Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Malta – leak ta’ culvert – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandu problema ma' Transport Malta fuq leak ta' culvert?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27969 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Somma tal-Air Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandu problema fuq is-somma tal-Airmalta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, ġiet mistħarrġa u ttieħdet deċiżjoni. L-individwu ġie mgħarraf permezz ta’ ittra li ntbgħatet personalment lilu, qabel saret din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 12 PQ #27970 Sitting 438 2016-10-28 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ARMS – installment plan – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandha problema fuq l-installment plan mal-ARMS?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ huwa solvut.

Xiri ta’ post tal-housing – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament rigward xiri ta’ post tal-housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġiet ikkuntattjata mill-Awtorità tad-Djar u ngħatat l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-każ tagħha.

Kunsill Lokali Siggiewi – skema sabiex jiġu rranġati Housing Estates

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi applikax u bbenifikax mill-iskema sabiex jiġu rranġati Housing Estates? U jekk iva, liema kienu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għadu ma bbenifikax mill-iskema attwali li tikkonċerna l-irranġar tal-komun ġewwa l-Housing Estates. Madanakollu, huwa maħsub li, l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser jiġi kkuntatjat fil-futur qarib biex ikun jista’ jipparteċipa f’din l-iskema matul s-sena d-dieħla.

Mġarr Malta – skola – konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jieqaf l-inkonvenjent tat-traffiku u kaos ħdejn l-iskola tal-Imġarr Malta waqt il-ħinijiet tal-bidu u t-tmiem tal-iskola minħabba li l-karozzi qegħdin jieqfu f'nofs tat-triq sabiex iniżżlu u jtellgħu t-tfal tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej studju sabiex isiru pjanijiet ġodda ħalli jittaffa l-inkonvenjent li xi drabi jiġi esperjenzat quddiem l-iskola.

Mġarr Malta – skola – konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jieqaf l-inkonvenjent tat-traffiku u kaos ħdejn l-iskola tal-Imġarr Malta waqt il-ħinijiet tal-bidu u t-tmiem tal-iskola minħabba li l-karozzi qegħdin jieqfu f'nofs tat-triq sabiex iniżżlu u jtellgħu t-tfal tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ħdejn l-iskola Primarja ta’ l-Imġarr qed ikun hemm kuntistabbli kuljum waqt id-dħul kif ukoll waqt il-ħruġ tat-tfal biex fost doveri oħra jikkontrolla it-traffiku. Infurmat ukoll li l-Pulizija ma jirriżultaliex li jkun hemm kaos ħdejn din l-Iskola f’dawn il-ħinjiet u saru diversi spezzjonijiet li minnhom irriżulta li t-traffiku miexi aħjar mis-snin ta’ qabel. L-ispezzjonijiet ser ikomplu.

Baħrija – Triq Gwiedi — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li Triq Gwiedi fil-Baħrija jsirulha x-xogħlijiet neċessarji għaliex tinsab fi stat ferm ħażin kemm għad-detriment tar-residenti ta' din it-triq kif ukoll min jagħmel użu minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rabat Malta — Nuqqas ta’ aċċessibiltà fil-librerija pubblika – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, rigward nuqqas ta' aċċessibiltà fil-librerija pubblika tar-Rabat Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata. In-nuqqas ta' aċċessibiltà jirreferi għall-lift li kien hemm fil-binja li iżda ma jaqax taħt il-Libreriji Maltin. Infurmat li diġà ġew ikkuntattjati l-awtoritajiet konċernati sabiex tinstab soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta' aċċessibiltà.

Każijiet ta’ Traffikar ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga li nqabad mill-Pulizija, ġew minn barra l-pajjiż bl-ajru, kien hemm matul l-2015 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin it-titjiriet? X’tip ta’ droga nqabdet u kemm kien l-ammont? Kemm kien hemm persuni arrestati? Ta’ liema nazzjonalità kienu l-persuni arrestati? Kemm huwa maħsub li kien il-valur fit-triq tad-droga maqbuda skont it-tip tad-droga maqbuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett każi ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-Pulizija u li ġew bl-ajru. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #27337 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Triq Pietru Feliċi — ħajt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23522, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni skont l-liġi u jara li jitla’ ċint kif tistipula l-istess liġi madwar art li tinsab fi Triq Pietru Feliċi ġewwa Ħal Qormi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li tista’ tittieħed hija mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt l-Artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex jitneħħa xi periklu. L-Awtorità se tinvestiga l-każ biex tistabbilixxi jekk jeżistix periklu u tieħu l-passi jekk ikun meħtieġ.

Skart f’għalqa – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament sabiex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni li għandha fejn kien intefa’ skart fl-għalqa tagħha meta rranġaw it-triq ħdejn iċ-ċimiterju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ jew obbligi ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #27432 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Qormi — Ħsejjes ta’ livelli għolja – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23355 datata 17 ta’ Frar 2016, jista' l-Ministru jindika xi żviluppi kien hemm wara li kont ġejt infurmat li l-każ qiegħed ikun segwit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jista jieħu passi biss taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika jekk jiġi ppreżentat ċertifikat mediku, liema ċertifikat s’issa ma ġiex pprovdut mill-persuna msemmija.

Ħal Qormi – Triq il-Ħammieri – karru pparkjat

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex karru li ilu pparkjat diversi xhur fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi jitneħħa minn fuq il-post, għax ilu jiġi rrapurtat kemm-il darba imma qatt ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-Pulizija ma rriżultaliex li hemm karru pparkjat fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi.

Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – Triq Dun Anton Vella – passi kontra min jarmi ħmieġ fejn l-iskips

Question

Jista’ l-Ministru jelenka f’kemm-il każ il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħa passi kontra nies li nqabdu jarmu ħmieġ fejn l-iskips fi Triq Dun Anton Vella, fiż-żona li qiegħdha mgħassa bil-cameras?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li m’għandu l-ebda skips fi Triq Dun Anton Vella fis-Siġġiewi. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-bring-in site li tinsab fi Triq Nikola Bonello, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jinforma li ma kellu l-ebda każ li fih kien hemm bżonn li jittieħdu passi kontra xi persuna. Il-Kunsill Lokali jieħu ħsieb li l-bring-in site titbattal b’mod regolari biex ir-residenti jkunu jistgħu jiddisponu mill-iskart kif suppost.

Każijiet ta’ pickpocketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pickpocketing fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu? Jista’ jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li in-numru ta’ rapporti ta’ serq ta’ pick-pocketing rrapurtatti lill-Pulizija minn Jannar 2015 sa Diċembru 2015 kien jammonta għal-elfejn u tletin każ. Bejn Jannar u Awwissu 2016 l-ammont kien ta’ elf, tmien mija u tnejn u disgħin. Dettalji dwar il-lokalitajiet fejn seħħew dawn il-każijiet ta’ pick-pocketing u x’kienu l-affarijiet misruqa, jinsabu fuq it-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-ammont ta’ persuni li tressqu il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien ta’ disa u tletin u dawn kienu sebgħa Maltin u tnejn u tletin Barrani, ċittadini tal-pajjizi li jidhru fit-tabella. Persuni mressqa l-Qorti Maltin Barranin 2015 8 1 7 Kaz (2 Libyani - 2 Rumeni - 3 Bulgari) 2016 * Sa Awwissu 31 6 25 Kaz (13 Bulgaru 8 Rumeni 1 Mexico - 2 Somalia - 1 Spanjol) Total 39 7 32

Rapporti ta’ persuni nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ persuni nieqsa lill-pulizija fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm persuni baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2016, kien hemm ħames mija u tletin persuna li kienu rpportati nieqsa. Minnhom ħmistax għadhom nieqsa . Tlett mija tnejn u sittin persuna kienu ta’ sess femminili filwaqt li mija tmienja u sittin kienu ta’ sess maskili. L-etajiet tagħhom kien jvarja hekk kif jidher fit-tabella aktar l-isfel: Eta 0-15 15-20 20-25 25-30 30-35 35-40 40-45 45-50 50-55 55-60 60-65 65-70 70-75 75-80 80-85 85-90 Mhux maghrufa Total 103 256 22 30 26 16 14 16 10 11 10 4 3 2 3 1 3 Ghadhom nieqsa 1 2 4 4 1 1 1 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0

Reati ta’ Hold ups

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti akkużati b’hold ups fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija kif ġej: Fis-sena 2013 kien hemm għaxar persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, seba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn il-wieħed u għoxrin sena u t-tlieta u ħamsin sena. Fis-sena 2014 kien hemm tlettax – il persuna, waħda ta’ sess femminili u tnax ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akkużati b’hold ups. Minnhom, ħdax kienu Maltin filwaqt li tnejn minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tnejn u għoxrin sena u l-erba’ u ħamsin sena. Fis-sena 2015 kien hemm tlettax – il persuna, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, sitta kienu Maltin filwaqt li seba’ minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn id-dsatax u t-tmienja u tletin sena Fis-sena 2016 (sa Awwissu) kien hemm seba’ persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, erba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tmintax u t-tmienja u erbgħin sena.

Rapporti ta’ reati fil-konfront ta’ Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi jew impjegati ta’ Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ reati rraportati lill-pulizija fil-konfront ta’ Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi jew impjegati ta' kunsilli lokali bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u lokalità b’lokalità? Kemm kienu l-każi li fuqhom tressqu nies quddiem il-Qorti, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ reati twettqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni ta’ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni taħt it-18-il sena quddiem il-Qorti bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din l-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u dwar xiex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Persuni ta taħt it-18 –il sena mressqa l-Qorti: 2006 – 259 2007 – 259 2008 – 250 2009 – 260 2010 – 328 2011 – 281 2012 – 282 2013 – 234 2014 – 238 2015 – 296 2006 (sa Awwissu) – 201 Ir-raġuni għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu: offiżi ta’ serq – offiżi relatati ma’ droga – frodi ħsarat volontarji u nvolontarji – kkaġunaw feriti – theddid u nsulti – ksur tar-regolamenti tat-traffiku – ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi – tipjip f’postijiet projbiti – ħruq – ksur tal-ordni pubblika – dagħa u kliem oxxen – pussess ta-pornografija – m’obdewx l-ordni min uffiċċjali pubblici – offiżi u/jew vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi – theddid - telefonati anonimi – vjolenza fuq il-pudur – użu hażin ta’ computer – offiżi relatati ma prostituzzjoni, fost oħrajn.