Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi proċedura partikolari sabiex issir road hump ġewwa lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Kunsill Lokali konċernat irid jagħmel talba lil Transport Malta għal tali road hump u jinkludi pjanta ta’ skala 1:2500 fejn qed jipproponi tali road hump, wisa’ tat-triq u żewġ ritratti sabiex l-Awtorità tkun tista’ tipproċessa t-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li xi sezzjoni li jaħdmu fil-Qasam tat-Turiżmu għandhom ġimgħa tax-xogħol ta' 46 siegħa minflok ta’ 40 siegħa u għalhekk mhux qed jitħallsu ta' overtime u anke l-Ħadd qed jitħallsu bis-siegħa siegħa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Każ ta’ individwu dwar id-Dipartiment tal-Artijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ dwar id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li dettalji dwaru ngħataw separatamet ġie kkuntatjat u informat dwar il-proċedura li għandu jieħu sabiex iressaq il-każ tiegħu lid-Dipartiment Propjeta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward każ dwar allowances tat-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u ingħatat l-informazzjoni meħtieġa dwar il-problema tagħha fuq l-allowance tat-tfal. Is-Sinjura se tkun qiegħda tirċievi d-differenza fil-ħlas wara li d-Dipartiment irċieva id-dokumenti li ma kellux għad-diżpożizzjoni tiegħu.
Programm Leader – proġetti minn fondi Ewropej – ex/post on-site inspection
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-kriterji li jintużaw sabiex jintgħażlu l-benefiċċjarji ta’ proġetti minn Fondi Ewropej taħt il-programm Leader għal-Ex/Post on-site inspections? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ liema proġetti saritilhom ex/post on-site inspection tal-proġetti taħt il-programm Leader, xahar b’xahar mis-sena 2013 ‘l hawn?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontrolli li jsiru ex post fuq progetti taħt mizuri tal-investment fill-fond agrikolu għall-iżvilupp rurali huma dawk meħtieġa skont Article 71 tar-Regolament (EU) No 1303/2013 of the European Parliament and of the Council, li jgħoddu għal ħames snin mid-data pagament finali sabiex jiġi żgurat li qed jinżammu r-rekwiżiti ta’ durabilita’.
Dawn il-kontrolli isiru skont kif maħsub taħt l-artiklu 52 tal- Commission Implementing Regulation 809/2014, u ċioe’ fuq kampjun magħżul fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju li miegħu jiġu miżjuda l-ispezzjonijiet li jsiru kull darba li l-Aġenzija tal-Pagamenti tirċievi senjalazzjoni ta’ ksur potenzjali, kif ukoll fuq kampjun aleatorju.
Mill-2013 sal-lum saru 3 kontrolli ‘ex-post’ fuq il-proġetti taħt il-programm Leader, b’numru t’applikazzjoni NGO00002, NGO00020 u 1286-1403. Waqt li l-ewwel żewg kontrolli ġew iffinalizzati, l-kontroll fuq l-aħħar applikazzjoni ma ġiex finalizzat minħabba li l-benefiċarju ma kkonfermax l-appuntament sabiex issir l-ispezzjoni necessarja.
Abbuż ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol prekarju – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jiġi investigat każ ta' abbuż ta' kundizzjonijiet ta' xogħol prekarju?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-persuna msemmija infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jindika x'inhi r-raġuni għaliex il-parkers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei għandhom paga differenti mis-securities li jaħdmu ġewwa l-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema tas-sigurta’ u li jaħdmu fil-parkeġġ ġewwa l-isptar Mater Dei jonoraw kuntratti b’kundizzjonijiet differenti.
Is-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa – road humps/sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm road-humps/sleeping policeman ġewwa l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-rekords ta’ Transport Malta, ir-road humps li hemm fis-Siġġiewi huma 11, f’Ħal-Qormi huma 44 u f’Ħal-Luqa huma 16.
Appartament tal-Housing – problema tad-drenaġġ – każ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta' drenaġġ f'appartament tal-housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għada kemm saret spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, fejn ġie vverifikat l-ilment u għaldaqstant ser ikunu qed jittieħdu passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jindika jekk skont il-miżuri tal-budget, il-mediċina għal kontra l-kanċer bl-isem ta' Nivolumab humiex se jiddaħħlu fil-formularju sabiex jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti? Jekk iva, minn meta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin.
Ħal Qormi – Triq l-Erba’ Qaddisin – zebra crossing
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21728, jista' l-Ministru jindika x'kienu l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar talba għal zebra crossing fi Triq l-Erba’ Qaddisin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li għaddew saru diskussjonijiet mas-Sindku ta’ Ħal-Qormi fuq din it-talba. Din ser tiġi diskussa mal-Kunsill, li minn naħa tiegħu għandu jressaq il-proposti tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq iċ-Ċawsli ġewwa Ħal Qormi minħabba li kif jixhed ir-ritratt li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed joqgħod l-ilma f'parti tat-triq minn din it-triq b'detriment għar-residenti li joqogħdu f’din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament minħabba allegat każ ta’ żball fuq kont ta' taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780 għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq imbaghad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Lista ta’ xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità tar-Rabat (Malta) mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijijiet Parlamentari 26955 u 28780. Toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist:
Lista ta’ xogħlijiet li saru u li huma ppjanati li jsiru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika x-xogħlijiet kollha li saru fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija kif ukoll jgħid x'xogħlijiet hemm maqbula jew maħsuba li jsiru fl-istess lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26955. Intant it-toroq residenzjali li għandhom bżonn jingħataw wiċċ ta’ asfalt jsiru minn Transport Malta wara li dawn ikunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi. Ix-xogħolijiet fuq dawn it-toroq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist:
Lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena d-dieħla hu pjanat li jsir ix-xogħol fuq il-proġett f’Had-Dingli bħala parti mill-inizjattiva tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Arti fi Spazji Pubbliċi bl-isem “ Games from my childhood”.
Matul is-sena tibqa’ ssir il-manutenzjoni meħtiega fuq il-proġett tal-belvedere/promenade fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.