il-mediċini relatati mad-Dijabete fosthom l-insulina Aspart u l-Insulina Glargine qed jiġu evalwati u diskussi fil-kumitati rispettivi maħturin biex jevalwaw l-inklużjoni ta’ mediċina fuq il-formolarju tal-Gvern jew tibdil fil-protokolli ta’ mediċini li diġa jinsabu fuq il-formolarju tal-Gvern.

Persuni bid-dijabete – mediniċi orali/insulina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċini orali u/jew insulina li jingħataw lill-pazjenti bid-dijabete ilhom ma jiġu aġġornati għal numru ta’ snin minkejja li kien hemm żviluppi ta’ mediċini li huma aktar effettivi u jnaqqsu l-effetti negattivi, fost oħrajn bħall-Gliptins, Glinides (Repaglinide) SGLT2 Inhibitors, Insulin Degludec u GLP1 analogues peress li b’dawn il-mediċini ġodda jirriżultaw anqas kumplikazzjonijiet, anqas każijiet ta’ hypoglycaemia u nfiq anqas ta’ flus fil-futur, u peress li s-sitwazzjoni bħalissa hija tali li l-pazjent irid joħroġ il-flus mill-but meta l-konsulent jirrakomanda dawn il-mediċini u insulina alternattiva?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15675.

Pazjenti bid-Dijabete Type 2 – blood glucose strips

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jingħataw blood glucose strips lill-pazjenti tad-dijabete type 2 sabiex jiġi stabbilit livell adekwat ta’ zokkor fid-demm, meta fl-istess ħin il-Gvern qed jagħmel enfasi sabiex il-pazjenti bid-dijabete type 2 ikunu empowered u indipendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Blood Glucose strips dejjem ġew mgħotija lid-diabetici Type 1.

Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9888 li oriġrinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-293/12 u C-594/12, fejn il-Qorti kkonkludiet li d-Direttiva 2006/24/EC hija invalida, tista’ l-Ministru tgħid x’passi qed jieħu l-Gvern sabiex jirrevedi jew jirrevoka t-Tieni Parti tal-Liġi Sussidjarja SL.440.01.?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-293/12 u C-594/12, fejn il-Qorti kkonkludiet li d-Direttiva 2006/24/EC hija invalida, l-Gvern nieda diskussjonijiet biex jevalwa l-aħjar mod rigward l-azzjoni li għanda tittieħed biex din il-problema tista’ tiġi indirizzata lokalment.
Leg 12 PQ #9991 Sitting 166 2014-06-23 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ftehim milħuq mal-Kummissjoni Ewropea dwar residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li l-ġurnal The Times fit-30 ta’ Mejju 2014 irraporta hekk: “Commissioner of Revenue at the Finance Ministry, said Identity Malta was telling potential investors they had to travel to Malta at least twice and stay here for a couple of days each time to fulfil the one-year compulsory residence requirement”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux il-mod ġenwin u in bona fede li l-Gvern qed jimplimenta l-ftehim milħuq mal-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Jannar 2014 biex ikun hemm residenza effettiva ta’ min japplika f’Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li kif intqal fil-mistoqsija parlamentari, kienet it-Times of Malta li rrapurtat dan u jidher li l-Kummissarju tat-Taxxi ġie ikwotat barra mill-kuntest tiegħu. L-iskop għal preżentazzjoni magħmula mill-Kummissarju tat-Taxxi kien biex huwa jispjega r-regoli ġurisdizzjonali applikabli għas-sistema tat-taxxa f’Malta bħal kriterja li tiġi kkunsidrata biex jiġi determinat jekk individwu huwa kkunsidrat li hu/jew mhuwiex resident f’Malta. Il-Kummissarju tat-Taxxi qatt ma għamel din id-dikjarazzjoni, qatt ma qal li wieħed sempliċiment ikollu bżonn iżur Malta tal-anqas darbtejn u joqgħod hawn għal ftit ġranet kull darba biex jissodisfa l-obbligu ta’ sena jgħix hawn li wieħed irid jagħmel u l-anqas ma qal li Identity Malta kienet qiegħda tagħti pariri lill-individwi f’dan is-sens. Il-Kummissarju tat-Taxxi kien qed jispjega l-fatti u ċ-ċirkustanzi li ttieħdu in konsiderazzjoni mid-dipartiment tat-Taxxi Interni sa’ mill-1948 (meta daħal fis-seħħ l-Att dwar l-Income Tax) biex jiddetermina r-residenza. Dan jinkludi n-numru ta’ ġranet li wieħed irid ikun prezenti, t-tip ta’ konnesjonijiet li ndividwu għandu mal-pajjiz, ir-raġuni għal presenza tiegħu f’Malta, l-konnessjoni ma’ Malta u konnesjonijiet oħra inkluż familja, reliġjon, kummerċ, sport u għaqdiet oħra, delizzji bħal tbaħħir – sid ta’ jott eċċ u irmiġġ ta’ jotts f’Malta, użu ta’ servizz bankarju lokali, indirizz prinċipali postali u oħrajn.

Malta Security Services — sistema ta’ interċettazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull użu li sar tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) mill-Malta Security Servicesmatul l-aħħar sena , kien debitament awtorizzat bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni valida skont Kapitolu 391 u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ artikolu 4(2) tal-istess Kapitolu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Inserrah ras il-Kap tal-Oppożizzjoni li kollox isir kif suppost u fl-ambitu tal-liġi li tiggerola l-interċettazzjonijiet. Madankollu nappellalu biex mistoqsijiet bħal dawn iqajjimhom fil-kumitat tas-Sigurta, li hu membru tiegħu.

Malta Security Services – manteniment u sapport tas-sistema ta’ interċettazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-manteniment u s-sapport tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) li jużaw il-Malta Security Services? Kif inhu regolat is-Support and Maintenance Agreement bejn il-Malta Security Services u l-entità responsabbli li jipprovdu dan is-sapport? X’aċċess għandhom għal din is-sistema dawn il-kuntratturi? Jista' jikkonferma li dawn il-kuntratturi b'ebda mod ma jistgħu b'mod dirett, indirett jew anke klandestinament jużaw is-sistema huma jew jinterċettaw komunikazzjonijiet ġewwa Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.

Malta Security Services – awditjar fuq is-sistema ta’ interċettazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmi jeżistu biex ikun jista’ jsir awditjar fuq l-użu li l-Malta Security Services tagħmel tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception)? Min hu responsabbli li jżomm dan l-awditjar? X’logs jinżammu dwar l-użu tas-sistemi ta’ interċettazzjonijiet tal-Malta Security Services? Kif jiġu verifikati dawn il-logs u min minn jiġu verifikati? X’garanziji jeżistu li kull użu tas-sistemi ta’ interċettazzjonijiet adoperati mill-Malta Security Services effettivament qed ikun logged u li tali logs ma jistgħux jitbagħbsu jew jitħassru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.

Malta Security Services – rendikont tal-użu tas-sistema ta’ interċettazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi rendikont li juri (anke f’forma anonima ) l-użu kollu li sar mis-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) tal-Malta Security Services u n-numru tar-referenza (reference number) tal-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Ministru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.

Malta Security Services – Interception adoperati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ judicial oversight jeżisti fuq l-użu tas-sistema ta’ interċettazzjoni (interception) adoperata mill-Malta Security Services?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9883.

Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Question

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja C-293/12 u C-594/12, fejn il-Qorti kkonkludiet li d-Direttiva 2006/24/EC hija invalida, jista’ jgħid x’passi qed jieħu l-Gvern sabiex jirrevedi jew jirrevoka t-Tieni Parti tal-Liġi Sussidjarja SL.440.01.?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.