B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28199 , jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Gwiedi fil-Baħrija għaliex tinsab fi stat ferm ħażin għad-detriment tar-residenti ta' din it-triq u kull min jagħmel użu minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li Triq il-Gwiedi ma fijiex servizzi ta' drenaġġ u għaldaqstant il-Kunsill ma jistax jagħmel resurfacing tagħha f'dan l-istadju.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28606, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet stħarriġ minn diversi bus stops ġewwa l-lokalita’ ta’ Ħal-Qormi bejn it- 22 ta’ Novembru u il-25 ta’ Novembru 2016, fil-ħinijiet ta’ bejn is-sitta u l-għaxra ta’ filgħodu. Minn dan l-istħarriġ, irriżulta li kien hemm stanzi fejn kien hemm passiġġieri li ma’ rikbux mal-ewwel karrozza tal-linja li waslet fuqhom u dan minħabba illi il-karozza tal-linja kienet mimlija. L-istħarriġ wera ukoll illi dawn l-istess passiġġieri rikbu mal-karozza tal-linja ta’ wara u bħala medja dawn damu jistennew madwar 8 minuti.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28601, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ kollu ġo triq l-Imdina huwa kollu ‘stop’ minbarra dik ta’ ħdejn l-FXB. Dan minħabba li normalment stop signs jitqiegħdu fejn il-ħruġ ikun eżatt mal-vija tal-karreġġjata prinċipali.
Fil-każ tal-Give Way ħdejn l-FXB, din preżentament qegħda hekk minħabba li l-vetturi li jkunu ġejjin minn Ħaż-Żebbuġ lejn Ħal-Qormi fuq il-karreġġjata ta’ barra suppost qed iduru minn ġo ‘slip road’ lura lejn Ħaż-Żebbuġ. Fil-fatt, fit-triq prinċipali hemm ‘hatching’ mal-art fejn jindika li vetturi mhux suppost jgħaddu minn fuqha. Dan jagħti viżibiltà tajba għal vetturi li jkunu qed iduru mal-FXB u minħabba il-preżenza tal-hatching qabel jippermetti il-‘give way’.
Madanakollu, Transport Malta qed terġa’ tara jekk hemmx il-bżonn li jkun hemm xi bdil fis-‘setup’ preżenti minħabba li jista’ jkun li l-bżonn ta’ priorita fit-triq jaf ikun inbidel.
Applikazzjoni għas-sussidju tal-kera – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kwistjoni dwar applikazzjoni għas-sussidju tal-kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li, l-applikazzjoni ġiet proċessata u fil-jiem li ġejjin din is-sinjura ser tkun ikkuntatjata mill-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dijabetè?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġew ikkuntattjati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fejn ingħataw tweġiba għall-mistoqsijiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minħabba problema fit-triq fejn joqgħod?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn ġie spjegat lilu li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa (immarkata bl-aħmar fid-dokument li qed jingħata separatament) hijiex triq privata jew pubblika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27188, fejn ġejt infurmat li l-imsemmi individwu ngħata risposta mid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jara li jerġa' jsir kuntatt ma’ dan l-individwu, peress li nfurmani li baqa' ħadd ma kkuntattjah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kien filfatt ġie kkuntattjat mid-dipartiment kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27188.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward problema dwar il-liċenzja tat-televiżjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Napprezza jekk l-Onor. Interpellant, anke privatament, jgħaddili dokument li fih jispjega x’inhi l-problema li qed jirriskontra s-sinjur sabiex inkun nista’ nifhem aħjar x’inhu l-każ.
Kumpens għad-danni minħabba għargħar – każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward kumpens għad-danni minħabba l-għargħar hekk skont kif inqatgħat is-sentenza tal-qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jinforma lill-persuna li qed jirreferi għaliha sabiex tagħmel kuntatt mal-avukat tagħha sabiex tingħata spjega tas-sentenza u, jekk effettivament hija rebħet kumpens, tiġi gwidata minnu stess kif għandha tipproċedi.
Kumpens għad-danni minħabba għargħar – każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward kumpens għad-danni minħabba l-għargħar hekk skont kif inqatgħat is-sentenza tal-qorti?
Response (MIZZI, JOE)
Il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant hu suġġett ta' kawża pendenti fil-Qorti li jinsab fl-istadju ta' Appell Preliminari. F'dan l-istadju l-ebda tip ta' danni ma ġew stabbiliti mill-Qorti.
Ħal Qormi – Triq l-Erba’ Qaddisin – zebra crossing
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21728 datata 15 ta’ Diċembru 2015 u 29180 datata 9 ta’ Diċembru 2016 rigward il-bżonn li ssir zebra crossing fi Triq L-Erba’ Qaddisin ġewwa Ħal Qormi fejn ġejt infurmat li ma kienx hemm talba mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex issir din iż-zebra crossing u għalhekk kienu bdew id-diskussjonijiet, jista' l-Ministru jara li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi peress li issa għaddew iktar minn 13-il xahar minn meta bdew dawn id-diskussjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi għarraf lil Transport Malta li approva talba sabiex issir Pedestrian Crossing fi Triq il-Kbira, fl-akwati msejħa Tal-Erba’ Qaddisin, eżatt qabel ir-roundabout. Ġaladarba Transport Malta tirċievi site-plan f’dan ir-rigward, tali talba tkun ikkonsidrata.
Is-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa – road humps/sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm
road-humps
/
sleeping policeman
ġewwa l-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi li hemm tmienja u sittin (68) road hump f’Ħal Qormi, tnax (12)-il road hump f’Ħal Luqa u wieħed u għoxrin (21) fis-Siġġiewi.