Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr (Malta) — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780 għall-ewwel parti tal-Mistoqsija. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq imbaghad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist. Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hu ppjanat li jitlesta x-xogħol ta’ tisbieħ fuq spazju miftuħ fi Triq il-Magħkuba.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28602 rigward abbuż ta’ ċertu operaturi tal-bejgħ tal-karozzi second hand fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil dawn l-istess operaturi u l-valur ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet mis-sena 2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ – Triq Wied is-Sewda – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex Triq Wied is-Sewda ġewwa Ħaż-Żebbuġ tiġi rranġata peress li tinsab fi stat perikoluż u ta' inkonvenjent għal kull min jagħmel użu minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ li Triq Wied is-Sewda hija nkluża fost toroq rurali oħrajn li ser japplika biex isiru b’fondi mill-Unjoni Ewropea.

Ħaż-Żebbuġ – Triq Wied is-Sewda – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex Triq Wied is-Sewda ġewwa Ħaż-Żebbuġ tiġi rranġata peress li tinsab fi stat perikoluż u ta' inkonvenjent għal kull min jagħmel użu minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

Ħal Qormi – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq jew sqaqien ġew identifikati mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi fejn intalbet l-għajnuna sabiex isiru minn Transport Malta jew b'kollaborazzjoni ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta' Ħal Qormi mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif wkoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26955. Intant, toroq li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżvilippaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist. Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hu ppjanat li jitlesta’ x-xogħol ta’ tisbieħ fil-Wied ta’ Ħal-Qormi.

Ħal Luqa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta' Ħal Luqa mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26955 u 28780 għax-xogħlijiet li saru minn Transport Malta. Lista ta’ xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siġġiewi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tas-Siġġiewi mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 26955 għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għax-xogħlijiet li saru minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq toroq isiru wara li jkunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti skont kif tobbliga l-liġi u abbażi tal-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist. Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Siġġiewi – Sqaq tan-Nadur — aċċessibilità

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28186, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq Sqaq tan-Nadur fis-Siġġiewi li pjanta tiegħu qed tingħata separatament sabiex jitwessa' u jkun aktar aċċessibbli għan-nies li għandhom l-għelieqi f'dan l-isqaq?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant japprezza li l-proċess biex isir t-twessiegħ mitlub jinvolvi esproprjazzjoni ta’ art mill-privat u l-ħlas ta’ kumpens. Dan mhux kompitu tal-Kunsill Lokali.

Ħal Qormi — bdil ta' sinjali

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' ssir reviżjoni tas-sinjali tat-traffiku fejn l-FXB ġewwa Ħal Qormi, sabiex terġa' tinbidel għal STOP minn Give Way minħabba li qiegħdin jsiru ħafna aċċidenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-talba ser tiġi kkunsidrata mis-sezzjoni għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata' l-abbuż sfrenat li qiegħed isir minn ċertu operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand li jinsabu fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fejn dawn ta' kuljum qegħdin joħorġu l-karozzi tagħhom f'din it-triq u jokkupaw il-ftit parkeġġi li hemm għad-dispożizzjoni tar-residenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-pulizija tad-distrett konxja mill-abbuż ta` ċerti operaturi tal-bejgħ ta` karozzi second hand fi Triq l-Imdina Ħal Qormi meta dawn joħorġu l-karozzi tagħhom u jokkupaw diversi parkeġġi illegalment fl-istess triq. Infatti, spezzjonijiet isiru regolarment mill-Pulizija tad-distrett kif ukoll mill-pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku biex dan l-abbuż jinqata` u din is-sena nħarġu diversi ċitazzjonijiet kontra dawk il-persuni li kissru il-liġi bl-aġir tagħhom.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata' l-abbuż sfrenat li qiegħed isir minn ċertu operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand li jinsabu fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fejn dawn ta' kuljum qegħdin joħorġu l-karozzi tagħhom f'din it-triq u jokkupaw il-ftit parkeġġi li hemm għad-dispożizzjoni tar-residenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu informazzjoni ta' abbuz huwa ġentilment mitlub li jgħaddi kull informazzjoni li jista' jkollu lil Pulizija li huma responsabli mill-enforzar tal-liġi.

Ħsarat fil-blokka — spezzjoni - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-blokka li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba ħsarat li hemm fil-blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minkejja li l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultalhiex li kien hemm rapporti pendenti ta’ ħsarat kif imsemmi b’mod separat, xorta waħda ittieħdet azzjoni u saret spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, fejn qed jittieħdu passi sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa.

Edukazzjoni għal tfal adottati — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament rigward opportunitajiet ta' edukazzjoni għal tfal adottati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata u l-każ ġie diskuss.

Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi — frekwenza ta' tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jara li tiżdied il-frekwenza ta' tal-linja li titlaq minn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi direzzjoni Ħal Qormi bejn is-6am u s-7.30am minħabba li qiegħda tkun dejjem full-up f'dak il-ħin partikolari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li uffiċċjali minn Transport Malta ser ikunu qed iwettqu surveys fuq ir-rotot 61 u 62 li jservu il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. Dan ser isir sabiex tiġi analizzata d-domanda fuq dawn iż-żewġ rotot bl-iskop li jiġu addottati miżuri sabiex l-andament tagħhom jiġi mtejjeb jekk tiġi identifikata l-ħtieġa.
Leg 12 PQ #28595 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad Dingli li ma għandhomx ilmenti ta’ riħa ta’ ħruq ta’ plastik. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-inħawi ta’ bejn iż-żewġ lokalitajiet huma mifruxa mhux ħażin u allura nitolbu jkun aktar speċifiku u jindika liema nħawi qed jirreferi għalihom.

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għal investigazzjoni intlaqat pero’ sabiex jiġi nvestigat rapport ta’ din in-natura, hija meħtieġa iżjed informazzjoni li tista’ tigwida din l-investigazzjoni, b’mod partikolari, dati u ħinijiet ta’ meta tiġi innotata din ir-riħa u indikazzjoni ta’ fejn, f’din iż-żona wiesgħa, qed tinxtamm din ir-riħa.
Leg 12 PQ #28598 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28599 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.