Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tal-persuni li kkommettew suwiċidju sena b’sena b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista l-Ministru jelenka x’inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre? Jista’ jelenka x’inhuma l-istandards li għandhom jiġu osservati meta jinbena Childcare Centre ġdid u x’permessi hemm bżonn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Skont l-Istandard nru. 1 tan- National Standards for Child Day Care Facilities ippubblikati fl-2006, ir-rekwiziti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre huma dawn:
Sid ta’ Childcare Centre għandu bżonn:
Eta
` Li jkun’lfuq minn 18-il sena
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Ikollu bżonn iqabbad Superviżur Prinċipali / Maniġer li r-rekwiżiti tiegħu/ha huma:
Eta
` ’lfuq minn 21 sena
Esperjenza
Esperjenza ta’ ħidma mat-tfal
Kwalifiki
Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 5 tal-MQF u rikonoxxuta
Taħriġ fil-
Management
jew
Administration
Ċertifikat fil-Paediatric First Aid
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Żewg ittri ta’ referenzi
Is-Supervi¿ur Prinċipali / Maniġer ikun mgħejun minn Carers li għandu jkollhom dawn ir-rekwiżiti:
Eta
` ’lfuq minn 18-il sena
Kwalifiki
Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 4 tal-MQF u rikonoxxuta
Ċertifikat fil-Paediatric First Aid
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Żewg ittri ta’ referenzi
In-numru ta’ Carers irid ikun skont in-numru tat-tfal u mqassma bl-eta` kif ġej:
Eta` tat-tfalTfal allokati ma’ kull Carer
0 – 12-il xahar3
13 sa 24 xahar5
25 sa 36 xahar6
Grupp imħallat li jista’ ikollu sa tifel /
tifla wieħed / waħda biss taħt l-eta`
ta’ 18-il xahar6
L-istandard li għandu jiġi osservat meta jinbena Childcare Centre huwa Standard nru. 2 li jispjega l-ambjent fiżiku, il-binja u t-tagħmir. Hemm ukoll il-policy tal-MEPA tal-2006 http://www.pa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=545 .
Mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Childcare Centre mad-DQSE, il-permess ewlieni li hemm b¿onn huwa dan:
· Il- permess tal-Awtorita` tal-Ippjanar u pjanta tal-bini li tinkludi
Sectional drawings
bit-timbru tal-PA
Dan minħabba li matul il-proċess biex jinħareg dal-permess, l-Awtorita` tal-Ippjanar tikkonsulta mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`, Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Transport Malta u awtoritajiet oħra li l-Awtorita` tal-ippjanar tħoss li għandha tikkonsulta qabel jingħata l-permess tal-bini.
Minbarra hekk, jintalab ukoll Health & Safety Audit Certificate u ċertifikazzjonijiet oħra li jkun hemm bżonn jintalbu skont il-kuntest taċ-Child Care Centre.
Bħalissa m’hemm l-ebda obbligu li wieħed jirreġistra Child Care Centre sabiex jopera.
Aktar dettalji fuq l-istandards u l-applikazzjoni sabiex tiftaħ u tirreġistra Child Day Care Facility jinstabu fuq dil-website: http://education.gov.mt/childcareservices/Pages/About-us.aspx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill-programm tal-Anger Management offrut mit-Taqsima tal-Psikoloġija ġewwa d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn meta ġie mniedi dan il-programm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infrurmat li sa minn meta ġie mniedi l-programm tal-Anger Management offrut mid-Dipartment tal-Probation u Parole;
Ġew referuti speċifikament għall-Anger Management programm: 62 offenders
Ikkompletaw il-programm: 34 offenders
Għadhom qed jingħataw trattament għall-problema ta’ rabja: 23 offenders
Ma terminawx it-trattament: 5 offenders
Qrati ta’ Malta u Għawdex – rapporti qabel sentenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw rapporti ta’ qabel is-sentenza jiġifieri SIR/PSR/VR mill-Qrati ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex minn Jannar 2016 sad-data li qed tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-lum, mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex ħarġu:
VR – 16
SIR – 66
PSR - 63
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiġu segwiti mit-Taqsima tal-Parole fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 32 persuna li qegħdin jiġu segwiti waqt li qed jinkiteb rapport ta’ qabel ir-rilaxx u 32 persuna li ingħataw il-Liċenza tal-Parole.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18-il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18 –il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa ta’ 98 li minnhom 27 huma ta’ sess femminili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) qed isegwi persuni li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità? Kemm hu n-numru ta’ rġiel u n-numru ta’ nisa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole qed isegwi 861 persuna li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità. 153 minn dawn huma nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn Jannar 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 saru 96 rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm immigranti irregolari li ġew rilokati matul l-2013, 2014, 2015 u 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Lejn liema pajjiżi ġew rilokati? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawk li ġew rilokati? Kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom kienu tfal?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti irregolari li daħlu Malta bil-baħar bejn l-2008 u l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena, b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Sena
Numru ta’ immigranti irregolari li daħlu bil-baħar
2008
2770
2009
1468
2010
46
2011
1578
2012
1883
2013
1840
2014
590
2015
60
2016
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni minn Jannar 2016 l’hawn? Kif iddaħħlu hemm u għaliex? X’inhu x-xogħol li jsir ma’ dawn l-immigranti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-aħħar t’Awwissu kien hemm 57 immigrant li ġew miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
Dawn jiddaħlu fiċ-Ċentru mill-Pulizija minħabba li tkun inħarġitilhom Detention Order sa ma jsiru l-investigazzjonijiet dwar dokumenti, jew Removal Order li tinħareġ aktarx mill-Qrati Maltin biex jitneħħew minn pajjizna minħabba xi reat li jkunu wettqu. Sa ma jsiru l-arrangamenti ta’ safar dawk li jkollohom din l-ordni jridu jistennew fiċ-Ċentru. Jinġiebu wkoll dawk li tinħarġilhom Deportation Order wara li t-talba li jkunu għamlu għal-ażil ma tkunx ġiet aċċettata u għalhekk jintbagħatu lura lejn pajjiżhom.
L-immigranti jiġu mwassla taħt skorta f’diversi postijiet li jkun jeħtieġ li jattendu, bħal fl-uffiċċju tar-Refugee Commissioner, għand il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, il-Bord li jisma l-appelli tal-Immigrazzjoni, sptar u poliklinici.
Il-ħaddiema tas-Servizz ta’ Detenzjoni jagħmlu l-għassa meħtieġa madwar iċ-ċentru, kif ukoll iduru fost dawn l-immigranti biex jassiguraw li kollox miexi sew skond l-ordni. Barra dawk li jaħdmu direttament mal-immigranti għandek numru ta’ haddiema oħrajn li jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni kuljum fiċ-Ċentru.
Detention Services Officers – impjegati fuq xogħol ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Detention Service Officers humiex qed jiġu impjegati fuq xogħol ieħor, u jekk iva, x’inhu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba li dawn l-aħħar sentejn in-numru ta immigranti detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni kien zgħir ħafna mqabbel ma’ snin oħra, id-Detention Service Officers setgħu jitqabbdu jagħmlu xogħol ieħor. L-ewwel xogħol li ingħataw kien dak ta’ manutenzjoni madwar iċ-ċentru flimkien ma’ nies oħra tas-sengħa. Numru ieħor beda joffi servizz ta’ sigurtà fiċ-ċentri miftuha immexxija mill-AWAS matul il-ġurnata u matul il-lejl. Numru izgħar ta’ impjegati tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed joffru servizz ta sigurtà fl-Uffiċini tar-Refugee Commissioner u fl-Initial Reception Centres immexxija mill-AWAS, kif ukoll f’xi dipartimenti oħra tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed issir il-manutenzjoni taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni? Min qed jagħmilha u kemm qed tiswa flus?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawn l-aħħar sentejn, il-manutenzjoni regolari u anke proġetti ġodda qed isiru minn nies tas-sengħa li huma ngaġġati bħala Detention Service Officers. Dan il-grupp zgħir kien mgħejjun minn impjegati oħrajn li mhumiex tas-sengħa u wettqu hafna xogħol matul dan iż-żmien. B’din is-sistema ġew iffrankati ħafna flus għax l-infieq kien dovut għax-xiri tal-materjal biss. Dan seta jsir minħabba li n-numru ta’ detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni hu zgħir ħafna u għalhekk setgħu jintu¿aw numru ta’ Detention Service Officers fuq dan ix-xogħol.
It-total ta’ spejjez fuq manutenzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-aħħar t’Awwissu 2016 kien ta’ €17,984.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop li jinżamm Ċentru ta’ Detenzjoni miftuħ b’numru konsiderevoli ta’ impjegati mas-Servizz ta’ Detenzjoni, meta fl-aħħar xhur naqas sew in-numru ta’ immigranti li daħlu f’pajjiżna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-influss ta’ immigranti lejn l-ewropa, speċjalment fiċ-ċentru tal-mediterran, baqa’ għaddej b’mod regolari. Barra minn dan, numru ta’ immigranti qed jaslu f’pajjiżna, uħud b ‘mod regolari, mill-ajruport jew mill-port. Uħud minnhom jinħtieġ li jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni u dan skont ordnijiet li jingħataw mill-Pulizija jew mill-Qorti.
Tajjeb jingħad li l-ħaddiema tas-servizz ta’ detenzjoni qed jintuża biex jagħmlu xogħlijiet oħra wkoll.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Forzi Armati ta’ Malta irnexxilha tassigura fondi ewropej f’investiment f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi, il-Forzi Armati ta’ Malta ibbenefikat minn €38,441,587 u ġew assigurati €51,100,000 minn fondi ewropej għal diversi proġetti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Forzi Armati ta’ Malta f’dak li hu taħriġ, żviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlett snin il-Forzi Armati ta’ Malta għamlet avvanz kbir fejn jidħol taħriġ, zviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha. Bħala taħriġ il-Forzi Armati ta’ Malta diġa żdidilha l-fond relatat b’ħamsin elf ewro fis-sena. Il-Forza għamlet titjib sostanzjali u nvestiet sew fl-iskola nterna tagħha u qed isir issa programm strutturat annwali ta’ taħriġ.
Il-Forzi Armati ta’ Malta irrevediet diversi programmi u kontenut ta’ programmi ta’ taħriġ ħalli dan ikun jirrifletti iktar il-b¿onnijiet u ż-żminijiet ta’ llum. Reġgħu bdew jintbagħtu kadetti f’akkademji navali barra l-pajji¿, ħalli tiġi risolta l-problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali kwalifikati fl-imsemmi qasam. Iddaħħlu wkoll korsijiet ta’ tmexxija relatati ma’ promozzjonijiet u li jirriflettu r-responsabbiltajiet ġodda li membri tal- Forzi Armati ta’ Malta ikunu ser jokkupaw.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiċi il-Forza għamlet arrangamenti u diskussjonijiet fit-tul man-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) sabiex ċertu korsijiet li qed isiru ikunu rikonoxxuti skont il-livelli li din il-Kummissjoni tirrikonoxxi. Diġa ġie rikonoxxut it-taħriġ relalat ma’ reklutaġġ ta’ suldati ġodda u dan f’livell tlieta. Bħalissa għaddejin diskussjonijiet finali sabiex jiġu rikonoxxuti wkoll korsijiet oħra bħal korsijiet ta’ kmand marbut mal-promozzjonijiet, kif ukoll korsijiet għal dawk li jkunu qed jippreparaw sabiex isiru uffiċjali bil-kummissjoni.
Il- Forzi Armati ta’ Malta bdiet ukoll tibgħat diversi membri tagħha isegwu korsijiet f’istituzzjonijiet rikonoxxuti esterni, bħall-MCAST, Transport Malta u l-ITS f’ċertu ħiliet marbuta max-xogħol tal- Forzi Armati ta’ Malta, u dan minflok mal-kors isir internament. Dan qed jassigura l-għola livelli kif ukoll kwalifika rikonoxxuta f’kwalunkwe mpjieg ieħor għall-membru. Dan ovvjament b’investiment finanzjarju.
Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja, kemm żdied fis-salarju membru tal-Forzi Armati ta’ Malta, jekk qabel ma kienx jitħallas għas-snajja li kellu u issa qed jitħallas tal-għola snajja li għandu, flimkien maż-żieda f’dik li hi msejħa l-AFM Allowance?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li membru fl-Armata li per eżempju kellu l-għola klassi ta’ snajja u li ma kienx jitħallas tagħha minħabba li qabel kienet bil-kwota ta’ kemm jitħallsu nies, issa żdied sa massimu ta’ €899.54 fis-sena, li jinkludi wkoll iż-żieda f’dik l-imsejħa AFM Allowance. Dan jiddependi mil-livell ta’ snajja li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu u ta’ xiex qabel kien jitħallas.
Forzi Armati ta’ Malta – problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jipprova jirrimedja l-problema ta’ nuqqas ta’ Uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali sabiex joperaw il-laneċ li għandha fi ħdanha l-Forzi Armati ta’ Malta, liema nuqqas kien wisq evidenti qabel Marzu 2013? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien dan in-nuqqas?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li iva huwa minnu li l-Armata għandha nuqqas ta’ uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali barra l-pajjiż sabiex joperaw il-laneċ li għandha fil-pussess tagħha. Dan in-nuqqas ġie minħabba li wara l-1999, il-Forzi Armati ta’ Malta ma bagħtitx iktar uffiċjali jitħarrġu f’akkademji navali. L-aħħar grupp li kien intbagħat, kien intbagħat ġewwa l-Germanja fl-imsemmija sena. Sussegwentament il-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tħarreġ il-membri tagħha jew internament jew billi tibgħathom isewgu korsijiet oħra imma mhux f’akkademji navali.
Dan in-nuqqas dan l-aħħar inħass sew meta l-Forza immodernizzat sew l-assi tagħha u ma kelliex biżżejjed uffiċjali kwalifikati sabiex topera dawn il-lanec. Dan in-nuqqas issa qed jiġi rimedjat billi l-Forzi Armati ta’ Malta qed terġa tibgħat uffiċjali tagħha isegwu korsijiet professjonali f’akkademji navali ġewwa l-Irlanda u l-Italja sabiex, mill-aktar fiss possibli, timla l-imsemmi nuqqas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’benifiċċji ħadu d-Detention Service Officers mill-ftehim settorjali li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-GWU f’Mejju tal-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li b’riżultat tal-ftehim settorjali li ġie iffirmat bejn il-Gvern u GWU, l-uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed igawdu minn dawn il-benefiċċji mill-1 ta’ Jannar 2015:
· Il-ħaddiema li kienu jaħdmu mas-Servizz ta’ Detenzjoni fil-ġurnata tal-ftehim ġew assimilitati bħala Detension Service Officers (DSO) fi skali ta paga differenti skond in-numru ta snin li kienu ilhom ingaġġati mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dan irrizulta li Detention Service Officers li kellhom tal-anqas 8 snin servizz telghu fi skala 12, dawk li kellhom tal-anqas sentejn (2) servizz telgħu għal skala 13 u dawk li kellhom anqas minn sentejn ġew assimilati fil-grad ta Detention Service Officer imma taħt il-kundizzjonijiet il-ġodda. Awtomatikament dan ġab miegħu żiediet konsiderevoli fil-pagi ta dawk involuti.
· Dawk il-ħaddiema li jaħdmu direttament fis-Servizz ta’ Detenzjoni bdew jibbenefikaw minn allowance ta €1,258 fis-sena.
· Fejn qabel kien hemm biss grad wieħed ta’ Detention Service Officers, issa din il-klassi għandha 4 gradi; li huma: a) Assistant Detention Manager (skala 7), Detention Shift Duty Manager (skala 9), Officer in charge Detention Shifts (skala 11/10) u Detention Service Officer (skala 14/13/12). B’hekk issa dawk li jaħdmu fis-Servizz ta Detenzjoni għandhom l-opportunita li jtejjbu l-karriera tagħhom skont il-ħila u l-esperjenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip u xi kwalità ta’ taħriġ qed jingħataw id-Detention Service Officers? Min qed jagħti dan it-taħriġ u kemm qed jiswa flus?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni jingħataw diversi tipi ta’ taħriġ kemm dawk li jingħataw mingħajr ebda ħlas kif ukoll dawk li jkun hemm il-ħlas għalihom. Dawn huma:
Emergency Evacuation Plans for the House Compound
Emergency Evacuation Plans for ‘B’ Block Compound
Emergency Evacuation Training Drills (including fire evacuation)
DS Standing Orders
Action for new immigrant arrivals
Action on Refusal of food and Fluid
Pregnant Women in Detention
Actions following an escape or attempted escape from Detention
Deaths in Detention
Sexual Harassment Policy for Detention Service
PAHRO regulations (their rights/work against management/pushing against authority etc)
Sexual Harassment at work
Memos (explanation of leave/sick leave)
Security Measures, Immigrants Rights and Obligations.
Dr Meillo : How to handle Ebola suspected and other medical/health issues.
Khalil Stelmart : Employee Support Programme.
Emergency Response & Rescue Corps : First Aid Course. Cost : €360.
Emergency Response & Rescue Corps : Fire Fighting Course. Cost : €225.04.