Jista’ l-Ministru jara l-każ rigward penali fuq taxxa tal-boll tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 fil-kaz ta’ trasferimenti b’titolu ta’ donazzjoni minn persuna lid-dixxendenti tagħha f’linja diretta, li jakkwistaw proprjetà immobbli bil-għan li jistabbilixxu fiha jew li jibnu fuqha r-residenza unika u ordinarja tagħhom, fl-istima tat-taxxa li mod ieħor tkun dovuta skont l-Att tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti ma jitqisux l-ewwel mitejn elf ewro (€200,000).
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament seħħ is-sena l-oħra meta dan il-provediment ma kienx għadu ġie fis-seħħ u fil-kaz konċernat id-Dipartiment mexa skond il-providementi applikabbli dak iz-zmien skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
Sptar Monte Karmeli — kuntrattur responsabbli mit-tindif
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk il-kuntrattur responsabbli mit-tindif tal-Isptar Monte Karmeli għandux responsabilitajiet oħra inklużi fl-istess kuntratt, u jekk hu l-każ jista' jgħid jekk id-drittijiet tal-ħaddiema humiex jiġu salvagwardjati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ rigward benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Bord Mediku li ra lill-persuna msemmija, iddeċieda li medikament ma’ hix intitolata għall-Benefiċċju tal-Ħalib (MG). Din l-informazzjoni ngħatat f’ittra bid-data 10/7/2012 li ntbagħtet lil persuna msemmija. Bħalissa għaddej appell dwar dan il-każ quddiem l-Arbitru u fil-fatt dalgħodu stess kien qed jinstema dan l-Appell. Għad ma għandix risposta dwar jekk ittieħditx deciżjoni fil-każ jew le.
Jista' l-Ministru jgħid attwalment x'benefiċċji u skemi hemm għal min:
a) jixtieq ikabbar in-negozju tiegħu;
b) jagħmel xi ristrutturar;
ċ) jibda negozju ġdid; u
d) jispiċċa minn impjegat sabiex jibda negozju tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
BOV La Valette Multi Manager Property Fund — Experienced Investors
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi rigward dawk l-investituri li investew fil-BOV La Valette Multi Manager Property Fund u ġew meqjusa bħala experienced investor? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew meqjusa bħala experienced investors?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Skond l-informazzjoni mgħoddija lilna mill-MFSA, l-investituri tal-La Valette Multi Manager Property Fund li kienu xtraw l-investiment mingħand il-Bank of Valletta plc u li ġew meqjusa bħala investituri ta’ esperjenza (experienced investors) wara li tlestiet ir-reviżjoni tal-fajls minn kumpanija ta’ servizzi professjonali, ġew innotifikati individwalment mill-bank li mhumiex intitolati għal kumpens addizzjonali skont id-direttiva maħruġa mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta lill-istess bank f’Ġunju 2012.
Id-definizzjoni ta’
investitur ta’ esperjenza
kienet stabbilita fil-prospett rilevanti u tbiddlet kemm ilu liċenzjat il-LVMMPF. Għaldaqstant, id-definizzjoni tiddependi mill-prospett li kien validu meta sar investiment. Id-definizzjoni fil-prospett ta’ Diċembru 2006 kienet tgħid hekk:
Investituri ta' esper
jenza huma dawk il-persuni li għandhom il-kompetenza, l-esperjenza u l-għarfien li jkunu f'qagħda li jieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti għalihom infushom u jifhmu r-riskji involuti.
Investitur għandu jiddikjara l-bażi li fuqha hu / hi tissodisfa din
id-definizzjoni, jew billi tikkonferma li huwa / hija:
1. persuna li tkun ħadmet fis-settur tas-servizzi finanzjarji għal mill-inqas sena f'kariga professjonali, jew,
2. persuna li tkun ilha attiva għal mill-inqas sena f'kariga professjonali, fl-akkwist u / jew fidi ta' fondi ta’ proprjetà immobbli u / jew f'titoli marbuta ma’ proprjetà immobbli, jew,
3.
persuna li, fl-aħħar 5 snin, għamlet transazzjonijiet ta' investimenti li jammontaw għal mill-inqas USD50, 000 jew l-ekwivalenti.
Fil-każ ta' żewġ Applikanti flimkien, l-Applikanti kellhom jew:
(i)
investew separatament, fl-aħħar 5 snin, transazzjonijiet ta' investiment li jammontaw għal mill-inqas is-somma jew l-ekwivalenti ta’ USD50, 000, f'liema każ kull applikant kellu jissoddisfa l-krite
rji ta’ investitur ta’ esperjenza, jew,
(ii)
investew flimkien, fl-aħħar 5 snin, tran¿azzjonijiet ta’ investimenti mwettqa konġuntament, fl-aħħar 5 snin, transazzjonijiet ta 'investiment li jammontaw għal mill-inqas is-somma jew l-ekwivalenti ta’ USD50, 000, f’liema każ, sakemm kienu l-istess applikanti flimkien, kienu jissoddisfaw il-kriterji ta’ investitur ta’ esperjenza b’mod konġunt.
Aktar tagħrif, inkluż ir-rapport tad-ditta ta’ servizzi professjonali, jista’ jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (www.mfsa.com.mt).
Jista' l-Ministru:
a) jagħti d-dettalji ta' minn min kien kompost il-bord li għażel il-proġetti taħt il-Miżura 121;
b) jipprovdi r-rapporti konċernati rigward il-proġetti mitfugħa;
ċ) jipprovdi t-tabella ta' kif ingħataw il-punti; u
d) jgħid x'se jiġri minn dawk il-proġetti li ġew klassifikati bħala eleġibbli iżda ma kienx hemm biżżejjed fondi għalihom fl-ewwel sejħa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li:
a) L-Bord li għażel il-proġetti taħt il-Miżura 121 kien kompost mil-Kap tal-Bord tal-Għażla, is-Sur Sharlo Camilleri u l-membri - bi dritt tal-vot tal-għażla – kienu s-Sinjuri Carla Ciscaldi, Eman Vella, Albert Caruana, Joseph Zammit u Marisa Debono. Is-Sinjura Ciscaldi kienet tkun sostittwita mis-Sur Robert Naudi meta ma’ setgħatx tkun parti mill-Bord.
b) Sakemm l-Onor. Interpellant, bir-rapporti konċernati rigward il-proġetti mitfugħa jrid iffiser dawk l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi u ntużaw bħala l-bażi li fuqhom ħareġ ir-riżultat proviżorju, ninsab infurmat li din id-dokumentazzjoni relatata tinsab fil-
files
individwali u mhux possibli jiġu provduti minħabba il-volum tad-dokumentazzjoni. Dawn wieħed jista’ jiflihom fl-uffiċini ta’ l-Aġenzija għall-Pagamenti.
ċ) Ir-Riżultat Proviżorju li jindika l-punti mogħtija, qiegħed jiġi mehmuż u qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’.
d) Ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Tmexxija Għall-Iżvilupp Rurali ser tippreżenta talba lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu trasferiti fondi mhux utilizzati taħt miżuri oħrajn tal-Programm Għall-Iżvilupp Rurali, għal fuq il-Miżura 121, biex jintużaw għal dawk il-proġetti li ġew ikklassifikati bħala eliġibbli iżda li ma kienx hemm biżejjed fondi għalihom fl-ewwel sejħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li Triq l-Għajn il-Kbira li tagħti għall-Buskett tingħata wiċċ bit-tarmac peress li hemm joqogħdu ammont ta’ familji li ta’ kuljum jgħaddu minn din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u mhux taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.