Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' mediċini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.

Ħal Qormi – Triq Ġorġ Mifsud Chircop — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Ġorġ Mifsud Chircop f’Ħal Qormi peress li sal-lum dan ix-xogħol għadu ma bediex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq għad trid tiġi ffurmata mill-iżviluppaturi/residenti, skont l-obligi tagħhom. Transport Malta tesegwixxi x-xogħlijiet ta’ asfalt wara li t-triq tkun iffurmata u skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Leg 12 PQ #28323 Sitting 450 2016-11-09 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma — problema - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba problema li ilha pendenti fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.
Leg 12 PQ #28190 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Infestazzjoni ta’ ġrieden – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għamlu l-ispezzjoni neċessarja u għalhekk il-każ qed ikompli jiġi segwit.

Leak ta’ culvert – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27968, jista' l-Ministru jara li l-każ dwar leak ta’ culvert jiġi solvut?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għamel kuntatt mal-persuna li tgħaddew id-dettalji tagħha ma’ din il-PQ u li allegatament qed issofri minn danni ikkawżati minn leakage ta’ water culvert. Informat li r-responsabiltà ta’ Triq l-Imdina, li hija triq arterjali, tinqasam fi tnejn. Il-parti bejn ir-roundabout il-kbira ta’ Qormi u l-golf course taqa’ fir-responsabilta’ tal-Kunsill. Il-parti l-oħra li mir-roundabout tieħu lejn Ħaż-Żebbuġ u minn Ħaż-Żebbuġ lejn ir-roundabout taqa’ fir-responsabilita’ ta’ TM). Is-service road fil-parti li mir-roundabout tieħu lejn Ħaż-Żebbuġ taqa’ fir-responsabilta’ tal-Kunsill. Jirriżulta li dan il-culvert jinsab fi Triq Imdina, bejn Triq Antonio Muscat Fenech u Triq San Bartilmew.

Baħrija – Triq Gwiedi — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27966, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Gwiedi fil-Baħrija taqax taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta jew tal-Kunsill Lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi ma' tinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà.

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjeta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28202 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal car wash fl-istess proprjeta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Permessi ta’ l-izvilupp għal dan it-tip ta’ użu huma regolati bid-dokument Policy, Guidance and Standards 2015, liema dokument jiddefinixxi dawn bħala “…a garage for vehicles used for hire or for the provision of a private or public transport service (including buses, mini-buses, taxis and self-drive hire cars).” B’żieda ma dan, l-Artikolu 4(d) tal- Ordni tal-2014 dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (Avviz Legali 74/2014) ikompli jgħid hekk. 4. Ebda ħaġa f’xi Klassi speċifikata fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordni ma għandha tinkludi xi użu għal dawn li ġejjin: (d) negozju ta’ taxi, kiri ta’ vetturi bil-mutur jew public service garage; Dan ifisser illi sabiex garaxx jintuza ghal skop illi jinzammu ġewwa fih karozzi għall-kiri, dan għandu bżonn permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Fl-ebda istanza ma jezisti dritt awtomatiku illi l-istess garaxx jintuza ukoll għall skopijiet ta’ car wash kummerċjali, sakemm din ma tkunx specifikament indikata fil-proposta ta’ l-applikazzjoni u tkun permessa fl-imkien ma l-uzu principali. Madankollu, xejn ma jipprekludi illi is-sid tal-vetturi jaħsel il-karozzi tal-kiri tiegħu stess fl-istess garaxx, bhal ma jista jagħmel kull sid ta’ vettura privata fil-konfini tal-garaxx tiegħu, sakemm din l-attivita’ speċifika ma tkunx projbita b’xi kundizzjoni tal-permess, u sakemm jigu osservati regolamenti ohra ta’ awtoritajiet ohra konċernati, bħal dawk tas-sahha pubblika.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Gandlora - Sleeping Police

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ jirranġa l-sleeping police minn Triq il-Gandlora għal Triq Dun Mikiel Scerri peress li jinsabu mkissra u ta' periklu għas-sewwieqa u r-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li ż-żewġ toroq li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jinsabu f’żewġ żoni differenti u mhux relatati. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liem sleeping police qed jirreferi.

Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ – tined fuq l-istages mill-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru tined fuq l-istages mill-Belt għal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorita’ tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta. Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Bdiewa li jaħdmu organic — inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jinforma x'xogħol qiegħed isir sabiex il-bdiewa jkollhom inċentiv li jaħdmu organic u jekk hemmx xi ħsieb li jsiru inċentivi jew policy f'dan ir-rigward?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru, mill-lat leġislattiv, jieħu ħsieb l-interessi tas-settur organiku lokali waqt it-tfassil ta’liġijiet fl-ambitu ta’ taħditiet li qegħdin iseħħu fil-livell Ewropew u jara li l-liġijiet li jittrattaw dan is-settur jiġu osservati. Dan isir permezz ta’ kontrolli fis-suq li jikkumplimentaw is-sistema ta' ċertifikazzjoni eżistenti fil-waqt li jara li kull min għandu interess li jidħol f’dan is-settur ikollu punt ta’ riferiment fejn jirrikorri sabiex jikseb kull informazzjoni utli sabiex jopera f dan is-settur. Dwar inċentivi finanzjarji nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Siġġiewi – Sqaq in-Nadur — aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq Sqaq tan-Nadur fis-Siġġiewi li pjanta tiegħu qed jingħataw separatament sabiex jitwessa’ u jkun aktar aċċessibbli għan-nies li għandhom l-għelieqi f’dan l-isqaq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi – Sqaq in-Nadur — aċċessibilità

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq Sqaq tan-Nadur fis-Siġġiewi li pjanta tiegħu qed tingħata separatament sabiex jitwessa’ u jkun aktar aċċessibbli għan-nies li għandhom l-għelieqi f’dan l-isqaq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28186.
Leg 12 PQ #28188 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed tingħata separatament minħabba li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li qed isir kuntatt kontinwu mal-persuna msemmija sabiex il-problema tiġi solvuta.

Infestazzjoni ta’ ġrieden – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infestazzjoni ta’ ġrieden?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar, sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn ġiet infurmata x’għandha tagħmel f’tali ċirkustanzi. Peress li l-problema tas-Sinjura ma titrattax dwar tiswijiet, l-inkwilina ġiet mgħarrfa li tali għajnuna trid tinkiseb mid-Dipartiment responsabbli mill-affarijiet tas-sanita.

Il-Gudja — Triq Pawlu Mallia - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk u meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Pawlu Mallia l-Gudja u tinfetaħ għall-pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta’ tal-iffurmar tat-triq hija tal-iżviluppaturi jew residenti. Ġaladarba t-triq tiġi ffurmata skont il-Liġi, Transport Malta tkun tista’ tesegwixxi xogħlijiet ta’ asfalt skond il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess ta’ akwist.

Triq il-Buskett – qtugħ ta’ ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex isir il-qtugħ ta' ħaxix fi Triq il-Buskett, eżattament meta taqbeż ir-razzett ta' Xkejjer Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li l-qtugħ ta’ ħaxix taż-żoni mhux urbani jsir regolarment mill-ħaddiema tal-community work scheme, skont il-ħtieġa. Skont il-Kunsill Lokali l-akbar problema fl-inħawi hija r-rimi bl-addoċċ ta’ skart u l-ħruq tal-istess skart. Il-Kunsill Lokali qed jipprova jinstalla cameras apposta biex dan l-abbuż jinqata’.
Leg 12 PQ #28173 Sitting 445 2016-11-01 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Problema ma' kumpanija — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-problema li għandha fuq każ tal-kumpanija li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kif ukoll persuni oħra fl-istess sitwazzjoni jew simili, ser ikunu qed jiġu kkuntattjati fil-mument opportun.