Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Proġetti inawgurati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Tista’ tgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas tgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Tista’ tgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Tista’ tgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas tgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm ebda proġett li jaqgħa taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi u li gie inawgurat bejn l-1 ta' Diċembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ security guards
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li hija responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-perjodu imsemmi ġew inawgurati dawn il-proġetti:
ic-Centru ta’ interpretazzjoni tal-fortifikazzjonijiet f’Biagio Steps mill-ex-Prim Ministru Lawrence Gonzi,
il-ġnien fid-ditch ta’ l-Imdina mill-ex-Prim Ministru Lawrence Gonzi,
ir-razzett restawrat tal-Buskett mill-ex-Ministru Gorg Pullicino,
il-“winery” tal-Buskett mill-ex-Ministru Gorg Pullicino,
ic-Centru Civiku/ġnien pubbliku ta’ Swieqi mill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Jien infurnat li għalkemm il-proġetti kienu tlestew kien jonqoshom dak li jissejjah “snagging”, jiġifieri tranġar ta’ nuqqasijiet li ma tlestewx sad-data tal-ftuħ.
Jien infurmat ukoll li fuq dawn il-progetti kienu tħallsu € 1,889,009 u kien baqa’ jitħallsu € 1,052,702 kif indikat hawn taħt:
Thallsu (€) Pendenti (€)
Biagio Steps 135,470 38,504
Mdina Ditch 705,220 600,247
Buskett Farmhouse 36,497 2,359
Buskett Winery 177,139 44,848
Swieqi 834,683 366,744
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Projects Inaugurated between 1st December, 2012 and 8th March, 2013
The person responsible for the inauguration
Completely finished/not completely finished
Amount spent up to opening
Pending balance after opening
Police Department
PRUM Project
Prime Minister Dr Lawrence Gonzi on 19/02/2013
Completed and fully operational
DNA part of project - €172,778.00 whereas the fingerprint part cost €1,592,856.00
*
/
PBS
PBS Creativity Hub
Prime Minister Dr Lawrence Gonzi on 28/12/2013
Not completely finished. Work to complete consists mainly of installation and cmmissioning of various equipment purchased through public tenders.
€1,446,833
€1,007,503
AFM
New Hangar at the Air Wing – Improving the Armed Forces of Malta (AFM) ground support facilities at Air wing – improving hangar and maintenance space – Phase 1
Prime Minister Dr Lawrence Gonzi on 03/12/12
Completely finished by June 2012
€1,607,669.74
**
Improving the Armed Forces of Malta (AFM) ground support facilities at Air wing - Phase 2 – Installing firefighting system and installation of Communication Services
Same as above
Not completely fnished. Expected to be finished by end June, 2013.
***€19,286.86
Inauguration of the Marine Squad General Headquarters
Prime Minister Dr Lawrence Gonzi on 14/02/2013
Completely finished
€700,000
****
/
Citizenship and Expatriate Affairs
e-Residence
10/01/2013
Not completely finished
€323,022.50
€1,278,969
(€196,688 f’tagħmir u consumables)
*The Project was co-financed from EU Funds (67.72% EU Funds – 25% Local Funds)
**75% EU Funds – 32.28% Local Funds
***75% EU Funds under EBF 11-05 and 25% Local Funds
****Local funds
Nil reply:
MSS
Courts of Justice Malta and Gozo
Arbitration
Mediation Centre
Land and Public Registry
Passports and Civil Registration
IDMO
NTG
CVU
Probation and Parole
AWAS
CPD
Permanent Commission against corruption
Aviation Security
Attorney General
Schengen Unit
Broadcasting Authority
CCF
Ministry for Home Affairs and National Security
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant illi fil-Ministeru għall-Finanzi inkluż id-dipartmenti, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu ma kienx hemm proġetti li gew inawgurati fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda proġett ma ġie inawgurat bejn l-1 ta' Diċembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma’ ġew inawgurati l-ebda proġetti mill-1 ta’ Diċembru 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista mitluba ta’ proġetti. Dawn l-proġetti ħadmu fuqhom l-PPCD, dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi u li hu inkarigat minn ħidma kontinwa fuq fondi Ewropej u l-proġetti li jsiru permezz tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lil-Onorevoli interpellant li f’Jannar 2013 beda proġett ta’ rinnovar tal-Uffiċċji tal-Protokol iżda ma saret l-ebda inawgurazzjoni uffiċali għal dan il-proġett. Wara it-8 ta’ Marzu kien baqa ammont ta’ xogħol xi jsir fuqu. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu:
· Rinnovar tal-ħitan u żebgħa
· Installazzjonijiet ta’ drains għall-Air Conditioner
· Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl għall-Air Conditioner
· Installazzjoni ta’ sistema tad-dawl u servizzi ta’ vultaġġ baxx
Sat-8 ta’ Marzu kienu tħallsu €7524.15 f’materjal. Wara it-8 ta’ Marzu tħallsu €6,499.96. Baqa jitħallsu €2,553.45.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (VELLA, KARMENU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti inawgurati fil-perjodu imsemmi, l-istat tagħhom f’jum l-inawgurazzjoni u minn min ġew inawgurati.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Proġetti inawgurati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 u min inawgurahom? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti kenux lesti kompletament jew jekk kienx fadal xi xogħol xi jsir fuqhom u filkas jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li kien fadal? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu tħallsu flus sad-data tal-ftuħ, u kemm kien fadal spejjeż pendenti?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi u li ġew inawgurati bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienu dawk hekk murija fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalkemm il-proġett tal-Park tal-Familja ġie inawgurat fl-24 ta’ Frar 2013, il- proġett ma kienx lest u bħalissa l-istess proġett huwa suġġett għall-investigazzjoni tal-Management Efficiency Unit (MEU) li għada għaddejja b'mod intensiv.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Luqa qegħdin fil-programm tal-Gvern sabiex jingħataw it-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qegħdin fil-programm eżistenti tal-Gvern ġewwa l-lokalita` ta’ Ħal Luqa li għad iridu jsiru huma dawn::
· Triq Wied il-Knejjes, Ħal Luqa
Għax-xogħlijiet ta’ din it-triq, kienet ħarġet sejħa għall-offerti lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, pero` ma setgħetx tiġi aġġudikata minħabba li l-offerta mitfugħa kienet għolja wisq. Għaldaqstant, bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex tinħareġ sejħa oħra għall-offerti, u qed ikun ippjanat li x-xogħlijiet ser ikunu jistgħu jinbdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Il-Ministeru tiegħi, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, qed jippjana il-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Qormi qegħdin fil-programm tal-Gvern sabiex jingħataw it-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qegħdin fil-programm eżistenti tal-Gvern ġewwa l-lokalita` ta’ Ħal Qormi li għad iridu jsiru huma dawn:
· Triq Ġorġ Mifsud Chircop, Ħal Qormi
Bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti, u qed ikun ippjanat li x-xogħlijiet ser ikunu jistgħu jinbdew lejn il-bidu tas-sena d-dieħla.
Il-Ministeru tiegħi, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, qed jippjana il-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità tas-Siġġiewi qegħdin fil-programm tal-Gvern sabiex jingħataw it-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qegħdin fil-programm eżistenti tal-Gvern ġewwa l-lokalita` tas-Siġġiewi li għad iridu jsiru huma dawn:
· Triq NikolinaCaruana
· Triq Patri Guże` Delia
· L-inħawi Ta’ Fonzu
F’dawn it-toroq, hemm problema sabiex jinbeda x-xogħol minħabba li t-toroq għadhom ma ġewx iffurmati minn min kellu l-obbligu legali li jiffurmhom.
Il-Ministeru tiegħi, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, qed jippjana il-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fuq il-proposta tal-bridge fl-inħawi tal-Imrieħel ġewwa Ħal Qormi u meta beħsiebu jinbeda x-xogħol? Jista’ l-Ministru jara li jiġu emendati l-pjanti skont il-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li hemm eżistenti sabiex dan il-bridge jkun jakkomoda lir-residenti ta' dik iż-żona peress li ħafna mir-residenti ta' dik iż-żona huma anzjani u żgur li ma jifilħux jitilgħu r-rampi kif proposti fil-permess eżistenti?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 1360 u 2440 ninfurmah ukoll li r-rampi kif approvati fil-permess tal-ippjanar PA 5852/06 huma ddisinjati bi slope gradient ta’ 1:20 sabiex ikunu konformi mal-linji gwida t’aċċessibilita` (Access for All Design Guidelines) ippublikati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita` (KNPD).
Sadanittant, diga’ qiegħed isir ħafna xogħol b’ ħafna possibilitajiet differenti ta’ disinn u pożizzjoni ta’ fejn jiġi l-bridge minħabba traffic safety kif ukoll peress li ħafna mir-residenti ta' dik iż-żona huma anzjani li ma jifilħux jitilgħu r-rampi hekk kif proposti fil-permess eżistenti.